ITTRA PASTORALI TA' L-ARCISQOF FIL-BIDU TA' SINODU DJOCESAN [21-09-99]

Stedina lill-poplu ta' Alla f'Malta

Mahbubin uliedi,

Il-hamsa u ghoxrin anniversarju ta' l-episkopat tieghi hu okkazjoni biex inhares lura u nirringrazzja lil Alla ghal dak kollu li ghamel mieghi f'dawn is-snin. Fl-istess waqt, hu okkazjoni li nhares 'il quddiem b'fiducja f'Alla li se jkun maghna.

Illum nixtieq naghmel lil kull wiehed u wahda minnkom stedina specjali. Qed nistedinkom ghal zmien importanti hafna fil-hajja tal-Knisja, ghal progett importanti ghall-Knisja f'Malta. Dan hu s-Sinodu djocesan: esperjenza ta' grazzja straordinarja. Nistedinkom ilkoll biex tiehdu sehem attiv fl-esperjenza tas-Sinodu, li wasalna biex nibdew.

Ir-rabta tas-Sinodu mal-hajja tal-Knisja

Dan se jkun l-ewwel Sinodu fl-Arcidjocesi taghna wara l-Koncilju Vatikan it-Tieni...

Dan se jkun l-ewwel Sinodu fl-Arcidjocesi taghna wara l-Koncilju Vatikan it-Tieni u ghalhekk ghandu tifsira partikulari. Is-Sinodi stess hergin minn dak li ghallimna l-Koncilju dwar il-Knisja u jfissru l-qawwa li Kristu ta lill-poplu ta' Alla (ara Tertio Millennio Adveniente n. 21).

Biex nifhmu x'inhu 'Sinodu', irridu niftakru dak li hi l-Knisja. Il-Knisja hi l-ghaqda ta' Kristu ma' hutu l-bnedmin fl-Ispirtu. Hi maghmula minn diversi nies, bi stejjer, karattri u opinjonijiet differenti: nies li gejjin minn toroq differenti, imma li lkoll jistqarru fidi wahda u jifformaw il-poplu ta' Alla. Ahna poplu li miexi lejn dar il-Missier (ara Tertio Millennio Adveniente n. 49). Is-Sinodu hu esperjenza li trid tghinna nifhmu aktar x'jigifieri li ahna lkoll nifformaw il-Knisja. Ilaqqa' flimkien lill-Isqof u l-poplu tad-djocesi, taht it-tmexxija ta' l-Ispirtu s-Santu, biex nezaminaw il-hajja tal-Knisja lokali u nsiru nafu aktar dak li Alla jrid minna bhala Knisja. Flimkien naraw kif il-hajja tal-Knisja tista' tkun ahjar u isbah, u kif is-socjeta' taghna tista' tkun aktar tixraq lill-bniedem.

Hi mixja flimkien: dan hu l-qofol tas-Sinodu. Kif jinghad fil-Programm Pastorali Lejn is-Sena 2000 bhala Familja (n. 6.4), is-Sinodu ghandu jkun esperjenza ta' 'Knisja-familja'. Huwa l-waqt fejn kulhadd ghandu sehem x'jaghti. Kulhadd ghandu jhoss id-dmir li jaghti sehmu b'mod haj, u b'sens ta' korresponsabilta'.

Sinodu ghat-tigdid tal-Knisja f'Malta

Ghandu jkun zmien specjali ta' tigdid: tigdid personali, familjari u tal-Knisja kollha. Dan it-tigdid jghinna nhossuna lkoll membri hajjin tal-Knisja, u jheggigna fil-missjoni taghna. Se jkun zmien twil, li jibda proprju issa li se niccelebraw il-Gublew il-Kbir; imma hu permezz ta' dan iz-zmien li nkunu nistghu nibnu aktar fis-sod.

Is-Sinodu jghinna nifhmu aktar il-wirt nisrani taghna. B'mod specjali, napprezzaw it-tajjeb li ghandna bhala Knisja, il-gid kbir li halliet il-hidma ta' tant persuni fl-imghoddi. Napprezzaw ukoll il-wirt ta' taghlim, b'mod specjali tal-Koncilju Vatikan II. Kif jghid il-Papa Gwanni Pawlu II, l-ahjar thejjija ghall-Gublew il-Kbir tas-sena elfejn ma tistax ma tkunx impenn imgedded biex, sa fejn jista' jkun, isehh it-taghlim tal-Koncilju fil-hajja ta' kull wiehed u tal-Knisja kollha (ara Tertio Millennio Adveniente n. 20).

Fis-Sinodu nharsu wkoll aktar mill-qrib lejn il-hajja taghna ta' bhalissa. Irridu nisimghu dak li l-Ispirtu qed jghid lill-Knisja llum (Apok. 2 u 3). Naghmlu ezami tal-hajja u tal-hidma taghna, bhala Knisja, u nistaqsu lilna nfusna: Fiex mexjin skond dak li jrid Alla? X'jehtieg li jiggedded? X'irid Alla minna f'dan il-mument ta' l-Istorja?

U kif se nwiegbu ghal dan bl-akbar impenn? X'jehtieg jinbidel biex inkunu aktar Knisja skond il-qalb ta' Alla fil-millennju l-gdid? Ilkoll - bhala Knisja wahda - naghmlu ezami tal-kuxjenza biex naraw kif qeghdin nghixu l-fidi taghna, kif qed inwasslu l-Ahbar it-Tajba fil-hajja taghna ta' kuljum, l-aktar bix-xiehda ta' hajjitna (ara Tertio Millennio Adveniente n. 36). Fejn naraw li hu tajjeb, insahhuh. Fejn nindunaw li hemm x'jirranga ruhu, ikollna l-kuragg nirrangawh u ma nhalluhx itaqqlilna l-pass.

Is-Sinodu jitfa' harsitna wkoll lejn il-gejjieni. Meta nharsu 'l quddiem, kultant inhossu l-biza' jew il-qtigh ta' qalb. Imma ma rridu ninsew qatt li bhalma Alla dejjem mexa maghna tul is-snin, hekk ukoll issa se jkun maghna. Se jghinna naghrfu s-sinjali taz-zminijiet. Se jaghtina tama gdida. Ghalhekk nersqu lejn is-sena elfejn mhux bi qtigh ta' qalb, imma b'fiducja kbira f'Alla. Hu jghinna fin-nuqqas ta' hila taghna u fid-diffikultajiet li niltaqghu maghhom. Ahna naghrfu kemm ahna dghajfin, u Hu juri l-qawwa tieghu sewwasew fid-dghufija taghna. Hu ma jhalliniex wahedna. Se jghinna nkunu sinjal ta' tama fis-socjeta' ta' llum u ta' ghada.

Alla huwa l-ghajn ta' kull tigdid

Matul dan iz-zmien tas-Sinodu, irridu qabel xejn nitolbu. Ahna nemmnu li kull gid hu don ta' Alla, u li Hu biss jista' jghinna biex naghrfu ahjar dak li hu ta' gid ghalina. Bis-sahha tieghu, il-kelma thalli l-frott u twassal tassew ghall-hidma li jrid Hu. Ghalhekk jehtieg li nifthu qalbna ghalih bit-talb, u nitolbu kontinwament, konvinti li 'jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, ghalxejn jithabtu l-bennejja' (Salm 127,1).

Irridu nitolbu lil Alla biex jaghtina l-Ispirtu tieghu li hu Spirtu ta' tigdid, Spirtu li jaghti l-hajja u li jzomm il-Knisja zaghzugha (ara Lumen Gentium n. 4). Nitolbuh biex, fejn mehtieg, jaghtina bidla tal-qalb, tal-mentalita', ta' l-attitudni, tad-direzzjoni taghna. Ahna lkoll imsejhin ghal din il-konverzjoni biex induru aktar lejn Alla u nghixu l-Kelma tieghu. Dan l-ispirtu ta' konverzjoni hu l-qofol ta' kull tigdid fil-Knisja (ara Lumen Gentium n. 8). Hu wkoll aspett mill-aktar importanti tal-Gublew il-Kbir tas-sena elfejn. B'dan il-mod, bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu, ahna nkunu nistghu nimxu fid-direzzjoni t-tajba.

It-talb u s-smigh tal-Kelma ta' Alla jghinuna biex insahhu l-fidi taghna f'Gesu' Kristu, il-Feddej taghna, u l-impenn taghna fil-hajja tal-Knisja. Irridu nkunu Knisja li, bhal Gesu', taqsam mal-bniedem l-hena u t-tama, in-niket u t-thassib, l-aktar ta' dawk li qed ibatu u li huma fil-bzonn (ara Gaudium et Spes n. 1).

Irridu nahdmu biex ikollna komunitajiet fejn kulhadd ihossu mahbub u apprezzat u fejn nahsbu fil-htigiet ta' xulxin. Fl-istess waqt, nahdmu ghal socjeta' aktar gusta, fejn ilkoll nirrispettaw il-hajja u d-dinjita' ta' xulxin, u hadd ma jkun imwarrab.

Dehlin ghall-ewwel fazi tas-Sinodu

Is-Sinodu fih diversi fazijiet: l-ewwel, il-konsultazzjoni u l-formazzjoni; it-tieni, ic-celebrazzjoni, li fiha jkun hemm il-laqghat ta' l-assemblea; it-tielet, il-fazi tal-konkluzjoni u tad-decizjonijiet, li jaghtu direzzjoni lill-Knisja. Meta jispicca z-zmien tas-Sinodu, tibda l-fazi li fiha nimxu skond id-direzzjoni li jkun tana s-Sinodu. Ahna se nibdew l-ewwel fazi.

Billi l-Knisja trid taghraf is-sinjali taz-zminijiet u tinterpretahom fid-dawl ta' l-Evangelju (ara Gaudium et Spes n. 4), l-ewwel fazi ta' dan iz-zmien tas-Sinodu se jkun zmien pjuttost twil iddedikat b'mod specjali ghad-djalogu u ghall-konsultazzjoni. L-iskop hu li kulhadd ikollu c-cans li, wara li jitlob u jahseb sewwa, jghid x'jahseb u x'jixtieq mill-Knisja f'Malta, mill-hajja ta' l-insara Maltin u mis-socjeta' taghna.

Din il-konsultazzjoni se tmiss b'xi mod lil kulhadd. Se jkun moviment ta' djalogu li jghinna mmissu l-gheruq tal-hajja taghna, b'harsa onesta lejn dak li ahna. Irridu naghrfu t-tibdil kbir li sar u li jsir fis-socjeta' u naraw, fid-diffikultajiet u l-problemi, sfidi godda ghall-hajja tal-Knisja kif ukoll possibiltajiet ta' hidma aktar sfiqa ghall-gid tal-bnedmin.

Nistieden lil kulhadd: lil-lajci, lill-persuni ta' hajja kkonsagrata u lis-sacerdoti, lil dawk li huma attivi fil-hajja tal-Knisja, lill-Ghaqdiet u lill-Movimenti tal-Knisja. Nistieden ukoll lil dawk li, ghal raguni jew ohra, ihossuhom 'il boghod mill-Knisja. Ha nitkellmu flimkien, nisimghu aktar lil xulxin, nifhmu aktar lil xulxin. Din hi opportunita' specjali hafna. Se jkun hemm diversi okkazjonijiet biex kulhadd jesprimi ruhu. Nixtieq li lkoll naraw kif nistghu naghtu sehemna f'dan is-Sinodu.

Ghandna napprezzaw aktar id-doni u t-talenti ta' xulxin. Alla tana dawn id-doni mhux biex inzommuhom ghalina nfusna, imma ghall-gid ta' kulhadd (1 Pt 4,10-11). Nahdmu, ghalhekk, halli tikber il-komunjoni bejnietna u nkunu lkoll, kif talab Gesu', haga wahda (Gw. 17,21). Insahhu l-klima ta' mhabba u ta' fiducja f'xulxin, biex inkunu l-poplu ta' Alla 'maghqud fl-ghaqda tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu' (San Ciprijanu - ara Lumen Gentium n. 4).

Tama u xewqa

B'dan il-mod inkunu qed nidhlu ghall-millennju l-gdid bi spirtu ta' umilta' u bi stil ta' djalogu, ghax ilkoll ahwa fi Kristu. Nidhlu b'qalbna miftuha ghal dak li jrid Alla minna, b'fiducja kbira fih u b'energija gdida. Inkunu qed inqieghdu sisien mill-ahjar ghall-hajja taghna bhala Knisja fil-gejjieni, u l-generazzjonijiet ta' ghada jistghu jhossuha tassew darhom.

Hekk nixtieqha l-Knisja li qieghda f'Malta: Knisja li tkun sinjal ta' tama ghas-socjeta' Maltija fil-millennju l-gdid. Fuq hekk se nahdmu f'dan is-Sinodu djocesan. U ghal dan nistieden lil kulhadd.

B'din it-tama u x-xewqa tieghi, inhabbrilkom ufficjalment li l-ewwel fazi tas-Sinodu se tibda fid-29 ta' dan ix-xahar, meta bl-ghajnuna ta' Alla jiena se niccelebra l-hamsa u ghoxrin sena tieghi bhala Isqof taghkom.

Marija Ommna, li mxiet mal-Knisja tul l-istorja taghha u mal-poplu taghna tul l-istorja tieghu, tkun maghna f'dan iz-zmien specjali tas-Sinodu djocesan. Tghinna nimxu aktar mill-qrib wara Gesu' Kristu, it-Triq, il-Verita' u l-Hajja u nikbru dejjem aktar f'komunita' ta' fidi, tama u mhabba.

Naghtikom il-barka pastorali tieghi b'rahan ta' kull gid mis-sema.

Illum, 21 ta' Settembru 1999, Festa ta' San Mattew, Appostlu u Evangelista.

+ GUZEPPI MERCIECA
Arcisqof ta' Malta

Din l-Ittra Pastorali nqrat fil-Quddies tas-Sibt filghaxija u l-Hadd, 25 u 26 ta' Settembru 1999.


Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof