MESSAGG TA' L-ARCISQOF

Fil-25 anniversarju ta' l-ordinazzjoni episkopali

(Silta)

F'gublew sacerdotali jew episkopali ahna nhossuna grati wkoll lejn il-bnedmin, l-izjed lejn dawk li jkunu ghenuna fil-qadi tal-ministeru taghna, u dawk li l-Mulej ikun laqqaghna maghhom fit-triq tas-servizz taghna.

Filwaqt li nrodd hajr, jiena nitlob ukoll lil Alla u lilkom ilkoll biex tahfruli n-nuqqasijiet li jiena nwettaq minhabba d-dghufija umana tieghi.

gublew ma jistax ikun biss radd il-hajr ghall-hsad...

Skond l-Iskrittura Mqaddsa, gublew ma jistax ikun biss radd il-hajr ghall-hsad, imma jitlob ukoll it-tnehhija tad-djun. Dan jghinna niggeddu u nissahhu fir-rabta ta' imhabba taghna ma' Alla u mal-proxxmu: il-bazi ta' kollox.

Hu b'dawn is-sentimenti li jiena nixtieq nersaq quddiem Alla u quddiemkom, f'din ic-celebrazzjoni.

Hu wkoll f'dan il-kontest li jiena hassejt li ghandu jkun proprju fil-gurnata ghaziza ta' llum li ghandna naghtu bidu ghal Sinodu Djocesan, li se jghaqqadna flimkien f'mixja bhala Knisja-Familja, fejn kulhadd hu mistieden jaghti sehmu b'impenn u b'generozita' halli id f'id naghrfu Alla xi jrid minna f'dan il-mument tal-grajja taghna.


KonKattidral ta' San Gwann, Valletta

29 ta' Settembru 1999


Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof