MESSAGG TA' L-ARCISQOF
Dwar il-konsultazzjoni fil-parrocci
Il-Knisja f'Malta bhalissa qieghda fil-fazi twila ta' konsultazzjoni tas-Sinodu Djocesan. Is-Sinodu hu zmien specjali ghalina lkoll, fejn qed naghmlu flimkien ezami tal-hajja u tal-hidma tal-Knisja, u nistaqsu: x'jistenna minna Alla f'dan il-mument ta' l-Istorja? Hi mixja li naghmluha flimkien, bhala Knisja-familja.
Is-Sinodu jfakkarna fir-responsabbilta' li ahna lkoll ghandna bhala nsara.
Is-Sinodu jfakkarna fir-responsabbilta' li ahna lkoll ghandna bhala nsara. Bil-maghmudija, ircevejna sejha u missjoni specjali minn Alla. Hu ghaqqadna mieghu biex niffurmaw il-poplu tieghu u ghalhekk inkunu membri responsabbli, attivi u hajjin fil-Knisja u fis-socjeta'.
Meta tajt bidu ghas-Sinodu djocesan, jien ghamilt stedina lil kulhadd biex jiehu sehem b'mod haj u attiv f'dan iz-zmien specjali ghall-Knisja f'Malta. Ghidt li se jkun hemm okkazjoni biex kulhadd jesprimi ruhu. Wasal il-mument biex kulhadd ikollu din l-opportunita'.
Ftit ta' zmien iehor, ilkoll se tircievu d-dar stedina minni personalment biex wara li titolbu flimkien, tiktbu x'tahsbu u x'tixtiequ ghall-Knisja f'Malta, ghall-hajja ta' l-insara Maltin, ghall-komunita' parrokkjali taghkom u ghal socjeta' ahjar. Taghmlu dan bil-liberta' u bis-sincerita' kollha. Hemm xi mistoqsijiet biex jghinukom. Imma nixtieqkom, tiktbu fuq dak li thossu li hu importanti f'danil-mument.
Hi stedina li se tasal lil kulhadd, ghax nixtieq hafna li kulhadd ikollu din l-opportunita' biex jaghti l-fehmiet tieghu. Nixtieq nisma' lilkom ilkoll. Dak li tghidu jkun ta' siwi biex is-Sinodu jinzel fil-fond u jmiss l-gheruq tal-hajja taghna, b'dak li hu sabih u tajjeb, kif ukoll bid-diffikultajiet u l-problemi u l-izbalji. Ikun ta' siwi wkoll biex naslu ghal dak li jrid Alla minna lkoll.
Dan hu mument specjali fejn kulhadd ghandu jaghmel il-parti tieghu. Inheggigkom biex tiehdu sehem. Nistedinkom ukoll titolbu lil Alla biex dan iz-zmien specjali jhalli hafna gid. Nirringrazzjakom tal-kontribut taghkom.
Dan il-messagg inqara fil-Quddies kollu fl-Arcidjocesi ta' Malta nhar is-Sibt filghaxija u l-Hadd, 22 u 23 ta' Jannar 2000.
Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof