STEDINA TA' L-ARCISQOF

Ghal sehem fil-konsultazzjoni parrokkjali

Gheziez,

Nahseb li xi darba jew ohra ghaddielkom minn mohhkom il-hsieb: 'il-Knisja jmissha taghmel...'; jew inkella: 'li kieku kont jien l-Arcisqof, hekk kont naghmel...'

Fid-29 ta' Settembru li ghadda, jien tajt bidu ghas-Sinodu tad-djocesi taghna. Sinodu hi forsi kelma gdida ghal hafna. Is-Sinodu hu zmien specjali hafna fil-hajja tal-Knisja f'Malta fejn flimkien naghmlu ezami fil-fond tal-hajja u tal-hidma tal-Knisja u naraw x'jista' jsir ahjar ghas-servizz tal-poplu, fuq l-ezempju ta' Gesu' Kristu.

Meta nghidu 'Knisja', ma nifhmux biss dawk li jmexxuha, imma l-insara kollha li jiffurmaw il-poplu ta' Alla. Ilkoll qed nistaqsu: x'jistenna minna Alla fil-millennju l-gdid? F'dan is-Sinodu qed niltaqghu u nimxu flimkien biex insibu twegiba ghal dan.

Qed nistieden lilkom biex taghtu sehemkom u tghidu x'tahsbu u x'tixtiequ. Ghandkom xi mistoqsijiet biex jghinukom. Tistghu tiktbu fuq dak kollu li thossu li hu importanti.

Il-Mulej iberikkom.

Guzeppi,

Arcisqof ta' Malta.


Kummissjoni Sinodu
Kurja ta' l-Arcisqof