STEDINA TA' L-ARCISQOF

Fis-26 anniversarju ta' l-ordinazzjoni episkopali

(Silta)

Il-bzonn li nwasslu l-Vangelu u t-taghlim tal-Knisja bil-fedelta' u l-konvinzjoni kollha mehtiega, bl-ebda mod ma ghandu jfixkilna milli nkellmu lil xulxin b'onesta' u sincerita' fl-impenn taghna li ninbnew dejjem ahjar bhala Knisja.

Kien proprju ghalhekk li jiena, bhal-lum sena, tajt bidu ghas-Sinodu tal-Knisja f'Malta u ghamilt stedina lil kulhadd biex jaghti sehmu, b'mod haj, f'dan is-Sinodu.

Illum nixtieq nuri l-apprezament tieghi ghal tant nies li laqghu din l-istedina u, matul is-sena li ghaddiet, hadu sehem fil-konsultazzjoni wiesgha li saret f'kull parrocca u fl-ghaqdiet, movimenti, komunitajiet religjuzi, sacerdoti, kif ukoll fid-diversi laqghat li saru f'oqsma differenti tas-socjeta'. Kulhadd kellu l-okkazjoni li jitkellem b'liberta' shiha u bis-sincerita', u jaghti l-fehma tieghu ghall-gid tal-Knisja. Kellna konferma ta' kemm hu sabih li l-ahwa jitkellmu ma' xulxin u jisimghu lil xulxin. Kellna esperenza ta' Knisja tassew hajja. Laqatni, b'mod partikolari, is-sehem ta' tant lajci li, matul is-sena li ghaddiet, hadmu b'sens ta' Knisja, b'dedikazzjoni u b'imhabba.

Kif hu maghruf, kull parrocca, f'dan iz-zmien, specjalment matul Ottubru, qed torganizza Assemblea biex tiddiskuti dak li ntqal u tezamina dak li qed isir, u tara x'jista' jsir ghal hidma pastorali ahjar. Hekk jissahhah l-ispirtu ta' djalogu u rispett lejn il-fehmiet ta' xulxin, filwaqt li naghrfu li hu Alla li qed imexxina u li jitlob minna li nghixu dejjem aktar bhala ahwa fi Kristu.

Fl-1 ta' Novembru li gej, imbaghad, se ssir Celebrazzjoni Specjali tas-Sinodu, bit-tema, "Kristu t-triq: nimxu flimkien". Din ic-Celebrazzjoni se tigbor flimkien rapprezentanti mid-diversi oqsma tal-Knisja f'Malta. Fiha se naghtu harsa lura lejn dak li ghexna matul din is-sena u lejn il-frott tal-konsultazzjoni wiesgha li saret. Se naghtu wkoll harsa 'l quddiem lejn dak li jmiss isir fil-process tas-Sinodu, biex inkomplu mexjin flimkien fit-triq li twassalna ghand il-Missier.

Nixtieq li nkomplu nahdmu, ilkoll kemm ahna, biex il-Knisja f'pajjizna taghraf tiggedded u taqdi l-missjoni taghha dejjem ahjar, skond kif iridha Gesu'.

Ghalhekk inheggeg lil kulhadd biex nitolbu halli fl-istess proposti u kummenti ta' kulhadd ahna nkunu nistghu naghrfu dak li Alla jrid jurina u jistenna minna. Nitolbuh biex naghrfu lilna nfusna kif ahna llum, biex nifhmu kif ghandna nkunu skond ir-rieda tieghu, u biex ikollna l-kuragg nimxu minn dak li ahna ghal dak li jrid Alla minna.

Nistieden lil kulhadd biex, b'umilta' shiha, nersqu lkoll quddiem Alla biex, bl-intercessjoni ta' Ommna Marija, nitolbuh jghinna nkunu dejjem haddiema hawtiela fl-ghalqa tal-Mulej, b'fedelta' shiha lejn Kristu kif ghadu jghix fix-xirka fil-Knisja tieghu.


Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof