MESSAGG TA' L-ARCISQOF.

Celebrazzjoni tal-Kandlora 2002

Xiehda ta' ghaqda u solidarjetà

Qed naghmlu l-lum celebrazzjoni ta' ghaqda u solidarjeta'. Il-Festa tal-prezentazzjoni ta' Gesu' fit-Tempju hi sinjal ta' l-offerta ta' Gesu' lil Alla biex jghaqqadna mieghu u bejnietna. Hi ghalhekk festa ta' ghaqda u solidarjeta.

Ingbarna flimkien - Isqof, kappillani u rapprezentanti minn kull parrocca ta' Malta - biex ingeddu r-rabta taghna flimkien bhala gemgha ta' ahwa u dixxipli, fl-ghaqda tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu. Qed infissru wkoll flimkien is-solidarjeta' taghna ma' dawk li huma fil-bzonn permezz ta' l-offerti taghna.

Qabel xejn, irrid nurikom l-apprezzament tieghi ghall-hidma kbira li qed issir fil-parrocci.

lill-kappillani u lis-sacerdoti kollaboraturi, lir-religjuzi impenjati f'din il-hidma, lill-kunsilli pastorali parrokkjali, lil tant nies li b'generozita' u b'dedikazzjoni qed jaghtu b'mod volontarju sehemhom ghall-bini tas-saltna ta' Alla.

Il-Mulej ibierek din il-hidma taghkom u jghinkom biex dejjem taghmluha bi spirtu ta' ghaqda u solidarjeta.

L-esperjenza tas-Sinodu Djocesan

Il-Knisja f'Malta, bil-ghan li tiggedded fl-ghaqda u s-solidarjeta' bil-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla, ghaddejja bhalissa mill-esperjenza tas-Sinodu djocesan.

Din is-sena hija sena mill-aktar importanti ghall-hidma tas-Sinodu. Tlett ijiem ohra, se terga' tiltaqa' l-Assemblea tas-Sinodu, biex tiddiskuti oqsma li jolqtu mill-qrib il-hajja tal-poplu u ghalhekk il-hidma pastorali tal-Knisja. Laqghat bhal dawn se jsiru matul din is-sena kollha.

Is-Sinodu qed jistudja, fid-dawl tal-kelma ta' Alla, il-hajja tal-Knisja fi zmienna u fis-socjeta' taghna, il-ministeri tax-xandir tal-kelma, tac-celebrazzjoni u tal-qadi u l-hidma ghall-gustizzja.

Qed iqis ukoll bhala prijorita' l-hajja tal-familja u l-adolexxenti u z-zghazagh. Dawn huma kollha oqsma ta' importanza kbira l-lum u jolqtu mill-qrib mhux biss lid-djocesi, imma lill-parrocci kollha.

Bl-iskop li l-parrocci kollha jkollhom sehem mill-qrib f'dak li qed isir, fl-Assemblea tas-Sinodu hemm, fost l-ohrajn, rapprezentant minn kull parrocca.

Inheggigkom ilkoll biex taghtu importanza kbira lis-Sinodu, biex taghmluh taghkom ilkoll, fuq kollox biex titolbu hafna lil Alla halli s-Sinodu jhalli hafna gid ghall-Knisja f'Malta.

Tishih tal-komunjoni bejnietna

Nixtieq li s-Sinodu jghin biex tissahhah aktar il-komunjoni bejnietna. Kif jghid il-Papa Gwanni Pawlu II.

Li naghmlu l-Knisja d-dar u l-iskola tal-komunjoni: din hija l-isfida kbira li rridu nhabbtu wiccna maghha fil-millennju li ghadu kif beda, jekk irridu nkunu fidili ghall-pjan ta' Alla u nwiegbu ghax-xewqat l-aktar profondi tad-dinja. (Novo millennio ineunte = NMI 43).

Hi din l-ispiritwalita' ta' komunjoni, kif isejhilha l-Papa, li trid tidhol aktar fil-vini tal-komunitajiet taghna.

Irridu nitghallmu aktar nahdmu flimkien, u nhossu li ahna parti minn Knisja wahda. Il-kelma ÔSinodu' tfisser Ômixja flimkien.

Nixtieq naghmlilkom appell: lilkom kappillani, membri tal-kunsilli pastorali parrokkjali, membri ta' ghaqdiet u movimenti fil-Knisja.

Ejjew nahdmu aktar flimkien, bi spirtu ta' kollaborazzjoni vera.

Ejjew naghrfu l-valur ta' hidma li ssir flimkien.

Ejjew ma nhedewx fin-nicca taghna, imma nibnu flimkien il-progett ta' Knisja wahda li hi tal-poplu kollu.

Hi haga sabiha li f'hafna parrocci ssir Assemblea li tghaqqad flimkien il-komunita' kollha. Nixtieq li f'kull parrocca jkun hemm din l-esperjenza.

Lilna lkoll Alla tana hafna talenti u karizmi; din id-diversita' turi hafna lwien sbieh fil-hajja tal-Knisja, kif jidher car fis-Sinodu.

Ejjew nahdmu biex dawn l-ilwien jiffurmaw il-qawsalla sabiha ta' Knisja li taghti xiehda ta' ghaqda u solidarjeta.

Dan ma jfissirx li ahna ma jkollniex ideat differenti, u kultant hsibijiet li ma jaqblux ma' ta' xulxin. Imma jfisser li, fi klima ta' djalogu veru ta' ahwa, nisimghu lil xulxin, nitkellmu bil-liberta' u bis-sincerita', b'rispett lejn id-dinjita' ta' xulxin.

Il-komunjoni tghaqqadna haga wahda flimkien f'dak kollu li hu essenzjali, u tmexxina ghal ftehim meqjus fi hwejjeg li huma miftuha ghad-diskussjoni (NMI 45.

Din hi l-esperjenza tal-Knisja waqt l-Assemblea tas-Sinodu. Dan huwa l-ispirtu ta' ahwa fi Kristu.

Meta naghtu din ix-xiehda, inkunu qed naghtu l-akbar kontribut ghall-hajja tas-socjeta' Maltija fi zmienna li tant hi bil-ghatx ghal dan l-ispirtu.

Qadi lil kulhadd

L-ghaqda u s-solidarjeta' jmorru flimkien ghax, kif jispjega l-Papa, meta nsahhu l-komunjoni gewwa l-Knisja, l-imhabba taghna tissarraf f'qadi li jhaddan lil kulhadd (NMI 49).

Hekk qed naghmlu llum, u ghal dan irid jghinna wkoll is-Sinodu.

Irridu nilmhu lehen Kristu fil-ghajta ghall-ghajnuna li tohrog minn fomm dawk kollha li qed ibatu; imma rridu nilmhuh ukoll fil-karba siekta ta' min qed ibati bla hadd ma jinduna.

Kif jghid il-Papa: Issa hu z-zmien ghal kreattivita' gdida fil-hidma tal-karità, mhux biss billi naraw li l-ghajnuna li tinghata tkun effettiva, imma wkoll billi nersqu lejn il-proxxmu u nfissru s-solidarjeta' taghna ma' dawk li qeghdin ibatu. Hekk l-ghajnuna ma titqiesx bhala gest li jfisser ftit jew xejn imma bhala partecipazzjoni bejn l-ahwa. Jehtieg naraw li l-fqar, f'kull komunità, ihossuhom f'darhom Is-Sinodu jrid jghin lill-Knisja f'Malta biex tiggedded f'dan l-ispirtu.

Fir-rabta ta' kull wiehed u wahda ma' Alla hemm l-ghajn dejjem friska li minnha jwarrdu l-ghaqda u s-solidarjeta.

Hija din l-ghajn li ggedded il-Knisja fil-hidma pastorali taghha. Alla qed isejhilna biex meta nharsu lura, nitghallmu mill-imghoddi, u naghrfu naghzlu t-tradizzjonijiet ta' valur mis-suriet qodma li spiccaw.

Qed isejhilna biex naghrfu l-grazzja tal-mument ta' issa u nghixuh b'fedelta' dejjem akbar. Qed isejhilna biex infasslu l-futur b'tama kbira fih - Alla li qieghed maghna, li qatt mhu se jhallina wahedna ghal rihna.

Opportunitajiet biex inwasslu lil Kristu

Il-hajja kultant tnissel biza' jew qtigh il-qalb. Alla jghidilna biex ma naqtghux qalbna; lanqas norbtu jdejna u nibqghu passivi.

Nitolbuh biex naghrfu nwiegbu ghall-isfidi ta' zmienna u naraw fihom opportunitajiet biex inwasslu lil Kristu b'mod haj fl-ambjenti kollha tal-hajja taghna. Kristu hu d-dawl tad-dinja, dawl biex idawwal il-gnus.

Nitolbu lil Marija Omm il-Knisja biex, permezz tas-Sinodu, il-Knisja f'Malta tkun tista' twassal ahjar dan id-dawl jixghel fil-qalba tas-socjeta' Maltija u tghin biex jixxettlu u jissahhu l-ghaqda u s-solidarjeta.

KonKattidral ta' San Gwann
4 ta' Frar 2002.


Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof