MESSAGG TA' L-ARCISQOF

Ghall-Milied 2000

(Silta)

Fil-bidu ta' din il-laqgha annwali tieghi maghkom, permezz tat-televizjoni, fl-okkazjoni tal-festa sabiha tal-Milied, irrid nghidilkom "grazzi".

Forsi tistaqsuni: 'Grazzi ta' xiex?'

Hmistax-il xahar ilu, jiena ghamiltilkom stedina specjali. Tlabtkom tiehdu sehem attiv, bl-ahjar mod li tistghu, fis-Sinodu Djocesan. Heggigtkom biex flimkien naghmlu mis-Sinodu progett importanti u esperjenza straordinarja fil-hajja tal-Knisja f'Malta.

hadu sehem madwar mitt elf persuna

Minn dak iz-zmien 'il hawn, ghamilna u temmejna l-ewwel fazi tas-Sinodu - dik tal-konsultazzjoni maghkom: is-sigra tal-Knisja f'Malta.

Ridna li s-Sinodu jibda minnkom - il-poplu ghaziz taghna. Xtaqna li intom taghtuna, b'liberta' shiha, il-fehma u s-suggerimenti taghkom. Thabatna biex hadd ma jibqa' barra. Heggejnikom biex tersqu 'l quddiem halli l-mixja lejn dak li Alla jrid minna naghmluha flimkien.

Niehu gost nghid li, ghall-grazzja ta' Alla, f'din il-konsultazzjoni intom hadtu sehem bi hgarkom. Skond il-kalkoli li saru, infatti, hadu sehem madwar mitt elf persuna, l-iktar fil-parrocci.

Dan is-sehem hekk qawwi u hekk sincier taghkom fil-konsultazzjoni tas-Sinodu, ghalija huwa rigal ta' sodisfazzjon pastorali kbir u sabih. Intom urejtu li -- bil-maqlub ta' l-istampa kerha li gieli tinghata minn min il-Knisja spiss jaraha biss fl-ikrah tad-dghufijiet umani taghna l-membri taghha -- il-Knisja f'pajjizna hija Knisja hajja. Hija Knisja umli, imma energika.

Hija Knisja herqana li taghraf is-sinjali li jrid juriha Alla. Knisja mpenjata biex tissaffa min-nuqqasijiet taghha. Knisja li trid taghti lilha nfisha sens ta' direzzjoni spiritwali car. Knisja determinata li tinbena dejjem izjed fuq il-Kelma ta' l-Imghallem Divin u li timxi dejjem ahjar skond ir-rieda tal-Mulej.

Ghal dan kollu rrid inrodd hajr lill-Mulej, u wkoll lilkom ilkoll: lil kull wiehed u wahda fostkom li tajtu sehemkom biex inkunu nistghu nitilqu minn fejn ahna, u hekk is-Sinodu jitqieghed fuq bazi soda.

Nikkonfermalkom li, dak kollu li ghidtu u ktibtu fil-konsultazzjoni, qed jigi studjat b'impenn, bis-serjeta' u fil-fond, biex nibnu fuqu u hekk nikbru dejjem izjed fl-ghaqda taghna ma' Alla u ma' xulxin.


Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof