MESSAGG TA' L-ARCISQOF
Waqt iz-zjara tal-membri tal-kummissjoni sinodu
(Silta)
Is-sena li se nibdew ghada hi ta' importanza partikulari ghall-Knisja f'Malta u pass iehor sabih fil-mixja taghha fl-Istorja. Matul is-sena, se tiltaqa' ghall-ewwel darba mill-Koncilju Vatikan II l-Assemblea Djocesana tas-Sinodu. F'din l-Assemblea tas-Sinodu, se jiehdu sehem ghadd kbir ta' lajci.
Fis-sena li qed tispicca, qeghidna pedament tajjeb ghas-Sinodu, permezz tal-konsultazzjoni wiesgha li saret. Nirringrazzja hafna lill-membri tal-Kummissjoni tas-Sinodu tax-xoghol kbir matul din is-sena li ghaddiet. Din il-Kummissjoni kienet il-mutur tal-hidma siewja li saret. Nirringrazzja wkoll lill-Istitut ta' Ricerka ta' l-Arcidjocesi DISCERN, u lil tant nies ohra li ghenu f'dan il-process.
Is-Sinodu hu l-progett ewlieni tal-Knisja f'Malta ghal dawn is-sentejn li gejjin. Hu programm tal-Knisja kollha. Qed naghmel appell lill-Knisja kollha u lil kull persuna ta' rieda tajba biex inkomplu b'impenn flimkien din il-mixja li bdejna halli naghrfu s-sinjali ta' Alla fl-Istorja. Ghandna programm ta' talb u hidma u tigdid, li isehh bil-qawwa ta' Alla u l-hidma taghna lkoll flimkien.
Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof