MESSAGG TA' L-ARCISQOF
FIL-PRE-ASSEMBLEA TAS-SINODU DJOCESAN
It-temi tas-Sinodu Djocesan
(Silta)
It-temi ghall-agenda tas-Sinodu huma dawn it-tmienja li gejjin. Insemmihom wara xulxin mhux f'ordni ta' prijorità jew ta' importanza, imma ghax jiffurmaw parti minn kwadru shih.
L-ewwel tema hija dwar il-kuntest tal-hajja ta' llum u l-isfidi ghall-Knisja. Ghalhekk:
- Kultura - Socjetà - Knisja.
- Vizjoni ta' Knisja - komunjoni / poplu b'karizmi u ministeri diversi.
- Lajci.
- Kelma / Xandir.
- Liturgija / Sagramenti.
- Djakonija / Gustizzja.
- Zwieg u familja.
- Zghazagh u adolexxenti.
Zewg temi ohra huma dwar il-Knisja.
It-tliet temi l-ohra huma dimensjonijiet tal-hajja kollha tal-Knisja.
U zewg temi ohra huma oqma ta' attenzjoni partikulari.
(Silta)
Qed naghmlu llum pass iehor importanti fil-mixja tas-Sinodu djocesan. Din il-mixja s'issa ga halliet il-frott, bil-hidma ta' hafna minnkom hawnhekk, u tant nies ohra. Ghenitna lkoll biex nifthu qalbna aktar ghal Alla u ghal xulxin.
Wara li ghamilna xhur nisimghu lil xulxin b'liberta' shiha u bis-sincerita', f'konsultazzjoni wiesgha hafna dwar il-hajja tal-Knisja f'Malta u tas-socjeta' Maltija, issa fissajna t-temi ghal fuq l-agenda tas-Sinodu. Ghadkom kif smajtu t-temi maghzula. Fuq dawn se nkomplu nahsbu u nahdmu flimkien. Dan hu l-progett ewlieni tal-Knisja f'Malta ghal dawn is-sentejn li gejjin.
Intom ilkoll persuni li ghandkom responsabbilta' kbira f'oqsma differenti tal-Knisja f'Malta. Illum qed naghmlilkom sejha: aghtu prijorita' lill-hidma tas-Sinodu. Komplu ahdmu biex is-Sinodu jkun, kif dejjem jinsisti l-Papa Gwanni Pawlu II, grajja tal-Knisja kollha.
Hafna jiddependi minnkom. Hafna jiddependi minn kemm intom se tghinu lin-nies biex jippartecipaw, jifhmu x'qed isiru, ihossu mal-Knisja f'Malta f'dan iz-zmien specjali li ghaddejja minnu. Intom tistghu tkomplu tibnu, intom tistghu thottu. Nafda f'idejkom din ir-responsabbilta' biex taghtu lkoll sehemkom halli ninbnew fi Knisja.
Ghalhekk, meta se tkunu msejha biex taghtu l-kontribut taghkom, aghtuh bil-qalb, bil-generozita', b'impenn. Kull sejha tas-Sinodu hi sejha biex nimxu flimkien u mhux ghal rasna, biex nghixu r-rejalta' tal-Knisja b'mod haj.
Fit-2 ta' Gunju, Vigili ta' Pentekoste, se naghmlu Celebrazzjoni Djocesana li tghaqqad flimkien il-Knisja kollha, biex naghtu bidu ghall-Assemblea djocesana tas-Sinodu. Il-grajja ta' Pentekoste ghandha sinjifikat partikulari ghall-Knisja: hi l-grajja meta l-Knisja timtela bl-Ispirtu s-Santu biex tohrog mill-gheluq u tibda l-missjoni taghha. Hi grajja li turi l-qawwa ta' Alla fid-dghufija taghna.
L-Assemblea tas-Sinodu trid tiddiskuti t-temi u d-dokumenti pastorali li jservu ta' gwida u ta' direzzjoni ghall-Knisja f'Malta fis-snin li gejjin. L-Assemblea, fil-membri taghha, se tkun tirrifletti l-Knisja kollha. U fl-istess hidma taghha, l-Assemblea se tkun dejjem f'din ir-rabta hajja mal-Knisja kollha.
Illum nixtieq nghid kelma ta' inkoraggiment lil kulhadd. Ejjew ninghaqdu aktar flimkien. Fir-rispett tal-karizmi u l-hidmiet taghna, nikkollaboraw. Ghalhekk qed isir is-Sinodu. Ghalhekk irridu nkomplu nahdmu flimkien.
Nitolbu hafna. Jekk nemmnu li hu l-Mulej li jmexxi, jekk qed infittxu li naghmlu r-rieda tieghu, it-talb irid ikun prezenti f'kull pass li naghmlu f'din il-mixja flimkien. Il-Mulej maghna!
Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof