MESSAGG TA' L-ARCISQOF

FIL-FTUH TA' L-ASSEMBLEA TAS-SINODU DJOCESAN

L-Ispirtu ta' Alla jmexxina

(Silta)

Inqas minn erba' gimghat ilu konna lkoll migburin flimkien bhala Knisja wahda madwar il-Papa Gwanni Pawlu II ghall-beatifikazzjoni ta' tlieta minn hutna Maltin: Dun Gorg Preca, il-Kjeriku Nazju Falzon u Swor Marija Adeodata Pisani. Kienet okkazjoni mill-isbah li zgur ma ninsewha qatt. Ghenitna nhossu l-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla li jmexxi l-Knisja tieghu.

Dak in-nhar tal-quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana, waqt l-omelija, il-Papa semma l-grajja tal-lejla -- ta' l-inawgurazzjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Il-Papa qal li ghandu tama qawwija li s-Sinodu jghin "biex tissahhah il-vizjoni tal-Koncilju Vatikan II tal-Knisja bhala l-komunjoni tal-poplu kollu ta' Alla." Gwanni Pawlu II kompla jispjega hekk: "F'din il-komunjoni hemm funzjonijiet u ministeri differenti, imma kulhadd hu msejjah biex jahdem flimkien biex igib 'il quddiem is-saltna ta' Kristu ta' gustizzja, paci u mhabba."

Qed nghixu f'dan il-jum il-grajja li semma l-Papa. It-tama u x-xewqa li fisser hu dak in-nhar hi wkoll it-tama u x-xewqa tal-Knisja kollha f'Malta. Hi t-talba herqana li naghmlu lill-Ispirtu s-Santu filwaqt li ninsabu migbura flimkien bhala Knisja wahda, f'din il-festa kbira tieghu.

Esperjenza ta' Knisja hajja

Is-Sinodu Djocesan diga s'issa kien esperjenza sabiha ta' Knisja hajja. Eluf ta' Maltin hadu sehem fil-konsultazzjoni wiesgha li saret. Qalu dak li jixtiequ jaraw fil-Knisja biex taqdi ahjar il-missjoni taghha.

Nixtieq nirringrazzja mill-qalb lil tant nies li taw is-sehem taghhom b'tant hegga u mhabba lejn il-Knisja. It-tmien temi1 li se jkunu ttrattati fis-Sinodu huma rizultat ta' din il-konsultazzjoni li saret, u ta' din il-partecipazzjoni kbira.

Is-Sinodu issa qed jghaddi ghal pass iehor f'din il-mixja, bil-laqghat ta' l-Assemblea.

X'inhi din l-Assemblea tas-Sinodu? Hi gemgha ta' lajci, sacerdoti u religjuzi, li qeghdin prezenti hawnhekk. Se niltaqghu flimkien u niddiskutu fil-fond it-temi tas-Sinodu halli l-Knisja f'Malta taghraf aktar is-sinjali taz-zminijiet u twiegeb ghalihom. L-Assemblea se tirrifletti lill-Knisja f'Malta bir-rikkezza kbira taghha. Nistedinkom titolbu hafna ghal dawn il-laqghat ta' l-Assemblea u tkomplu turi interess haj f'dak li jkun ghaddej.

Is-sehem specjali tal-lajci

Hemm haga specjali hafna f'din l-Assemblea tas-Sinodu. Se jkun fiha ghadd kbir ta' lajci, ghall-ewwel darba fl-istorja ta' l-Arcidjocesi. Mhux forsi dan sinjal kbir ta' l-Ispirtu ta' Alla li jmexxi lill-Knisja tieghu f'Malta? Kif kiteb il-Papa Gwanni Pawlu II: "Dawn is-Sinodi... jaghtu sehem tassew kbir lit-tishib tal-lajci u jghidu liema huma r-responsabbiltajiet specifici taghhom fil-Knisja; ifissru l-qawwa li Kristu ta lill-Poplu kollu ta' Alla..." (Tertio millennio adveniente n. 21).

Nixtieq hawnhekk nghid kelma lill-membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Huti fi Kristu, il-laqghat ta' l-Assemblea, li se jkollna fiz-zmien li gej, ghandhom jghinuna biex inhossu r-responsabbilta' ta' kull wiehed u wahda minna ghall-hajja tal-Knisja, ghall-hidma pastorali taghha. Se nitkellmu flimkien u nisimghu lil xulxin f'ambjent ta' liberta' u ta' mhabba. Imma fuq kollox irid ikollna qalbna miftuha ghall-Ispirtu ta' Alla biex nisimghu lilu u biex imexxina Hu. F'dak kollu li se naghmlu, li se nghidu, li se nghixu, ha jmexxina dejjem l-Ispirtu s-Santu. Halli jkun Hu l-protagonista.

Hu l-Ispirtu ta' Alla li jghaqqadna flimkien. Hu, l-Ispirtu ta' l-ghaqda, isahhah il-komunjoni tal-poplu kollu ta' Alla f'Malta biex nghixu tassew bhala familja wahda. Fil-Knisja qeghdin nies ta' karattri, opinjonijiet, u stejjer differenti imma li lkoll jistqarru fidi wahda fi Kristu. Bil-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla, is-Sinodu jrid jghinna ninghaqdu aktar flimkien, fir-rispett tal-karizmi u l-hidmiet taghna, u nkunu lkoll haga wahda fi Kristu.

Hajja gdida

Hu l-Ispirtu ta' Alla li jaghti l-hajja. Smajna fl-ewwel Qari, mill-Ktieb tal-Profeta Ezekjel, kif il-Mulej iqeghdu f'nofs wied mizghud bil-ghadam u jaghmillu din il-mistoqsija: 'Jista' dan il-ghadam jerga' jiehu l-hajja?' U Alla juri kif Hu ghandu l-qawwa li l-ghadam niexef jerga' jaghtih il-hajja. X'ifisser dan? Ifisser li l-Ispirtu ta' Alla ghandu l-qawwa li jaghti l-hajja mill-gdid lill-poplu tieghu. Dan hu messagg importanti ghalina. Kultant ninhakmu mill-qtigh tal-qalb, mill-isfiducja. Jigu mumenti meta fil-hidma taghna nhossuna qed naghzqu fl-ilma, qisu kollox ghal xejn, u forsi l-pass taghna jittaqqal. Jigu waqtiet meta nhossu d-dghufija taghna teghlibna. Imma Alla hu maghna u ghandu l-qawwa jibdel, jerga' jaghti l-hajja. Il-grajja ta' llum dan qed tfakkarna. F'dan is-Sinodu ha nemmnu f'din il-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla li jaghti energija gdida u tama shiha.

Hu l-Ispirtu ta' Alla li jghinna naghrfu s-sinjali taz-zminijiet. Qed nghixu llum f'dinja li qed tinbidel b'pass mghaggel, bit-tajjeb u l-hazin li dan igib mieghu. X'irid jghidilna Alla b'dan li qed jigri? X'sinjali qed jurina? Is-Sinodu hu xiehda li ahna - il-Knisja f'Malta - m'ahniex passivi, imma qed niehdu azzjoni biex naghrfu x'qed ifisser ghal hajjitna z-zmien gdid li qed nghixu fih, u x'qed jitlob minna Alla f'dan iz-zmien gdid.

Hu l-Ispirtu ta' Alla li jmexxi lill-Knisja f'Malta f'evangelizzazzjoni l-gdida. Il-grajja ta' Pentekoste turina lill-appostli johorgu mic-cenaklu, fejn kienu maghluqin, u b'kuragg u bla biza' jxandru l-Ahbar it-Tajba. Minn fejn giet din il-qawwa? Mill-Ispirtu ta' Alla. Lilna wkoll, il-Knisja f'Malta, l-Ispirtu ta' Alla jghinna biex nohorgu mill-gheluq, biex inxandru lil Gesu' Kristu, qabel xejn bix-xiehda ta' hajjitna. F'dan is-Sinodu, ha nhallu lill-Ispirtu ta' Alla jmexxina biex inwasslu l-Ahbar li ssalva lill-bniedem u tghinu jhaddan dawk il-valuri li tassew jaghmluh bniedem shih. Ha nwasslu l-Ahbar li tibni socjeta' gusta li tghix fil-paci u fl-ghaqda.

Ha nimtlew ilkoll b'dan l-Ispirtu ta' Alla. Ha nimxu lejn il-gejjieni b'kuragg u b'qawwa.

Ejja Spirtu ta' Alla, inzel fuqna lkoll, il-Knisja tieghek, u imliena bil-qawwa tieghek. U f'din il-hidma ta' l-Assemblea tas-Sinodu li qed ninawguraw illum u fit-triq li ghandna quddiemna, mexxina dejjem int, Spirtu ta' Alla!

Vgili ta' Pentekoste


Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof