MESSAGG TA' L-ARCISQOF
FL-EWWEL SESSJONI TA' L-ASSEMBLEA TAS-SINODU
Djalogu veru ghall-gid tal-Poplu kollu ta' Alla
(Silta)
Nilqaghkom ghal din l-ewwel laqgha ta' l-Assemblea tas-Sinodu Djocesan. Nirringrazzjakom li lqajtu l-istedina tieghi biex tippartecipaw u nixtieq nuri l-apprezzament kbir tieghi ghall-kontribut li qed taghtu lill-hajja tal-Knisja f'Malta.
Din l-Assemblea hija pass importanti fil-mixja tas-Sinodu li beda fid-29 ta' Settembru 1999 u fl-ewwel fazi tieghu kellu konsultazzjoni wiesgha hafna mas-socjeta' Maltija. Il-punt tat-tluq, ghalhekk, kien dak li esprima l-poplu b'partecipazzjoni kbira u b'liberta' shiha. Dan ghaliex, kif jghid il-Koncilju, 'l-hena u t-tama, in-niket u t-thassib tal-bniedem ta' llum, fuq kollox tal-foqra u ta' dawk kollha li jbatu, huma wkoll l-hena u t-tama, in-niket u t-thassib tad-dixxipli ta' Kristu, u ma hemm ebda haga li hi tassew tal-bniedem li huma wkoll ma jhossuhiex f'qalbhom.' (Gaudium et Spes n. 1). B'din l-Assemblea issa nghaddu ghal kif il-Knisja se twiegeb ghall-htigiet u ghax-xewqat tal-poplu llum, fid-dawl tal-kelma ta' Alla.
l-Assemblea hi ffurmata minn hafna nies gejjin minn oqsma tal-hajja differenti
Kif tistghu taraw, din l-Assemblea hi ffurmata minn hafna nies gejjin minn oqsma tal-hajja differenti li jirriflettu l-hajja tal-Knisja f'Malta. Il-fatt li ltqajna flimkien hu minnu nnifsu grajja sabiha. Ahna lkoll ahwa fi Kristu. Gejna hawn minn toroq differenti biex ningabru flimkien. Mhux proprju dan li tfisser il-kelma 'sinodu': li nies minn toroq differenti jimxu flimkien? Mhuwiex dan espressjoni mill-aktar hajja ta' dak li l-Knisja hi: il-poplu ta' Alla migbur fl-ghaqda tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu (Lumen Gentium n. 4)?
L-ezercizzju nnifsu tal-hidma ta' l-Assemblea se jkun mod haj kif nghixu r-realta' tal-Knisja. Ahna qeghdin hawn biex flimkien, b'mod sinodali, naslu ghal dokumenti pastorali li jservu ta' gwida ghall-hajja tal-Knisja f'Malta. Imma m'ahniex hawn biss biex nipproducu xi haga. Qabel xejn, qeghdin hawn biex nghixu r-realta' ta' Knisja li Alla qed jitlob minna llum. Il-Papa Gwanni Pawlu II, fl-omelija fil-quddiesa tal-beatifikazzjoni ta' tlieta minn hutna Maltin, semma t-tama qawwija tieghu li s-Sinodu jghin biex tissahhah il-vizjoni tal-Koncilju Vatikan II tal-Knisja bhala komunjoni u biex nimxu 'l quddiem f'era gdida ta' ghaqda u koresponsabbilta'.
F'din l-Assemblea, ejjew naghtu sehemna qabel xejn billi nisimghu lil xulxin f'ambjent ta' djalogu veru. Dan l-ezercizzju mhux facli. Jitlob hafna pacenzja. Jien nixtieq li f'din l-Assemblea nitkellmu b'liberta' shiha u bis-sincerita'. Fl-istess waqt, b'hafna mhabba u rispett.
ha nharsu lejn wicc Kristu u fl-istess waqt lejn wicc il-bniedem tal-lum, lejn il-htigiet tieghu, lejn dak li jimlielu hajtu...
Tul il-hidma ta' l-Assemblea, ha nharsu lejn Gesu' Kristu bhala t-triq taghna: 'Gesu' Kristu, Feddej wahdieni tad-dinja, il-bierah, il-lum u ghal dejjem' (Lhud 13,18). Kristu hu t-triq: meta naqbdu din it-triq, nafu li qeghdin fit-triq it-tajba. Kristu hu t-triq li tressaqna lejn il-bniedem, fil-htigiet veri tieghu. Kif jghallimna l-Koncilju, 'bl-inkarnazzjoni tieghu, Hu, l-Iben ta' Alla, b'certu mod inghaqad ma' kull bniedem' (Gaudium et Spes n. 22). Tul il-hidma ta' l-Assemblea, ha nharsu lejn wicc Kristu u fl-istess waqt lejn wicc il-bniedem tal-lum, lejn il-htigiet tieghu, lejn dak li jimlielu hajtu, lejn dak li jtelliflu d-dinjita' tieghu. Ma nqeghdux lilna nfusna fic-centru, imma niftakru li ahna bhala Knisja qeghdin ghas-servizz tal-bniedem, u tas-socjeta', fuq l-ezempju ta' Kristu.
Tul il-hidma ta' l-Assemblea, ha jmexxina l-Ispirtu ta' Alla. San Pawl, fl-Ittra tieghu lill-Korintin (1Kor 12,4-7) jispjega dan car: 'Hemm imbaghad diversi doni, imma l-istess wiehed hu l-Mulej; hemm diversi hidmiet, imma l-istess Alla, li jahdem kollox f'kulhadd. Lil kull wiehed tinghata r-rivelazzjoni ta' l-Ispirtu ghall-gid ta' kulhadd.' Ghalhekk, fl-istess waqt li ahna nisimghu lil xulxin, ha jkollna qalbna miftuha qabel xejn ghall-Ispirtu ta' Alla, l-Ispirtu li johloq, li jaghti l-hajja, li jgedded. Ha naghrfu s-sinjali tieghu. B'dan l-ispirtu ta' dixxerniment, dawn il-laqghat ta' l-Assemblea jhallu hafna frott u jilhqu l-iskop taghhom.
Tul il-hidma ta' l-Assemblea, ha nahdmu bl-ispirtu ta' ulied ta' l-istess Missier (ara Rm. 8.15-16). Aktar ma naghrfu lil Alla Missierna li jhobbna, aktar ma naghrfu li ahna wlied ta' dan l-istess Missier, aktar ingibu ruhna ta' ahwa. Fl-istess hidma ta' evangelizazzjoni tal-Knisja, hemm bzonn naghtu xiehda li ahna tassew ahwa. F'din l-Assemblea, bi spirtu ta' wlied, ha nfittxu bhala ahwa l-gid tal-komunita' djocesana kollha. Ma niqfux fl-interess ta' grupp, jew f'interess ta' parti jew ta' sezzjoni, imma nahsbu fil-gid ta' kulhadd, fl-interess tal-poplu kollu ta' Alla. Fl-istess hidma taghna, inkunu wkoll maghquda ma' l-ahwa kollha tal-Knisja f'Malta.
Ghandna agenda twila quddiemna. Kif tafu, hemm tmien temi li se niddiskutu u t-tmienja huma oqsma ta' impenn fil-hajja tal-Knisja f'Malta. M'ahniex se nghidu dak kollu li jista' jinghad fuq kull qasam; dan hu impossibbli. Imma rridu naraw x'inhuma l-isfidi ghall-hidma pastorali tal-Knisja f'dawn l-oqsma llum, meta qed nghixu fi zmien ta' bidliet mghaggla. Nistudjaw kif se nghaqqdu l-fedelta' lejn Alla mal-fedelta' lejn il-bniedem, kif se nghaqqdu l-wirt nisrani taghna ma' l-isfidi ta' llum u tal-gejjieni. Diffikultajiet ikollna; imma bil-fiducja fl-ghajnuna ta' Alla, neghlbuhom.
Nixtieqkom titolbu hafna. Lill-Mulej li mexa maghna tul is-snin, nitolbuh ikun maghna tul il-hidma ta' l-Assemblea, filwaqt li niftakru li 'Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, ghalxejn jithabtu l-bennejja, jekk il-Mulej ma jharisx il-belt ghalxejn jishar il-ghassies.' (Salm 126). Din l-Assemblea hi fil-fatt att ta' fiducja f'Alla. Filwaqt Ii naghrfu d-dghufija taghna, filwaqt li naghrfu l-limitazzjonijiet taghna, naghrfu wkoll il-kobor ta' Alla, il-qawwa tieghu. Ha nemmnu fih u nifthu qalbna ghalih. Ejjew infittxu r-rieda tieghu, dak li hu qieghed juri fis-sinjali ta' zminijietna u jkollna l-kuragg naghmlu l-mixja ta' konverzjoni minn dak li ahna ghal dak li jistenna minna Alla llum.
Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof