MESSAGG TA' L-ARCISQOF
FIS-27 ANNIVERSARJU TA' L-ORDINAZZJONI EPISKOPALI
Nidhlu aktar fil-hajja tal-poplu
Nirringrazzjakom hafna, mahbubin huti sacerdoti djocesani u religjuzi, ahwa membri ta' istituti ta' hajja konsagrata, u gheziez uliedi lajci, talli qed tissiehbu mieghi f'din il-Quddiesa ta' radd il-hajr lil Alla fl-okkazjoni tas-27 sena minn meta, minghajr ma jisthoqqli, jiena gejt moghni bil-milja tas-sacerdozju: bl-ghoti ta' l-ordinazzjoni episkopali.
Lill-Mulej nixtieq nirringrazzjah ukoll ghal tant u tant ghajnuniet li tani permezz ta' tant sacerdoti, religjuzi u lajci li mxew u hadmu mieghi, min b'mod u min b'iehor, matul dawn is-snin kollha. Inhossni grat lejn dawn il-kooperaturi ghall-ghajnuna mitqlha deheb li dejjem tawni b'imhabba, generozita' u lealta'.
Is-Sinodu Djocesan
F'dan il-granet li gejjin se jibda jiltaqa' f'Ruma s-Sinodu ta' l-isqfijiet dwar is-suggett: 'L-Isqof bhala qaddej ta' l-Evangelju ta' Gesu' Kristu ghat-tama tad-dinja'. Nistedinkom titolbu hafna biex is-Sinodu jhalli hafna frott.
Nixtieq li f'din l-okkazjoni nitkellem maghkom fuq Sinodu iehor, is-Sinodu Djocesan taghna. Dan kellu l-bidu tieghu sewwasew sentejn ilu, f'Quddiesa bhal din.
Is-Sinodu fid-djocesi taghna huwa zmien ta' grazzja straordinarja. Huwa zmien ukoll ta' responsabbilta' kbira, kemm ghalija bhala Isqof taghkom u kemm ghas-sacerdoti, religjuzi u nsara taghna.
Fil-fatt, illum hawn prezenti wkoll il-membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu u tal-Gruppi ta' Hidma.
Dan juri li l-Knisja f'Malta bhalissa ghaddejja minn zmien importanti hafna. Juri wkoll kemm is-Sinodu jrid ikun bilfors ghal qalb l-Isqof djocesan: huwa zmien ta' tigdid fi Kristu.
Bhalissa hemm tmien gruppi li qed jahdmu, grupp ghal kull wahda mit-temi tas-Sinodu. Kull tema tmiss aspett importanti mill-hajja tas-socjeta' u mill-hidma pastorali tad-djocesi. 'Il quddiem iridu jsiru diversi laqghat ta' l-Assemblea fejn il-Knisja taghmel id-dixxerniment mehtieg u hekk taghraf twiegeb ghas-sinjali li jurina Alla.
Xoghol effettiv
F'dawn is-sentejn li ghaddew, sar xoghol bis-sehem ta' hafna nies.
Is-sehem ta' bosta nies huwa mehtieg hafna, ghaliex is-Sinodu huwa esperjenza li tinfirex fuq il-poplu kollu biex kulhadd ikun jista' jaghti sehmu halli l-Knisja f'Malta tkun dejjem kif iridha Alla.
Sar hafna xoghol; u xoghol tajjeb hafna. Veru li hafna mix-xoghol ma jidhirx, izda kull xoghol li jsir f'ghaqda ma' xulxin, fi spirtu ta' talb, hu xoghol effettiv; huwa bhaz-zerriegha li meta tinxtehet f'art tajba tikber bla hoss u bla ma tidher, imma thalli l-frott.
Permezz ta' din il-hidma flimkien Alla wriena li ghandna hafna tajjeb. Madankollu, il-Mulej uriena wkoll li hemm hafna fiex nistghu nkunu ahjar.
Ta' dan kollu nirringrazzjaw lill-Mulej.
Dan is-sehem li qed jaghtu tant u tant nies, bil-qalb u b'dedikazzjoni kbira, f'din il-hidma biex dejjem tissahhah u tiggedded il-hajja tal-Knisja f'Malta, jixhed li s-Sinodu, qabel ma hu progett, hu fuq kollox esperjenza specjali fil-Knisja bhala komunjoni.
Dan ifisser li jinhtieg, qabel kollox, li ahna lkoll li niffurmaw Knisja wahda nimxu flimkien fi Kristu, biex ninghaqdu aktar mieghu u bejnietna.
Dan ifisser li filwaqt li nikkontemplaw lit-Trinita' li tghix fina, kif jghid il-Papa fi "Novo millenio ineunte' ahna nsibu wkoll wisgha ghall-ohrajn, narawhom bicca minna, naqsmu l-ferh u n-niket taghhom, nghinuhom fil-htigiet taghhom u noffrulhom hbiberija sinciera.
Dan ifisser li nifthu qalbna ghal dawk li huma mwarrbin, kif ukoll li ahna naghrfu naraw dak li hu tajjeb fl-ohrajn u nilqghuh u nghozzuh bhala rigal minghand Alla.
Hu b'dan il-mod biss li nistghu nassiguraw li l-istrutturi esterni ta' komunjoni fil-Knisja ma jkunux mekkanizmu minghajr ruh.
Dan l-ispirtu ta' komunjoni jitlob konverzjoni, bidla tal-qalb minna lkoll. Minni l-ewwel wiehed, ghax lili wkoll Alla jsejjahli l-hin kollu biex nitharreg f'dan l-ispirtu. Jitlob bidla tal-qalb mis-sacerdoti, mir-religjuzi, mil-lajci. Jitlob bidla tal-qalb ukoll mill-ghaqdiet u mill-movimenti fi hdan il-Knisja. Ninbidlu dejjem ghall-ahjar.
Il-Knisja hija ghanja b'din id-diversita' u hekk sabiha. Imma m'ahniex imsejhin biex nibqghu maghluqin fl-gheluq tal-grupp, imma biex ninfethu ghall-Knisja kollha u ghas-socjeta' kollha u nahdmu b'mod ko-responsabbli.
Il-Papa Gwanni Pawlu stess sahaq fuq dan fil-Quddiesa ta' Beatifikazzjoni fid-9 ta' Mejju li ghadda, meta heggigna biex nahdmu flimkien 'f'era gdida ta' ghaqda u ko-responsabbilta' bejn kleru, religjuzi u lajci.'
Nitlob li s-Sinodu jghinna nahdmu hafna b'dan l-ispirtu fil-parrocci, fil-ghaqdiet u l-movimenti, fl-iskejjel, f'kull istituzzjoni tal-Knisja.
Il-missjoni
Il-komunjoni twassal ghall-missjoni. Is-Sinodu qed isir ukoll biex inwiegbu ghas-sejha tal-Papa: 'Aqdfu 'l barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek ghas-sajd. Hekk qal Gesu' lil Pietru u lill-appostli' (Lq. 5,4).
Din hi s-sejha tieghi lilkom ilkoll permezz tas-Sinodu: ha naqdfu 'l barra, lejn orizzonti godda; ha mmorru fil-fond, ha nkalaw ix-xbiek, fiducjuzi fil-Kelma ta' Alla. Ha nfittxu li nidhlu aktar fil-hajja tal-poplu, mhux biss ta' dawk qrib taghna, imma aktar u aktar ta' dawk li huma mbieghda jew li huma mwarrbin u wkoll ta' dawk indifferenti.
Ahna kultant inhossuna bhal Pietru, li qal lil Gesu': 'Mghallem, thabatna tant u ghal xejn! Ghamilna hafna sforzi u bla rizultat!' Kultant inhossuna qisna qed naghzqu fl-ilma. Imma ha jkollna l-istess twegiba ta' Pietru: 'La qieghed tghid int, ha nkalaw ix-xbiek.' Ha noqoghdu fuq il-kelma tieghu. Is-Sinodu ghalhekk hu att ta' fiducja f'Alla li hu aqwa mill-isforzi taghna. Ghal kull att ta' sfiducja, ta' qtigh il-qalb, Alla ghandu risposta gdida, sorpriza sabiha u effettiva. Basta nafdaw fih.
Is-Sinodu jghinna biex inharsu 'l quddiem b'tama. Huma hafna l-problemi li s-socjeta' thabbat wiccha maghhom f'dawn iz-zminijiet li jinbidlu bl-ghaggla. Kull problema tista' tkun opportunita' ghal evangelizzazzjoni gdida. Irridu nilqghu l-isfidi taz-zminijiet ta' l-lum u nharsu lejhom b'sens kbir ta' tama f'Alla. F'qalbna jkollna biss u dejjem ix-xewqa li nfittxu, naghrfu u naghmlu r-rieda ta' Alla, tiswielna x'tiswielna.
Naghmel tieghi l-appell tal-Papa (Novo millennio ineunte n. 58): 'Ejjew nimxu 'l quddiem fit-tama. Millennju gdid qed jinfetah quddiem il-Knisja bhal ocean vast li fuqu nissugraw lilna nfusna filwaqt li nafdaw fl-ghajnuna ta' Alla.' Inkomplu b'kuragg u b'entuzjazmu din il-mixja.
KonKattidral ta' San Gwann, Valletta
28 ta' Settembru 2001
Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof