MESSAGG TA' L-ARCISQOF

CELEBRAZZJONI TAL-VGILI TA' GHID IL-HAMSIN

Insara ta' fibra

Il-festa ta' Ghid il-Hamsin tfakkar grajja kbira u ghaziza ghall-Knisja - meta l-appostli, li kienu migbura fic-Âenaklu, ircevew id-don ta' l-Ispirtu s-Santu.

L-Ispirtu s-Santu bidilhom lill-appostli. Minn nies mimlijin biza' u qtigh il-qalb, ghamilhom nies ta' kuragg u ta' qawwa. Minn nies 'bil-bibien maghluqa', ghamilhom nies li jifthu l-bibien u johorgu biex ihabbru lil Kristu haj ma' l-erbat irjieh tad-dinja.

Dak in-nhar ta' Pentekoste, il-Knisja harget fil-miftuh biex taghti Xiehda u twassal l-Ahbar it-tajba lis-socjeta' u lid-dinja kollha. Minn dak in-nhar sa llum, il-Knisja ma waqfitx taghmel proposta: il-proposta tal-Vangelu, ta' Kristu s-Salvatur ta' kulhadd.

Kienet xewqa tieghi li, bhala Knisja f'Malta, niccelebraw din il-grajja hekk sabiha. Flimkien nergghu nitolbu l-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla ghall-Knisja kollha. Ghid il-Hamsin mhijiex celebrazzjoni ta' parti biss mill-Knisja; hi celebrazzjoni tal-Knisja kollha maghquda flimkien bil-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla.

Kemm hu sabih li f'din il-lejla ningabru flimkien, mill-parrocci, komunitajiet religjuzi, ghaqdiet u movimenti bhala familja wahda! Ilkoll naghtu xiehda tal-karizmi u tad-doni li l-Ispirtu ta' Alla jaghti b'abbundanza! Kemm huma f'waqthom mumenti bhal dawn li jghaqqduna f'mixja flimkien aktar u aktar f'dan iz-zmien li l-Knisja f'Malta ghaddejja mill-esperjenza tas-Sinodu djocesan - esperjenza li qed turina kemm Alla jhobbna!

L-Assemblea tas-Sinodu

Fil-Vgili ta' Ghid il-Hamsin tas-sena li ghaddiet, jien tajt bidu ghal-laqghat ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Dak in-nhar tlabna lkoll lill-Ispirtu s-Santu biex ikun maghna, fil-hidma tas-Sinodu f'Malta, u jmexxina hu.

Is-Sinodu hu ta' importanza kbira ghall-Knisja f'Malta. Fl-Assemblea tas-Sinodu, hemm ghadd gmielu ta' nies - madwar 250 - gejjin mill-oqsma differenti tal-Knisja f'Malta, fosthom persuna minn kull parrocca. Iltqajna diga 12-il darba u baqghalna diversi laqghat din is-sena. Qed niddiskutu temi importanti hafna ghall-hidma pastorali tal-Knisja. Il-lum nixtieq li flimkien nirringrazzjaw lil Alla ghal din is-sena li ghaddiet: sena ta' hidma permezz tal-laqghat ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Din hi esperjenza li tinteressa lill-Knisja kollha.

Nirringrazzjaw lil Alla, qabel xejn, ghax fl-esperjenza tas-Sinodu, tinhass il-qawwa ta' l-Ispirtu tieghu. Nirringrazzjawh ta' l-ispirtu ta' komunjoni bejnietna, ahna li ahna hekk diversi; ta' l-ambjent ta' djalogu u ta' sincerita' kbira. Nirringrazzjawh tal-hidma li saret minn tant nies b'imhabba u b'dedikazzjoni kbira.

Tul dawn ix-xhur li ghaddew, waqt li ngbarna flimkien fl-Assemblea tas-Sinodu, stajt nara ssehh ix-xewqa Ii fisser il-Papa Gwanni Pawlu II fil-quddiesa tal-beatifikazzjoni ta' tlieta minn hutna Maltin. Dak in-nhar, meta tkellem fuq il-ftuh ta' l-Assemblea tas-Sinodu, wera t-tama li l-Knisja f'Malta tissahhah fil-komunjoni, u li timxi 'l quddiem f'era gdida ta' ko-responsabbilta' bejn kleru, religjuzi u lajci.

Tigdid fl-ghaqda u l-imhabba

Waqt l-Assemblea tas-Sinodu, stajt nara x-xewqa li hemm fil-qalb ta' kull wiehed u wahda minna biex il-Knisja f'Malta, bil-qawwa ta' l-Ispirtu, tiggedded u tikber fl-ghaqda u fl-imhabba.

Hu l-Ispirtu s-Santu li jgeddidna. Illum nergghu nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex isaffi, igedded u jaghti l-hajja lill-Knisja f'Malta. Nitolbuh biex ikompli jmexxina hu, halli l-hidma ta' l-Assemblea tas-Sinodu, li trid issir fix-xhur li gejjin, thalli hafna frott ghall-Knisja u ghas-socjeta'.

Hu l-Ispirtu s-Santu li jgib l-ghaqda. Nitolbuh biex isahhah il-komunjoni fil-Knisja f'Malta u lkoll inkunu dejjem aktar familja wahda. U biex tkompli tidher l-ghana kbira tal-hidma tieghu kemm fid-diversita' kif ukoll, fl-istess waqt, fl-unita' tal-membri li jiffurmawha u tal-ghaqdiet u l-movimenti fi hdanha.

Hu l-Ispirtu s-Santu li jimlielna qalbna bl-imhabba. Nitolbuh biex jghin lill-Knisja f'Malta halli tkompli tahseb dejjem f'dawk li huma l-aktar fil-bzonn u sservihom; biex tieqaf ma' dawk li b'xi mod jew iehor ghaddejjin minn tbatija; u biex taghti widen ghall-ghajta siekta ta' dawk li huma bla vuci.

Xiehda tal-valuri nsara

Il-lejla nixtieq naghmlilkom din is-sejha li qed tohrog qawwija mill-esperjenza tas-Sinodu: li nkunu lkoll insara ta' fibra, mhux bezziegha, mhux qasba tixxejjer mar-rih. Li, b'impenn u b'konvinzjoni, f'kull qasam tas-socjeta', naghtu xiehda tal-valuri nsara. Hi din ix-xiehda li tholl u torbot: fil-familja, fl-iskejjel, fil-postijiet tax-xoghol, kull fejn niltaqghu. Ma nintelqux, ma ninghalqux fina nfusna, ma naharbux mir-responsabbiltajiet taghna. Bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu, ha naghtu xiehda ta' Kristu. Din ix-xiehda zgur tkun l-aqwa kontribut ghal socjeta' aktar gusta li tghix fil-paci u fl-ghaqda.

Tkun maghna Marija Ommna, fil-mixja taghna bhala Knisja, bhalma kienet ma' l-ewwel insara. Tkun maghna halli tghinna nghixu b'fedelta' is-sejha taghna ta' nsara.

Ejja, Spirtu Qaddis, u kebbes lil qalbna bin-nar ta' mhabbtek! F'din il-lejla hekk ghaziza, ahna migburin bhall-ewwel komunita' tieghek, flimkien ma' Marija. Nitolbuk tinzel fina u nitolbuk tkun maghna f'dan iz-zmien ta' grazzja tas-Sinodu djocesan. Thalli qatt li qalbna timtela bil-biza', bil-qtigh ta' qalb, bl-isfiducja. Imliena bl-entuzjazmu u bil-ferh u aghtina energija gdida, ha nimxu 'l quddiem b'kuragg u qawwa.


Ufficcju Stampa
Kurja ta' l-Arcisqof