MESSAGG TA' L-ARCISQOF

Fuljett mahrug qabel l-Assemblei tal-Parrocci

.

Gheziez,

Ftit ta' zmien ilu, ircevejtu d-dar stedina minghandi. Stedintkom biex tiktbu u tghidu x'tahsbu u x'tixtiequ ghall-hajja tal-Knisja f'Malta u ghas-servizz li taghti lill-poplu. Kienu hafna dawk li wiegbu, u permezz ta' hekk hargu t-tmien temi li fuqhom qed jahdem is-Sinodu.

Il-kummenti u s-suggeriment kollha gew studjati fil-fond. Fejn kien possibbli, diga ttiehdet azzjoni. Fejn kien mehtieg ezami aktar fil-fond, dan sar jew qed isir.

L-iskop kien li l-Knisja f'Malta taghraf tkun dak li jridha Alla fiz-zminijiet ta' llum, u dan bil-ghajnuna taghkom. Ghalhekk sena ilu laqqajt l-Assemblea tas-Sinodu. Din l-Assemblea hi maghmula minn diversi nies li jirrapprezentaw il-Knisja kollha, fosthom xi hadd mill-parrocca tieghek stess. Iltqajna digà sbatax-il darba. Fix-xhur li gejjin, se jsiru l-ahhar laqghat biex ghas-sena d-diehla jkollna l-konkluzjonijiet ta' din il-hidma.

Ga hareg hafna gid, ghax is-Sinodu ghen biex hafna jaghrfu ahjar ir-responsabbiltà taghhom bhala nsara. Kull min qed jattendi ghal-laqghat ta' l-Assemblea fehem kemm hi sabiha l-Knisja meta naghrfu nahdmu aktar flimkien. F'dawn il-laqghat kien hemm spirtu ta' djalogu haj, kollaborazzjoni bejn kulhadd u xewqa sinciera li naraw Alla x'irid minna. Illum nistedinkom titolbu biex is-Sinodu jhalli l-frott u lkoll naghrfu s-sinjali li Alla qed jurina.

Permezz ta' dan il-fuljett, nixtiequ naghtukom informazzjoni fil-qosor dwar dak li sar u li qed isir Þs-Sinodu. Se naghmlu dan ukoll fl-Assemblea tal-Parrocca taghkom. Nistedinkom ghalhekk biex tiehdu sehem attiv fl-Assemblea li ssir fil-parrocca taghkom, biex taghtu l-kontribut taghkom. Ha nkunu lkoll lesti biex nimxu fid-direzzjoni li s-Sinodu juri lill-Knisja f'Malta.

Il-Mulej iberikkom.

+ Guzeppi
Arcisqof ta' Malta