ITTRA TA' L-ARCISQOF

17 ta' Marzu 2003

Ittra lill-membri ta' l-Assemblea

Kurja ta' l-Arcisqof

Furjana.

17 ta' Marzu 2003.



Ghaziz/a,

Nhar is-Sibt 22 ta' Marzu 2003, l-Assemblea tas-Sinodu tiltaqa' ghall-ahhar laqgha ta' hidma.

Meta nhares lura lejn il-laqghat li ghaddew, nirringrazzja lil Alla ta' din l-esperjenza sabiha ta' komunjoni u dixxerniment flimkien, biex naghrfu lkoll dak li Alla qed jistenna minna llum u fiz-zmien li gej. Kien hemm hafna liberta' u sincerita', u hidma maghmula b'hafna mhabba u generozita'.

Nixtieq nuri l-apprezzament tieghi lejn dawk kollha li hadu sehem fil-laqghat ta' l-Assemblea u lejn dawk kollha li taw kontribut, b'xi mod jew iehor. Nirringrazzja hafna wkoll lill-membri tal-gruppi li hadmu fuq it-tmien temi tas-Sinodu b'tant dedikazzjoni.

Issa jmiss li nharsu 'l quddiem biex nimxu flimkien b'kuragg fit-triq li Alla qed jurina llum, b'tama kbira fl-ghajnuna tieghu li zgur qatt ma tonqosna.

Inheggek biex niltaqghu s-Sibt 22 ta' Marzu, biex nikkonkludu b'wicc il-gid il-laqghat taghna.


Guzeppi Mercieca

Arcisqof ta' Malta