DISKORS TA' L-ARCISQOF
7 ta' Gunju 2003
Prezentazzjoni tad-dokumenti tas-Sinodu
Il-lum f'din ic-celebrazzjoni se jigu pprezentati lili d-dokumenti pastorali fuq it-temi tas-Sinodu. Dawn id-dokumenti huma l-frott ta' hidma li saret b'kompetenza, b'dedikazzjoni u b'imhabba kbira. Qabel napprova dawn id-dokumenti, jiena se nirrifletti fuqhom u nitlob l-ghajnuna ta' l-Ispirtu s-Santu biex jghinni nagixxi skond il-kuxjenza u r-responsabbilta' tieghi ta' raghaj.
Is-Sinodu: nixxiegha ta' hajja gdida
L-akbar frott tas-Sinodu fil-hajja tal-Knisja huma l-valuri sbieh li ghexna flimkien, li wrew kemm il-Knisja f'Malta hi Knisja hajja, dinamika, demmha jbaqbaq bl-imhabba lejn Kristu u lejn il-bniedem u fl-istess waqt f'mixja ta' konverzjoni, ta' tisfija, ta' tigdid. F'dan is-sens, is-Sinodu hu nixxiegha ta' hajja gdida. Is-Sinodu wasal ghal sitt ghazliet fundamentali ta' valuri mibnija fuq il-kelma ta' Alla u fuq il-htigiet tal-bniedem u tas-socjeta' tal-lum, b'emfasi specjali fuq il-familja u z-zghazagh. Dawn il-valuri hargu mill-hidma ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Nixtieq nipproponihom lilkom ilkoll, biex imexxuna ghas-snin li gejjin.
Evangelizazzjoni
Il-Knisja f'Malta, frott tas-Sinodu, ghandha tintefa' b'ruhha u b'gisimha f'evangelizazzjoni gdida. Xi tfisser gdida? Jispjega l-Papa Gwanni Pawlu II: mhijiex gdida ghax jinbidel il-Vangelu, hu l-istess Vangelu li ahna rridu nxandru fis-snin li gejjin. Imma gdida f'espressjonijiet godda, f'metodi godda u f'entuzjazmu gdid. Din hi l-ewwel sejha tas-Sinodu: ejjew naghrfu din il-missjoni li ghandna: li nwasslu l-Ahbar it-Tajba b'espressjonijiet godda u b'hegga gdida f'pajjizna u naghtu xiehda taghha kemm fostna kif ukoll fl-Ewropa u fid-dinja.
Komunjoni
Valur importanti hafna fis-Sinodu u li ahna lkoll mistiedna li nghixuh b'mod aktar qawwi hu l-valur tal-komunjoni. Xi tfisser komunjoni? Hi l-ghaqda taghna ma' Alla li mbaghad turi ruhha b'mod qawwi fl-ghaqda taghna ma' xulxin. Komunjoni tfisser li meta nharsu lejn l-ohrajn jaraw fina l-wicc ta' ahwa, li nixtiqulhom il-gid, li qalbna miftuha ghalihom Novo millennio ineunte 43. Tfisser li nieqfu lill-hajriet egoistici ta' gewwa fina, li jgeghluna nigbdu lejna, u li jhajruna ghall-ghira u ghall-isfiducja; u nibnu ambjent fejn inkunu lkoll haga wahda, ahwa fi Kristu.
Formazzjoni
Is-Sinodu jishaq fuq il-htiega ta' formazzjoni. Ahna lkoll - sacerdoti, religjuzi u lajci - irridu niehdu bis-serjetà l-formazzjoni permanenti taghna. Formazzjoni fiex? Qabel xejn fl-ispirtu ta' Kristu, biex ahna nistghu nkunu, bhal Kristu, dawl ghall-bnedmin l-ohra; ghalhekk trid tkun formazzjoni li tfisser konverzjoni, bidla fil-qalb biex insiru nixbhu aktar lil Kristu. Formazzjoni wkoll fit-taghlim awtentiku tal-Knisja li hu gwida tant mehtiega fis-socjeta' tal-lum. Il-formazzjoni tghinna naffaccjaw l-isfidi godda fil-hajja tal-lum.
Djalogu
L-ispirtu ta' djalogu, li lkoll ghexna b'mod haj tul iz-zmien tas-Sinodu, irid ikun spirtu li janima l-Knisja f'Malta, u kull komunità fi hdanha. Id-djalogu nghixuh billi naghrfu nisimghu lil xulxin, fi stima ta' xulxin u naghtu l-kontribut taghna bis-sincerita'. Hu b'hekk biss li nistghu noholqu komunitajiet li jkunu qed jaghtu xiehda importanti lis-socjeta' Maltija. Id-djalogu nghixuh ukoll mal-kultura tal-lum u fil-qafas tar-realtajiet godda tal-lum u tas-snin li gejjin.
Qadi
Frott tas-Sinodu, il-Knisja f'Malta trid tkun Knisja li taqdi. Din hi karatteristika tal-Knisja tul iz-zminijiet, u ghalhekk fis-snin li gejjin irridu nkomplu nsahhu fostna dan l-ispirtu ta' servizz, fejn infittxu dejjem mhux li jaqduna imma li naqdu, fuq l-ezempju ta' Kristu (Novo millennio ineunte 49). L-imhabba taghna trid tissarraf fi spirtu ta' qadi ghal kulhadd, specjalment dawk li huma l-aktar fil-bzonn, u f'hidma ghal socjeta' aktar gusta.
Solidarjetà
Ghazla ohra importanti tal-Knisja f'Malta li tohrog mis-Sinodu u li trid turi ruhha dejjem aktar fis-snin li gejjin hi s-solidarjetà li tfisser attenzjoni ghall-imbeghdin u ghall-emarginati. Kull hidma li saret fis-Sinodu ma kinetx intenzjonata biss ghal dawk li diga huma attivi fil-komunita' nisranija; imma wkoll u b'mod partikulari ghal dawk li tbieghdu, ghal xi raguni jew ohra, u ghal dawk li fis-socjeta' jhossuhom maqtughin ghalihom. Bil-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla, il-Knisja trid tilhaq lil dawn u tghinhom ihossuhom f'darhom fi hdan il-komunita' nisranija. Hu l-istess spirtu ta' Kristu li gie qabel xejn ghal dawn in-nies. Ejjew noholqu komunitajiet fejn kulhadd ihossu milqugh b'imhabba (Novo millennio ineunte 50).
Sejha lil kulhadd
Is-Sinodu qed jintemm il-lum. Imma dan it-tmiem hu wkoll bidu. Kif kien maghna f'dan iz-zmien li ghadda, l-Ispirtu ta' Alla se jkun maghna fiz-zmien li gej. Il-lum qed naghmlilkom sejha biex ilkoll, b'attitudni ta' ahwa u qaddejja, nimxu flimkien fid-direzzjoni li wriena l-Ispirtu ta' Alla fis-Sinodu. Ghandna niehdu dan l-impenn qawwi flimkien il-lum. Minna lkoll, u minn kull wiehed u wahda minna, jiddependi jekk il-proposti tas-Sinodu jsirux realta'.
Ghal dan il-ghan se nwaqqaf Kummissjoni ghall-Implimentazzjoni tas-Sinodu, bil-hsieb li ssegwi u tara li s-Sinodu qed jitwettaq. Fl-istess hin, irridu niftakru li dan hu mpenn taghna lkoll.
Dak li qed jistenniena hu x-xoghol eccitanti tat-tigdid tal-hajja pastorali taghna, hidma li lkoll kemm ahna ghandna sehem fiha
Novo millennio ineunte 29. L-Ispirtu ta' Alla jghinna biex qatt ma nintrikbu mill-qtigh ta' qalb, mill-biza' u mill-isfiducja imma biex inharsu 'l quddiem b'kuragg, b'qawwa, b'fiducja shiha.
Grazzi, Mulej, ghal kull ma ghamilt maghna.
Grazzi tas-Sinodu, nixxiegha ta' hajja gdida.
Pjazza tal-Kattidral, Mdina
7 ta' Gunju 2003