ITTRA PASTORALI TA' L-ARCISQOF FL-OKKAZJONI TA' L-APPROVAZZJONI TAD-DOKUMENTI TAS-SINODU DJOCESAN
28 ta' Settembru 2003
It-twettiq tas-Sinodu
Mahbubin Uliedi,
Erba' snin ilu, f'Ittra Pastorali indirizzata lilkom, jien habbartilkom il-bidu tas-Sinodu Djocesan, zmien ta' tigdid u ta' grazzja ghall-Knisja f'Malta. Dak in-nhar, ghamiltilkom stedina biex intom ilkoll tghidu dak li tahsbu u tixtiequ biex il-Knisja taqdi ahjar il-missjoni taghha.
Il-mixja tas-Sinodu
Intom wegibtu bi hgarkom u b'sincerità kbira. Dak li ghedtu kien marbul u studjat b'serjeta' kbira. Meta, fit-tieni parti tas-Sinodu, sejjaht Assemblea rapprezentattiva tal-Knisja f'Malta, qeghidt quddiem din l-Assemblea x-xewqat u l-htigiet tal-poplu kif espressi fil-konsultazzjoni, li minnhom hargu tmien suggetti li l-aktar dehru importanti ghall-mixja tal-Knisja f'Malta fis-snin li gejjin.
L-Assemblea, f'diversi laqghat, studjat fil-fond dawn it-tmien temi ewlenin u approvat tmien dokumenti pastorali. Dawn id-dokumenti kienu pprezentati lili fic-Âelebrazzjoni ta' gheluq is-Sinodu, fis-7 ta' Gunju ta' din is-sena ghall-konsiderazzjoni u ghall-approvazzjoni tieghi.
Jien kont prezenti tul il-laqghat kollha ta' l-Assemblea u segwejt mill-qrib il-mixja kollha tas-Sinodu. Bqajt impressjonat bil-partecipazzjoni ta' tant nies, fosthom tant lajci, f'din il-mixja flimkien. Laqtuni s-sens ta' djalogu, ta' ahwa, ta' sincerita', ta' liberta', ta' kritika kostruttiva, ta' mhabba ghall-Knisja u ta' attenzjoni ghall-htigiet tal-bniedem u tas-socjetà tal-lum.
Wara li studjajt id-dokumenti, jidhirli li ghandi nipproponihom lill-Knisja f'Malta bhala gwida pastorali ghas-snin li gejjin. Ghalhekk, nhar it-Tnejn 29 ta' Settembru, waqt Âelebrazzjoni li se ssir fil-Konkattidral ta' San Gwann, jien se niffirma d-digriet ta' approvazzjoni tad-dokumenti tas-Sinodu. Dawn ikunu ppubblikati fil-gimghat li gejjin.
Id-dokumenti jittrattaw il-Knisja bhala komunjoni, kif ukoll ir-relazzjoni tal-Knisja mas-socjeta' u mal-kultura. Jitkellmu fuq l-impenn tal-lajci fid-dinja u fil-Knisja, u jaghtu attenzjoni partikulari lill-oqsma taz-zwieg u tal-familja, kif ukoll ta' l-adolexxenti u z-zghazagh. Jitkellmu wkoll fuq tliet ministeri fundamentali fil-Knisja: li nxandru b'kull mezz il-Kelma ta' Alla, li niccelebraw b'mod haj il-liturgija u s-sagramenti, u li nhaddnu lil kulhadd fi spirtu ta' djakonija u ta' promozzjoni tal-gustizzja.
Id-dokumenti: strumenti ghat-tigdid
Dak li nkiteb hu frott ta' hafna xoghol u ta' mixja ta' dixxerniment tal-Knisja f'Malta - hidma li saret b'dedikazzjoni u b'kompetenza kbira. Id-dokumenti hergin mill-qalba tal-Knisja. Issa jsiru strumenti ghat-tigdid tal-Knisja f'Malta, mappa ta' ghajnuna biex nistghu nimxu flimkien fit-triq tal-Mulej.
Is-Sinodu jurina li ghandna nkunu Knisja li timpenja ruhha f'evangelizazzjoni gdida u Knisja fejn ilkoll niehdu b'serjeta' l-formazzjoni kontinwa taghna. Hu f'waqtu li f'Jum it-Taghlim Nisrani, iccelebrat fl-ahhar Hadd ta' Settembru, ahna lkoll bhala Knisja ngeddu l-impenn ghal dan it-Taghlim li hu ghajn ta' kull gid.
Is-Sinodu jfissrilna li ghandna nkunu Knisja-komunjoni u li taghti xiehda ta' dan l-istil ta' komunjoni u tahdem ghall-ghaqda ta' l-ahwa. Fl-istess waqt, nahdmu dejjem bi spirtu ta' djalogu mal-bniedem u s-socjeta' tal-lum.
Is-Sinodu jheggigna biex inkunu Knisja li tahdem dejjem bi spirtu ta' qadi, li jfisser li tahdem ukoll ghal socjeta' gusta; Knisja li tahdem bi spirtu ta' solidarjeta', b'attenzjoni partikulari ghal dawk li tbieghdu u dawk li jhossuhom emarginati.
Id-dokumenti ghalhekk fihom hafna valuri importanti ghat-tahrig taghna lkoll. Dawn ghandhom ikunu mixtarra biex isiru parti mill-vizjoni ta' kull nisrani u nisranija f'Malta, u biex janimaw il-hidma li ssir. Jitolbu minna qabza fil-kwalita' tal-hidma taghna, qabel xejn konverzjoni tal-qalb.
Id-dokumenti fihom proposti
Id-dokumenti fihom ukoll diversi proposti. Ix-xoghol fuq it-twettiq ta' dawn il-proposti miexi. Insemmi, bhala ezempju, il-Kummissjoni ghall-Ambjent, li se tkun l-ewwel wahda tax-xorta taghha fl-istorja tal-Knisja f'Malta u mod haj kif il-Knisja twiegeb ghall-htigiet tas-socjeta' Maltija. Qed titwaqqaf ukoll il-Kummissjoni Djocesana Familja, biex il-Knisja ssahhah l-attenzjoni li taghti lil dan il-qasam tant importanti fis-socjetà tal-lum.
Hemm xi proposti li bilfors jiehdu z-zmien biex jitwettqu u zgur ma jsehhux mil-lum ghal ghada. Imma bl-impenn ta' kulhadd, l-Ispirtu ta' Alla jgib tigdid fil-hajja tal-Knisja u tas-socjeta' Maltija.
Ilkoll nafu li l-istrutturi, il-progetti u inizjattivi pastorali ohra huma mhux biss importanti imma wkoll mehtiega. Fl-istess waqt, ma rridu qatt ninsew li l-aktar importanti hi r-ruh ta' dan kollu: l-ispirtu li jaghti l-hajja. Hu biss bil-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla fina li t-tigdid jista' jsehh u jiehu suriet differenti.
Mehtieg il-kontribut ta' kulhadd
Bhala ghajnuna biex is-Sinodu jista' jitwettaq, f'Gunju li ghadda jien waqqaft Kummissjoni ghall-implimentazzjoni, li diga' hadmet bis-shih fix-xhur li ghaddew biex taghmel il-qafas halli s-Sinodu jkun jista' jitwettaq fil-prattika.
Twaqqfu gruppi li se jghinu fit-twettiq tas-Sinodu: f'kull parrocca, kongregazzjoni religjuza, ghaqda u moviment u fi strutturi ohra. Dawn huma ghajnuniet. Imma issa jiddependi minna lkoll - ilkoll irridu naghtu l-kontribut taghna.
Ejjew naraw x'kontribut nistghu naghtu kull wiehed u wahda minna, qabel ma nahsbu x'jista' jaghmel haddiehor ghalina.
Ejjew inharsu lejn il-hidma flimkien bhala prijorita' ghat-twettiq tas-Sinodu.
Appell
Inheggeg lis-sacerdoti djocesani u religjuzi biex ikunu fost il-promoturi ewlenin tat-twettiq tas-Sinodu u, bhala mexxejja tal-poplu ta' Alla, jaghmlu taghhom il-valuri li hargu mis-Sinodu u jwassluhom lill-ohrajn fil-qadi tal-ministeru taghhom.
Inheggeg lir-religjuzi rgiel u nisa, biex bil-karizmi li huma jhaddnu, jaghrfu jkunu huma fost il-protagonisti fit-twettiq tas-Sinodu, bhala xiehda hajja u awtentika fi hdan il-Knisja f'Malta.
Inheggeg lill-ghadd kbir ta' operaturi pastorali lajci li l-Knisja f'Malta hi msebbha bihom, biex fix-xewqa taghhom li jaqdu lill-Mulej, jidhlu b'impenn ghat-twettiq tas-Sinodu, halli hekk jaghtu servizz haj fil-Knisja u jkunu hmira fis-socjeta'.
Inheggeg lil kulhadd, biex niehdu bis-serjeta' d-direzzjoni li l-Ispirtu ta' Alla wriena permezz tas-Sinodu u nkomplu mexjin f'din id-direzzjoni b'hegga.
Diffikultajiet u problemi se jkun hemm, imma dawn ghandna nharsu lejhom bhala opportunitajiet ghal hidma maghmula b'impenn u b'imhabba dejjem akbar.
Ghal kull kelma ta' qtigh ta' qalb, ta' gheja, ta' indifferenza, ghandna nghinu lil xulxin b'kelma ta' kuragg, ta' energija, ta' hegga.
Is-Sinodu wriena li hemm bzonn inharsu 'l quddiem lejn il-gejjieni bil-konvinzjoni li l-Mulej hu maghna u li Ommna Marija dejjem tiehu hsiebna.
Is-Sinodu wriena kemm hu isbah u iktar utli li tixghel fjamma milli tilmenta mid-dlam. Jalla din il-fjamma tibqa' tixghel fil-Knisja f'Malta u taghti d-dawl lis-socjeta' Maltija l-lum.
Naghtikom il-barka pastorali tieghi b'rahan ta' kull gid mis-sema.
Illum 24 ta' Settembru, Festa tal-Madonna tal-Hniena.
X GUZEPPI MERCIECA
Arcisqof ta' Malta
Mons. Carmel Zammit
Kancellier
Din l-Ittra Pastorali nqrat fil-Quddies tas-Sibt filghaxija u l-Hadd, 27 u 28 ta' Settembru 2003