MESSAGG TA' L-ARCISQOF — fid-29 anniversarju ta' l-ordinazzjoni episkopali

29 ta' Settembru 2003

Inwettqu s-Sinodu b'hidma id f'id

Il-grajja tal-lum hija grajja ta' ferh kbir ghall-Knisja f'Malta.

Erba' snin ilu, sewwasew f'din l-okkazjoni, jien tajt bidu ghall-process tas-Sinodu Djocesan. Kont spjegajt li kien se jkun zmien twil u mpenjattiv, u li jitlob hafna pacenzja u dedikazzjoni; imma zmien sabih u ta' grazzja straordinarja ghall-Knisja f'Malta.

Hafna minkom segwew dak li sar tul is-snin: mill-konsultazzjoni wiesgha li saret, ghal-laqghat ta' l-Assemblea, ghat-tfassil tad-dokumenti u l-prezentazzjoni taghhom lili fl-gheluq tas-Sinodu, fis-7 ta' Gunju li ghadda.

Kienu hafna dawk li taw is-sehem taghhom f'dan il-process. Minn qalbi nirringrazzja lil tant nies li hadmu b'dedikazzjoni u b'kompetenza tul dan iz-zmien. Nesprimi apprezzament u gratitudni lejhom.

Jien kuntent hafna b'dak li sar fis-Sinodu, u b'mod specjali bl-ispirtu li kien hemm f'din l-esperjenza hajja ta' Knisja - spirtu ta' sincerita', ta' djalogu, ta' partecipazzjoni, ta' mhabba. Kienet esperjenza ta' kif l-imhabba hi r-ruh tal-Knisja. Kienet nixxiegha ta' hajja gdida.

Il-valur tad-dokumenti tas-Sinodu

Il-lum jien se niffirma d-digriet ta' approvazzjoni tad-dokumenti tas-Sinodu.

X'valur ghandhom id-dokumenti tas-Sinodu?

Ghall-Knisja f'Malta ghandhom valur kbir ghal diversi ragunijiet:

Firxa wiesgha tal-hidma pastorali tal-Knisja

Id-dokumenti jittrattaw firxa wiesgha tal-hidma pastorali tal-Knisja f'Malta. Mhumiex l-oqsma kollha. Anzi, fl-istess hidma tas-Sinodu, gew identifikati temi partikulari li fiz-zmien li gej jehtieg li jigu mistharrga aktar. Imma huma oqsma ta' importanza kbira.

Hemm, nghidu ahna, il-vizjoni ta' Knisja bhala komunjoni, b'mod li lkoll inhaddmu l-karizmi u d-doni li jaghtina l-Ispirtu ta' Alla u l-ministeri li jitlob minna. Hemm ir-relazzjoni tal-Knisja mal-kultura u s-socjeta' ta' zmienna, b'attenzjoni partikulari lil certi aspetti.

Id-dokumenti jaghtu attenzjoni partikulari lil zewg oqsma: zghazagh u adolexxenti; zwieg u familja. Nafu kemm dawn huma oqsma importanti ghas-socjeta' u ghall-hidma tal-Knisja.

Id-dokumenti jitkellmu wkoll fuq tliet ministeri importanti fil-Knisja: ix-xandir tal-kelma, il-liturgija u s-sagramenti, id-djakonija u l-promozzjoni tal-gustizzja.

Appell ghal hidma flimkien

Il-lum hu t-tmiem ta' hidma sfiqa li saret. Imma hu wkoll il-bidu. Issa beda z-zmien tat-twettiq. Nixtieq naghmel enfasi fuq punt li hu essenzjali fit-twettiq tas-Sinodu: il-hidma flimkien.

Is-Sinodu wriena l-valur tal-hidma flimkien - jigifieri, meta flok taqta' ghal rasek u timxi wahdek, timxi flimkien ma' l-ohrajn. Hu b'dan il-mod li s-Sinodu seta' jkun Ôprogett komuni'. F'esperjenza bhal tas-Sinodu, tintebah kemm mhux facli li tidhol ghal inizjattiva komuni, u flok tahdem ghal rasek, tahdem flimkien ma' l-ohrajn. Izda l-istess esperjenza turik ukoll kemm ir-rizultat ta' hidma flimkien iqanqlek u jheggek biex thares 'il quddiem b'kuragg.

Dan se jkun essenzjali fiz-zmien li gej. L-appell tieghi hu: ejjew nahdmu flimkien, bi spirtu veru ta' ahwa.

Dan jitlob minna lkoll konverzjoni tal-qalb. L-egoizmu fina jigbidna biex infittxu l-interessi personali taghna, tal-grupp jew ghaqda taghna. Hu bhal susa li tnawwar. L-Ispirtu ta' Alla jheggigna biex neghlbu dan l-egoizmu taghna u nfittxu li nahdmu flimkien. Il-Knisja mhijiex gabra ta' individwi li lkoll intefghu ghal rihhom, imma hija l-komunita' ta' dawk kollha li jemmnu migbura Ôfl-ghaqda tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu'.

Inharsu 'l quddiem

Il-lum il-harsa lura timlielna qalbna bil-ferh. Fl-istess hin, il-harsa 'l quddiem mhijiex harsa ta' biza', jew ta' perplessita'. Hija harsa ta' kuragg. Il-Mulej qed jghidilna: jiena maghkom dejjem. Harsu lejn l-esperjenza li ghaddejtu minnha tas-Sinodu. Ma hassejtux il-prezenza tieghi hajja? Il-Mulej jghidilna li se jkun maghna dejjem, ukoll fil-mumenti meta qisu ma jinhassx, jew meta l-hazen qisu jidher qed jeghleb it-tajjeb.

Dan hu l-Vangelu tat-tama - dawl li jmexxina fi triqtna.

Ghalhekk, ejjew inharsu 'l quddiem b'kuragg u nidhlu b'energija u b'entuzjasmu ghat-twettiq ta' dak li l-Ispirtu ta' Alla wriena permezz tas-Sinodu.


KonKattidral ta' San Gwann

29 ta' Settembru 2003