Artikli li dehru fuq ir-rivista Flimkien
Flimkien
L-ahhar artikli:
DISA' XFAFAR
Il-Knisja f'Malta għandha Pjan Pastorali ġdid għas-snin 2007-2008. Flimkien fi Kristu għas-servizz tal-bniedem. Dan hu l-motto ta' ispirazzjoni għall-Knisja f'Malta matul is-sentejn li ġejjin. Il-ħsieb hu li b'dan il-mod, il-Knisja tista' taħdem aktar:
flimkien23.htmlNAĦSDU DAK LI ŻRAJNA
Diċembru jġib fi tmiemu l-pjan ta' ħidma li l-Knisja f'Malta kellha għas-sentejn 2005-2006, bl-isem Nimxu Flimkien fid-Dawl tal-Mulej. Dan il-Pjan kellu l-ħsieb li jkompli t-twettiq ta' dak li ħareġ mis-Sinodu Djoċesan.
flimkien22.htmlPARROĊĊA IKTAR ĦAJJA
Matul dan ix-xahar, f'diversi parroċċi, qed isiru l-Assemblej parrokkjali. L-Assemblea hi wieħed mir-riżultati sbieħ tas-Sinodu Djoċesan. Issir darba fis-sena, f'dan iż-żmien, f'kull parroċċa.
flimkien21.htmlDAR TA' FAMILJA WAĦDA
Il-Knisja f'Malta qed taħdem biex teduka dwar ir-rispett lejn l-ambjent. Proprju f'dan ix-xahar, il-Kummissjoni Ambjent qed torganizza Ġimgħa Ambjent, bejn it-2 u s-7 ta' Ottubru, bl-iskop li tkompli tqajjem kuxjenza favur ambjent u favur il-ħtieġa ta' edukazzjoni ambjentali.
flimkien20.htmlJUMEJN IMPORTANTI
Fit-28 u t-30 ta' Settembru se ssir l-Assemblea Djoċesana. Din hi t-tielet Assemblea ta' wara s-Sinodu Djoċesan, li ntemm fl-2003.
flimkien19.htmlFESTI PARROKKJALI BIS-SENS
Qegħdin fil-qalba ta' l-istaġun tal-festi. Is-Sinodu jagħtina gwida dwar kif għandna niċċelebraw il-festi parrokkjali.
flimkien18.htmlWAĦDA TAĦDEM MA’ OĦRA
Is-Sinodu Djoċesan, fid-dokument Viżjoni ta' Knisja komunjoni, jgħid li l-komunjoni għandha tissarraf f'azzjonijiet, strutturi u policies konkreti, anzi stil ta' ħajja sinodali.
flimkien17.htmlGĦALL-QADI TAL-PARROĊĊA
Tista' tgħid kull parroċċa f'Malta għandha Kunsill Pastorali Parrokkjali jew qed taħseb serjament biex ikollha Kunsill li jaħdem tajjeb.
flimkien16.htmlINT FAVUR IL-ĦAJJA?
Matul din is-sena, il-Knisja f'Malta qed tkompli bil-ħidma tagħha favur il-ħajja tal-bniedem. Dan hu impenn li l-Knisja ħadet b'mod ċar fis-Sinodu Djoċesan. Il-Pjan Pastorali 2005-2006 bl-isem Nimxu Flimkien fid-Dawl tal-Mulej isemmi diversi inizjattivi kif din il-ħidma ssir.
flimkien15.htmlĠUSTIZZJA U PAĊI
Il-Knisja f'Malta għadha kif għamlet tiġdid fil-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi Biex din tintefa' b'ħeġġa għall-ħidma li s-Sinodu Djoċesan ifisser b'mod ċar.
flimkien14.htmlKONT BARRANI U LQAJTUNI
Il-Knisja f'Malta qed taħdem biex twettaq il-kliem ta' Ġesu': "Kont barrani u lqajtuni…" Ħarsa lejn il-Pjan Pastorali tal-Knisja għall-2005-2006 turik il-ħidma tagħha mal-barranin li jsibu ruħhom fuq xtutna u li ġenwinament huma vittmi ta' inġustizzji kbar u ta' sitwazzjonijiet koroh.
flimkien13.htmlPass pass flimkien… b'risq il-familja
Wieħed mill-għanijiet prinċipali tas-Sinodu Djoċesan kien li jsaħħaħ il-Kummissjoni Djoċesana Familja (KDF) u, fl-istess proċess, jitwaqqfu Kummissjonijiet Parrokkjali Familja (KPF) fil-parroċċi fejn m'hemmx u jissaħħu dawk li diġa' jeżistu.
flimkien12.htmlBIEX NAQDU AĦJAR
L-esperjenza tas-Sinodu kienet wahda ta' komunjoni. L-ghan ewlieni taghha kien li bhala Nsara li niffurmaw il-Knisja f'Malta nigu flimkien, nitolbu u nirriflettu sabiex nisimghu dak li l-Mulej qed jghidilna llum, t-toroq li qed jurina. Harget cara l-htiega tal-formazzjoni, li nhejju ruhna dejjem iktar biex naghrfu, naccettaw u nghixu l-isfidi tas-socjetà llum.
flimkien11.htmlSINODU IEĦOR?
Forsi tgħidu, "Għadu jispiċċa wieħed, diġa' se jibda ieħor?" Fil-fatt hekk hu: mit-2 ta' Ottubru sat-23 ta' Ottubru se jiltaqa' s-Sinodu ta' l-Isqfijiet fil-Vatikan. Imma hemm differenza bejn is-Sinodu ta' l-Isqfijiet li se jsir f'dan ix-xahar u s-Sinodu Djoċesan, bħal dak li sar f'Malta ftit ilu u li qed niktbu dwaru f'dawn il-paġni kull xahar.
flimkien10.htmlASSEMBLEA TAL-KNISJA F'MALTA RIFLESS TAL-KNISJA
Fit-30 ta' Settembru u l-1 ta' Ottubru, se tiltaqa' Assemblea Djoċesana. Din hija t-tieni Assemblea minn meta ntemm is-Sinodu Djoċesan li kien stabbilixxa li kull sena ssir Assemblea biex iżżomm ħaj l-ispirtu tas-Sinodu u biex il-frott tas-Sinodu jkompli jitkattar.
flimkien09.htmlXI TKUN L-UNITA' PASTORALI?
Frar 2004, fil-Knisja f'Malta bdiet titwettaq ħidma mill-parroċċi flimkien miġburin f'sittax-il UNITÀ PASTORALI. X'effett qed iħallu?
flimkien08.htmlTĦOBB L-AMBJENT? GĦOŻŻ IL-ĦAJJA!
Ftit ilu, il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja f'Malta ppubblikat linji ta' gwida, bl-isem L-Impenn tal-Knisja f'Malta favur l-Ambjent. Dan hu pass ieħor fit-twettiq tas-Sinodu, li jitlob li l-Knisja tkompli taħdem biex aktar nies jagħrfu r-responsabbilta' tagħhom lejn l-ambjent u biex il-Knisja jkollha policy f'dan il-qasam.
flimkien07.htmlANKI FL-ISKEJJEL!
Matul dawn l-aħħar sentejn, f'diversi skejjel tal-Knisja sar sforz kbir biex dak li ntqal fid-dokumenti tas-Sinodu Djoċesan, ippubblikati lejn l-ahhar ta' l-2003, jitqiegħed fil-prattika.
flimkien06.htmlFOMMHA MITBUQ?
Hawn min jistenbaħ tard filgħodu u l-ewwel ħaġa li jgħid tkun: "Kif għadu ma sebaħx?" Fil-fatt, ikun ilu li sebaħ!
flimkien05.htmlBIEX TIEĦU L-ĦAJJA
Hawn parroċċa f’Malta fejn grupp żgħir ta’ nies jipprepara l-quddiesa tal-Ħadd minn qabel, jara li tkukn organizzata tajjeb u li fil-knisja jkun hemm ambjent li jilqgħek. Il-kant qed ikun aktar varjat, anki jekk mhix ħaġa faċli li min imdorri jisma' biss il-kant, jibda jkanta hu wkoll. L-omelija mhix qed tieħgu fit-tul u qed jinżamm ftit ħin ta' skiet wara. Forsi qed taħseb lid an mhux veru? Mela kompli aqraâ¦
flimkien04.htmlHEMM IL-BAĦAR JIKKUMBATTI
Bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti. Għalhekk bir-raġun ħadd ma jikkuntenta ruħu bil-kliem biss. Jekk mhux imsieħeb mal-fatti, il-kliem ikun vojt u ma jfisser xejn.
flimkien03.htmlIKOMPLI… MHUX JIBDA
Il-Knisja f'Malta għadha kemm lestiet pjan ta' sentejn li jibda proprju minn Jannar 2005 u jkompli sejjer sa Diċembru 2006. Hu pjan li hu frott ta' ħidma kbira flimkien ta' ħafna nies, ġejjin minn kull qasam tal-ħajja. Hu pjan li jara kif dak li ntqal fid-dokumenti tas-Sinodu jista' jkompli jitwettaq.
flimkien02.htmlHIEREG MINN WIDNEJK?
Hawn min ma semax bis-Sinodu Djocesan u hawn min hiereg minn widnejh! Hawn min ma jafx ifisser x'gara tul is-snin tas-Sinodu u hawn min jaf ifisser mhux biss x'gara, imma kemm kienet esperjenza sabiha u qawwija ghall-Knisja f'Malta.
flimkien01.html