Rapporti u Dokumenti
RAPPORT
RAPPORTI PARTIKULARI TAT-TWETTIQ TAS-SINODU DJOCESAN 2003-2004
Dawn huma r-rapporti partikulari tat-twettiq tas-Sinodu li jittrattaw dawn l-oqsma:
- Segretarjati u Kummissjonijiet Djocesani
- Kongregazzjonijiet ta' Hajja Konsagrata
- Parrocci
- Skejjel tal-Knisja
- Ghaqdiet u Movimenti
Ghal kull qasam minn dawn kien hemm persuna responsabbli fi hdan il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, u din ghamlet ir-rapport tal-hidma li saret f'din is-sena:
- Fr Charles Cordina (Segretarjati u Kummissjonijiet Djocesani)
- Sr Miriam Grech OSA (Kongregazzjonijiet ta' Hajja Konsagrata)
- Dun Anton Portelli (Parrocci)
- Sur David Polidano (Skejjel tal-Knisja)
- Sinjura Mildred Falzon (Ghaqdiet u Movimenti)
Ir-rapporti jitkellmu kemm fuq dak li sar fi hdan dawn l-oqsma partikulari, kif ukoll dak li sar permezz tal-hidma u s-servizz taghhom lill-poplu, biex il-messagg u l-ispirtu tas-Sinodu jinfirex u jasal aktar.
Nirringrazzjaw mill-qalb lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor taw il-kontribut taghhom matul din l-ewwel fazi ta' l-implimentazzjoni tas-Sinodu.
Is-Segretarjati u l-Kummissjonijiet Djocesani
Aspett konkret li gie suggerit mis-Sinodu kien it-twaqqif ta' kummissjonijiet godda u t-tishih ta' dawk li diga' qed jiffunzjonaw. Din il-hidma bdiet l-izvolgiment taghha matul din is-sena li ghaddiet fejn twaqqfu kummissjonijiet godda (ez. Ambjent, Implimentazzjoni Sinodu) u hemm ohrajn li qeghdin fil-process li jitwaqqfu (ez. Kultura, Kunsill tax-Xjenza, Ewropa) waqt li l-ohrajn regghu twaqqfu mill-gdid jew issahhu (ez. Familja, Gustizzja u Paci, Segretarjat Lajci, Liturgija). F'ohrajn qed issir hidma ta' tigdid (ez. Kummissjoni Zghazagh, Komunikazzjoni Socjali, Edukazzjoni, Katekezi, Xoghol).
Imma l-ezercizzju l-aktar importanti li tajna bidu ghall-process tieghu matul din is-sena fi hdan is-Segreterija Pastorali kien dak ta' auditing minn kumpanija privata li bi professjonalita' qed twettaq din il-hidma halli wara nkunu nistghu nsahhu l-istrutturi centrali tad-djocesi ghal servizz aktar effettiv. Bhalissa ghadna kemm lestejna l-ewwel parti tieghu, fejn din il-kumpanija se tohrog x'inhuma l-punti debboli u l-punti b'sahhithom, u taghti xi rakkomandazzjonijiet. Issa ghad irid isir, ma' persuna kompetenti ohra, analizi ta' dan ir-rapport u program ta' titjib li jehtieg isir.
Aspett pozittiv iehor li ntlahaq matul dawn l-ahhar sentejn kien li d-delegati u c-chairpersons ta' dawn is-Segretarjati u Kummissjonijiet kienu qed jiltaqghu regolarment kull xahar fejn fl-ewwel sena wrew lil xulxin fiex tikkonsisti l-hidma taghhom u s-servizzi li jaghtu, waqt li fit-tieni sena taw il-kontribut taghhom ghall-proposti konkreti li bdew hergin bhala rizultat ta' l-implimentazzjoni tas-Sinodu (ez. L-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali).
Is-Segretarjati u l-Kummissjonijiet bdew ukoll jaghrblu dak li s-Sinodu jghid fuqhom direttament, u li issa hu migbur fil-ktejjeb Segretarjati, Kummissjonijiet u Enti ohra Djocesani fid-dokumenti tas-Sinodu Djocesan.
Inizjattiva konkreta ohra ta' komunikazzjoni fi hdan il-Knisja, kif propost mis-Sinodu, kienet l-istampar ta' fuljett bit-terms of reference ta' bosta mis-Segretarjati/Kummissjonijiet biex hekk tingharaf ir-realta' ta' xulxin u ta' x'servizzi hawn fil-Knisja.
Diversi Segretarjati/Kummissjonijiet offrew ghajnuniet biex il-proposti li hargu mis-Sinodu jistghu jitwettqu (omelija, edukazzjoni fil-fidi, nies imharrga fil-media, kuxjenza ambjentali), kif ukoll organizzaw laqghat biex iwasslu l-messagg tas-Sinodu (e.g. laqghat distrettwali ghall-kleru).
Kien hemm ukoll inizjattivi ta' djalogu tal-Knisja mas-socjeta' Maltija, permezz tas-Segretarjati/Kummissjonijiet kif propost mis-Sinodu.
Saru seminars (Ambjent, Persuni b'Dizabilita') jew laqghat (Gustizzja u Paci) fejn gew mistiedna entitajiet civili u socjali u flimkien maghhom inholoq kuntatt ta' djalogu fuq aspetti partikulari.
Ghad fadal aktar hidma ta' koordinament li ghad trid issir bejn is-Segretarjati/Kummissjonijiet biex kif ikkummenta s-Sinodu ma jkunx hemm sparpaljar ta' rizorsi umani u materjali b'irduppjar ta' inizjattivi jew ta' inizjattivi simili imma minghajr vizjoni komuni.
Il-Kongregazzjonijiet ta' Hajja Konsagrata
Wara tmiem is-Sinodu fis-7 ta' Gunju 2003, mill-24 sas-26 ta' Gunju ahna s-Superjuri Magguri ltqajna fid-dar ta' l-irtiri St Joseph sabiex nirriflettu u niddiskutu l-konkluzjonijiet tas-Sinodu u b'liema mod jolqtuna mill-qrib. Kellna hames temi, u ghal kull tema stedinna kelliema mharrga u flimkien hrigna dawn il- proposti:
Nirringrazzjaw lil Alla ghas-Sinodu li ghadu kif intemm, u l-gid kollu li hemm marbut mieghu ghall-Knisja u ghall-pajjiz.
Kif konna impenjati bis-shih tul iz-zmien tas-Sinodu nnifsu, hekk ahna nimpenjaw ruhna biex inwettqu bil-hegga kollha dak li gie deciz.
Mhux dak li naghmlu imma dak li ahna li jghodd. Ahna bnedmin ta' Alla u rridu nwasslu lill-ohrajn ghand Alla. It-talb u l-ghaqda taghna ma' Alla huma essenzjali sabiex nghixu u nwasslu l-Vangelu fis-socjetà.
Kull Religjuz/a importanti li tkun ahbar tajba fil-qalba tas-socjetà u d-dmir taghna hu li nghinu l-persuna umana sabiex thalli l-Vangelu jkun integrat fil-hajja personali u socjali taghha.
Il-hajja taghna Komunitarja trid tkun bhal dik il-hmira li tittrasforma l-ghagna kollha kemm hi. Meta nghixu l-komunjoni, il-faqar u l-ubbidjenza nkunu qed naghtu kontribut kbir lis-socjetà li hi daqshekk individwalista, egoista u pluralista.
Mehtiega hafna maturità umana. Inrawmu fina u madwarna spirtu tajjeb. Mehtieg aktar djalogu sabiex tonqos it-tensjoni li tinhass u li tezisti bejn l-ideja ta' centralizzazjoni tal-Knisja u l-inizjattivi pastorali taghna. Din l-integrazzjoni ssir fi spirtu ta' armonija, u kollaborazzjoni u b'rispett shih ghat-thaddim tal-karizma specifika ta' kull Ordni.
Kontribut qawwi fil-qasam tal-kultura hija l-Edukazzjoni - hafna minna ghandhom l-iskejjel:-
- Nilhqu l-familji ta' l-istudenti u dawk li jahdmu maghna.
- Nifthu lilna nfusna ghall-ezempju aktar fil-fond, eg:- Nitbieghdu minn elitizmu u nwasslu lill-istudenti taghna sabiex japprezzaw id-doni li Alla tahom u juzaw it-talenti taghhom ghal dawk inqas privileggati minnhom.
- Nifhmu aktar il-kultura li fiha qed jikbru l-istudenti minn dik tradizzjonalista (paternalistika) ghal wahda aktar miftuha u permissiva.
Ahna r-religjuzi rridu nkunu miftuhin aktar ghaz-zghazagh, inkunu lesti li nilqghuhom. Importanti li nimxu ma' l-individwi b'rispett u mhabba sinciera. Ma nistghux nifirduhom mill-kulturi u tip ta' hajja li qed jghixu. Nibnu fuq li hemm u nhallu ghalihom spazju sabiex ikunu responsabbli.
Ahna r-religjuzi hemm bzonn li nahdmu id f'id mal-lajci fil-Knisja u nsiru aktar konxji tar-rwol taghhom mhux ghax qeghdin nonqsu fin-numru imma ghax dak hu posthom.
L-ewwel fazi ta' l-implimentazzjoni
Biex jinzamm haj l-ispirtu tas-Sinodu, kull Kongregazzjoni religjuzi waqqfet team ta' tliet persuni bl-inkarigu specifiku li jippromwovu l-ispirtu u l-messagg tas-Sinodu fil-Kongregazzjoni, jitwettqu proposti partikulari u jithejja pjan ta' hidma ko-ordinat ma' gruppi ohra. Nista' nghid li kull Kongregazzjoni ghandha r-rapprezentanti taghha u numru sostanzjali bdew mill-ewwel jippruvaw iwasslu l-messagg tas-Sinodu fil-komunitajiet taghhom. Ohrajn stennew li ssir il-laqgha generali tar-rapprezentanti sabiex ikunu jistghu jorjentaw lihom infushom u lill-provincjali taghhom. Fil-fatt fil-15 ta' Novembru 2003 saret l-ewwel laqgha; qsamna flimkien dak li qed isir u x'jista' jkompli jitwettaq matul is-sena 2004.
Dan hu fil-qosor hafna dak li sar minn Kongregazzjonijiet diversi:-
- Sar summary tat-temi fil-komunità ghal kull soru u Provincjal ha hsieb li jaghti kopja tad-dokumenti lil kull patri fil–Provincja. Kwazi f'kull komunità intwera l-video u l-power point dwar il-valuri.
- Sorijiet u patrijiet ta' l-istess Ordni, anke dawk kontemplattivi, hadmu flimkien sabiex jaghtu xhieda kollettiva, ohrajn hadmu mal-gruppi u ghaqdiet tal-lajci li ghandhom fil-Kongregazzjoni. Uhud ukoll huma impenjati fil-hidma sinodali tal-parrocca.
- Matul is-sena kienu hafna l-Kongregazzjonijiet li organizzaw seminars, irtiri u laqghat fuq il-valuri tas-Sinodu. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-qassisin, religjuzi u lajci kollha li b'mod tassew impenjattiv wasslu l-valuri tas-Sinodu lil huthom religjuzi fl-irtiri u s-seminars. Kienu wkoll diversi l-hidmiet li saru fil-Kongregazzjonijiet biex igibu 'l quddiem dawn il-valuri.
- Dan iz-zmien kien mument fejn uhud minna ghamlu hidma wisq aktar intensiva billi fil-programm tal-Formazzjoni taghhom integraw il-valuri mal-Kostituzzjonijiet. Il-fatt li dawn il-valuri qeghdin fil-Kostituzzjonijiet kien mument tajjeb biex nergghu nfakkruhom. Dan sar ukoll mis-Superjuri Magguri meta zaru l-komunitajiet u anke mis-superjuri stess fil-laqghat komunitarji. Ta' min isemmi ukoll li kien hemm kongregazzjoni li fasslu l-pjan ta' hidma ghall-Kapitlu Provincjali fuq is-sitt valuri u minn dan il-Kapitlu hareg pjan ta' hidma ghas-snin li gejjin.
- It-2 ta' Frar, Jum il-Hajja Konsagrata, kien jum ukoll fejn attendew numru sabih ta' persuni ikkonsagrati u li t-tema partikulari ghal din il-gurnata kienet mehuda mill-Ittra Pastorali ta' l-Arcisqof fl-okkazjoni ta' l-approvazzjoni tad-dokumenti tas-Sinodu, fejn jindirizzana b'mod partikulari u jtenni, "Inheggeg lir-religjuzi rgiel u nisa, biex bil-karizmi li huma jhaddnu, jaghrfu jkunu huma fost il-protagonisti fit-twettiq tas-Sinodu, bhala xiehda hajja u awtentika fi hdan il-knisja f'Malta." Matul din il-laqgha gejna mhegga sabiex inkomplu nahdmu u nidhlu b'impenn ghat-twettiq tas-Sinodu, halli hekk inkunu naghtu servizz haj fil-Knisja ma' gruppi u entijiet ohra. Sitt religjuzi taw l-esperjenza ta' kif qed jghixu u jwasslu wiehed mill-valuri fil-komunità taghhom.
Thejjija ghal pjan ta' hidma ghas-snin 2005-2006
Fis-26 ta' Mejju saret laqgha ohra lill-grupp delegati tal-Provincjali –'Implimentazzjoni Sinodu" - sabiex inkomplu nispjegaw kif ser tkompli l-mixja flimkien bi process kontinwu ta' dixxerniment u ppjanar. L-ewwel ma ghamilna ipprezentajna lil kull membru l-punti li johorgu mid-dokumenti dwar il-hajja Konsagrata u l-hidmiet li huma mitluba minnhom. Dawn huma migburin fil-ktejjeb Il-Persuni ta' Hajja Konsagrata fid-dokumenti tas-Sinodu Djocesan.
Wara saret diskussjoni li kienet maqsuma f'zewg partijiet. Fl-ewwel parti qassmu bejniethom dak li sar u ser jitwettaq fil-komunitajiet (punti digà msemmija); u fit-tieni parti saru suggerimenti ta' kollaborazzjoni f'oqsma diversi bhala twettiq ghall-pjan ta' hidma 2005-2006. Bghatna dawn il-punti u nota lil Provincjali sabiex sal-15 ta' Awissu jibaghtu indikazzjoni dwar il-pjan ta' hidma li kull Kongregazzjoni u Ordni qed jippjana li jwettaq matul 2005-6.
Jidher li numru konsiderevoli ta' religjuzi impenjaw lilhom infushom fl-implimentazzjoni u l-pjan ta' hidma li qed issir fil-parrocci u fl-ghaqdiet mal-Lajci u anke fl-iskejjel. Nahseb li ftit huma dawk ir-religjuzi li baqghu indifferenti u ma hassewx id-dmir li jaghtu sehemhom f'din il-mixja li qed inwettqu flimkien.
Il-Parrocci
Biex is-sitt valuri li gew emfasizzati mis-Sinodu jigu mwettqa fil-parrocci, saret hidma mal-kappillani u ma' gruppi ta' lajci maghzula apposta.
F'seminar li sar appost ghall-kappillani wara l-gheluq tas-Sinodu, gie spjegat u mfisser sewwa s-sehem essenzjali taghhom biex il-valuri jitwasslu ghand il-parruccani permezz ta' hidma organizzata mill-KIS (Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu) tal-parrocca maghmula minn tliet membri (f'xi kazi aktar) maghzula mill-kappillan.
Saru zjarat lil kull KIS u f'din il-laqgha kien spjegat dak li kien mistenni minnha u nghatat ghajnuna biex:
- il-grupp stess jissahhah fil-valuri tas-Sinodu permezz ta' riflessjonijiet fuq kull valur li jkunu maqsuma bejn il-membri waqt il-laqghat taghhom;
- ifasslu pjan pastorali, mill-vision statement sal-programm bid-dettalji wara li jkunu qiesu s-sitwazzjoni tal-parrocca u l-bzonnijiet pastorali taghha;
- jiddiskutu l-pjan propost mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP) u ma' l-operaturi pastorali li ser iwettquh;
- finalment jimlew skema li kienet turi x-xhur tas-sena, il-valuri sinodali u l-ministeri ewlenin u l-hidmiet l-kbar tal-parrocca;
- dan kollu biex jigi pprezentat lill-Assemblea Parrokkjali u, wara l-approvazzjoni miksuba, kellu jinghata lill-Arcisqof fil-festa ta' Kristu Re.
F'Settembru gew organizzati tliet settijiet ta' seminars ta' gurnata biex gie spjegat ahjar il-process ta' programmazzjoni pastorali u bl-ghajnuna ta' nies esperti beda jinkiteb il-pjan ta' kull parrocca
Din il-hidma tkompliet fil-parrocca biex f'Novembru - waqt l-Assemblea tal-Parrocci - gie mfisser id-dokument dwar il-Knisja li kien ghadu kemm gie ppubblikat, gew imwiegba xi diffikultajiet u saret hidma bejn il-parrocci ta' l-istess Unita' Pastorali biex jidentifikaw oqsma ta' hidma kumplimentari.
Gew ipprezentati lill-Arcisqof fi Kristu Re 68 dokument, li hamsa minnhom ma kinux pjan pastorali kif mixtieq; dak iz-zmien kellna problemi ta' caqliq ta' kappillani. Dan minbarra li kien hemm (u ghad hemm) varjazzjoni kbira fil-kwalita tal-membri tal-KIS bejn parrocca u ohra.
Matul din is-sena saru 45 zjara lill-KIS ta' parrocci differenti biex saret evalwazzjoni tal-KIS bhala grupp u gie diskuss l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-pjan.
Diffikulta' ewlenija kienet in-nuqqas ta' zmien bizzejjed biex jitfassal pjan kif suppost. Kien ghalhekk li f'din l-ewwel sena ntalab mill-parrocci programm ghal sena. Fil-fatti wiehed irid jara l-programmi parrokkjali ta' kull xahar biex jara li dak li gie propost fil-fatt gie mwettaq. Isemmew ukoll:
- Il-problema ta' nuqqas ta' rizorsi umani, kemm sacerdoti u kemm lajci, bl-istess nies jitghabbew b'hafna xoghol;
- In-nuqqas ta' kommunikazzjoni mal-Kunsilli Pastorali, b'mod li l-KIS u l-KPP jistghu kultant jitqiesu zewg gruppi paralleli;
- Il-biza li minkejja dak kollu li sar - u li ghadu jsir - il-valuri u t-tifsira taghhom ma waslux ghand in-nies b'uhud minn dawn jistaqsu x'ghamel is-Sinodu fil-konkret;
- Ghal uhud - kappillani, sacerdoti u lajci - il-hidma marbuta mas-Sinodu hija side-issue li zdiedet mal-hidmiet essenzjali l-ohra, bhall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma, it-tberik u l-festa.
Kien hemm ukoll id-diffikulta tal-bidla tal-kappillan f'xi 12-il parrocca. Dan jixhed il-punt importanti li l-prezenza, l-interess u l-involviment tal-kappillani huwa essenzjali kemm biex il-KIS jiffunzjona tajjeb u kemm biex il-pjan pastorali jitwettaq.
Imma wiehed irid jghid li saret hafna hidma, li diga kienet kisba kbira - il-fatt li hafna parrocci ghandhom programm mahsub u miktub b'dak li jrid isir u li fil-fatt isir checking minnhom stess biex jaraw il-pjan hux qed jitwettaq.
Kultant gara li l-KIS ma dahhalx bizzejjed fil-process li jrid jitkompla u li minnu stess wiehed jitghallem. F'kull parrocca kien hemm xi hidma li l-KIS hass li kienet success u li haqqha tigi apprezzata. Hafna parrocci semmew il-punt pozitttiv li saret hidma flimkien mill-gruppi differenti, b'xhieda shiha tal-komunjoni tant mixtieqa.
Element pastorali li jrid jigi zviluppat huma l-ministeri, bhala l-gabra tal-hidmiet li jsiru fil-parrocca biex jingharaf ahjar dak li ghandhom komuni (specjalment il-formazzjoni) u dak li huwa uniku ghalihom (l-aktar il-hidma). Il-ministeri huma mod uniku ta' thaddim ahjar tar-rizorsi umani taghna u mod mill-aktar effettiv ta' azzjoni pastorali.
Fid-9 ta' Gunju 2004 sar seminar ghall-kappillani, u fih inghata taghrif dwar it-thejjija ghall-pjan parrokkjali 2005-2006. Il-kappillani nghataw ukoll bhala ghajnuna l-ktejjeb Il-Parrocca fid-dokumenti tas-Sinodu Djocesan, kif ukoll ghajnuniet konkreti ohra ghall-ippjanar, fosthom sample ta' pjan parrokkjali.
Fis-7 ta' Lulju saret laqgha ghall-membri tal-KIS tal-parrocci kollha (kienu nieqsa xi hames parrocci biss) u nghatat ghajnuna biex issir evalwazzjoni personali, tal-grupp u tal-hidma u biex jitfassal il-pjan il-gdid ghas-sentejn li gejjin.
Il-hsieb hu li l-pjan ikun ipprezentat fl-Assemblei parrokkjali li jsiru matul Ottubru u Novembru. Minn Jannar isiru zjarat regolari lill-parrocci u laqgha mal-KIS halli wiehed isegwi dak li jkun qed isehh u joffri support u ghajnuna ta' kwalitajiet differenti.
L-Iskejjel tal-Knisja
Skejjel Sekondarji
Matul is-sena skolastika 2003/04, f'sintonija ma' dak li kien qieghed isir fid-djocesi, saret hidma fuq l-ewwel fazi ghat-twettiq tas-Sinodu, jigifieri it-tixrid u l-ghixien b'mod aktar qawwi tas-sitt valuri tas-Sinodu: il-komunjoni, l-evangelizzazzjoni, il-formazzjoni, id-djalogu, il-qadi, u s-solidarjetà ma' l-imbeghdin u l-emarginati. Dan sar billi:
- L-iskejjel sekondarji kollha (100%) hatru grupp ghall-implimentazzjoni tas-Sinodu, generalment iffurmat minn tliet ghalliema.
- Saret laqgha ta' introduzzjoni mal-gruppi ghall-hidma li kellha ssir matul is-sena u li ghaliha attendew rapprezentanti minn dsatax mill-ghoxrin skola sekondarja li ghandha l-Knisja (95%).
- Fil-laqgha gew spjegati l-valuri hekk kif fehemhom is-Sinodu u saru workshops dwar kif stajna nghixu ahjar dawn il-valuri fl-iskejjel taghna. Tqassmu video u powerpoint presentation dwar is-sitt valuri u wkoll l-innu tas-Sinodu biex jintuzaw bhala rizorsi.
- L-ideat li hargu mill-gruppi ngabru flimkien u ntbaghtu f'kull skola.
- Kull grupp intalab ihejji pjan ta' azzjoni ghal matul is-sena. Il-pjan bil-miktub waslilna minn hdax-il skola (55%).
- Diversi skejjel organizzaw xi seminar jew staff meeting biex jinvolvu lill-ghalliema taghhom fil-formazzjoni ta' dan il-pjan. Ghal dan diversi skejjel stiednu lil xi membru mill-Kummissjoni ghall-Implimentazzjoni tas-Sinodu biex jindirizza lill-ghalliema.
- Intbaghtet lesson plan biex tghin lill-ghalliema juzaw l-innu tas-Sinodu bhala spunt ghad-diskussjoni fil-klassi dwar x'inhu u x'ghamel is-Sinodu.
- Kull grupp intalab biex jikteb rapport qasir ta' x'sar matul is-sena. Waslilna rapport bil-miktub minn 13-il skola (65%).
- Fit-22 ta' Gunju 2004, saret laqgha ghall-kapijiet ta' l-iskejjel tal-Knisja bhala thejjija ghall-pjan ta' sentejn, u tqassam lilhom il-ktejjeb L-Iskejjel tal-Knisja fid-dokumenti tas-Sinodu Djocesan.
Xi inizjattivi ohra li ttiehdu fl-iskejjel imqassmin skond il-valuri (uhud minn dawn l-inizjattivi ttiehdu minn aktar minn skola wahda):
Generali
- Grupp ta' ghalliema b'laqgha skedata darba fil-gimgha biex jiehu hsieb l-izvilupp spiritwali fl-iskola.
- Attivitajiet liturgici u para-liturgici bil-valuri tas-Sinodu bhala tema.
- Hin ta' riflessjoni mill-istudenti dwar is-Sinodu u s-Sitt Valuri waqt zewg lezzjonijiet tar-Religjon.
- Slogans/stampi/tpingijiet dwar il-valuri fuq in-Notice Board ta' l-iskola.
- Riferenza ghall-valuri tas-Sinodu waqt diskorsi mill-Head bhalma hu tal-Prize Day.
- Artikli ppubblikati fir-rivisti ta' l-iskejjel dwar is-Sinodu u s-Sitt Valuri.
- Progetti fuq is-Sinodu esebiti fl-Open Day.
- Kompetizzjoni ta' tpingija, poezija, jew fotografija ghas-sajf dwar il-valuri tas-Sinodu.
- Laqgha ghall-genituri dwar is-sitt valuri.
Il-Komunjoni
- Laqghat ghall-ghalliema waqt il-brejk biex min irid jiftah qalbu ma' shabu.
- Qsim ta' rizorsi bejn l-ghalliema.
- Live-ins ghall-istudenti.
- Live-in ghall-ghalliema.
- Hidma biex il-quddies u attivitajiet ohra li jsiru ghall-iskola kollha ikunu esperjenza veru ta' komunjoni.
- Family days ghall-istudenti u l-genituri taghhom.
L-Evangelizzazzjoni
- Laqghat ta' talb ghall-istudenti fil-hin tal-brejk.
- Assemblies b'messagg mill-Evangelju.
- Mumenti ta' talb u riflessjoni fuq ir-relazzjoni ma' Gesù waqt il-live-ins ta' l-istudenti.
- Mumenti ta' talb u riflessjoni waqt l-istaff meetings.
- Zjara fl-iskola miz-zghazagh ta' l-ACTS u mill-Fokolar biex jaqsmu ma' l-istudenti l-esperjenza taghhom ta' evangelizzazzjoni.
- Kuntatt ma' membri tal-kongregazzjoni religjuza rispettiva li qeghdin jevangelizzaw fl-artijiet tal-missjoni.
Il-Formazzjoni
- Sessjonijiet ta' formazzjoni ghall-genituri ta' l-istudenti.
- Ezercizzi jew irtiri ppreparati tajjeb ghall-istudenti fi zmien ir-Randan.
- Seminars ghall-istudenti fuq suggetti bhar-refugjati, l-izvilupp psikosesswali u affettiv ta' l-adolexxenti, ecc.
- Programm ta' formazzjoni ghall-ghalliema fil-karizma tal-fundatur.
Id-Djalogu
- Twaqqif jew riforma tal-Kunsill ta' l-Istudenti.
- Mentoring ta' studenti tal-Form 1 minn studenti tal-Form 5 bl-iskop li jkun hemm komunikazzjoni tajba bejn l-istudenti l-kbar u z-zghar.
- Assemblies fejn l-istudenti jsemmghu lehinhom quddiem l-ghalliema u shabhom.
- Ir-rapprezentanti tal-genituri jiddjalogaw ma' l-ghalliema u l-amministrazzjoni fil-laqghat tal-PTA.
- Forum ghall-genituri u l-istudenti dwar id-djalogu fil-familja.
Il-Qadi
- Studenti li jghinu fil-preparazzjoni tal-liturgija.
- Studenti li jidhlu b'impenn fil-Kunsill ta' l-Istudenti u jorganizzaw attivitajiet ghal shabhom.
- L-ghalliema u l-amministrazzjoni jkunu kontinwament ghad-dispozizzjoni ta' l-istudenti fil-htigijiet taghhom.
- Servizz kontinwu mill-guidance officers u mir-religious counsellors.
- Attenzjoni akbar lill-qasam tas-SEN biex jigi provdut servizz mill-ahjar.
- L-organizzazzjoni ta' grupp biex ihejji attivitajiet ghall-istaff.
Is-Solidarjetà ma' l-Imbeghdin u l-Emarginati
- Talb ghall-bzonnijiet tal-morda, anzjani, nies li jkollhom htigijiet specjali, ecc.
- Fond biex l-istudenti stess jghinu lil shabhom l-aktar fil-bzonn.
- Diversi inizjattivi ta' gbir ta' flus ghall-karità ma' nies fil-bzonn f'Malta u fl-artijiet tal-missjoni.
- "Adozzjoni" ta' tfal fl-artijiet tal-missjoni.
- Gbir ta' materjal edukattiv ghat-tfal foqra fil-Perù.
- Zjarat u/jew xoghol fi djar ta' l-anzjani jew tfal, ecc.
- Petizzjoni lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni dwar il-guh fid-dinja.
- Edukazzjoni lil studenti refugjati.
Skejjel Primarji
- Fil-kaz ta' l-iskejjel primarji ma saritx il-koordinazzjoni li saret ma' l-iskejjel sekondarji. Kien hemm xi skejjel, specjalment dawk li ghandhom ukoll is-sekondarja, li hadu l-inizjattiva li jwaqqfu l-grupp taghhom u jaghmlu pjan ta' azzjoni ghall-primarja wkoll. Ta' min japprezza l-inizjattiva ta' erba' skejjel li baghtulna r-rapport ta' dak li ghamlu.
- Fuq l-inizjattiva ta' Dun Anton Portelli, mill-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, gie ppubblikat is-CD-ROM interattiv bl-isem "Is-Sinodu ghat-Tfal" li jipprezenta s-sitt valuri permezz ta' stejjer u cartoons. Fuq suggeriment li gie mill-iskejjel stess, kull CD-ROM jinkorpora fih kemm il-verzjoni bil-Malti kif ukoll il-verzjoni bl-Ingliz.
Evalwazzjoni
Hija haga sabiha ferm li wiehed jaghraf kemm qieghda issir hidma serja u bil-ghaqal f'hafna skejjel tal-Knisja biex naghtu formazzjoni Nisranija xierqa lill-istudenti taghna. Hafna mill-attivitajiet imsemmija hawn fuq ilhom isiru f'xi skejjel diversi snin u li gara din is-sena kien li rawhom u ghexuhom mill-gdid u b'impenn gdid fid-dawl tal-valuri tas-Sinodu. Saru wkoll attivitajiet godda minn diversi skejjel li forsi kienu ilhom biex isiru u l-hidma ghat-twettiq tas-Sinodu tathom l-ahhar imbuttatura biex fil-fatt jitwettqu.
Jidher li dawk l-iskejjel li ghandhom grupp stabbilit ufficjalment ta' ghalliema li jiltaqghu b'mod skedat u regolari biex jiehdu hsieb l-attivitajiet liturgici u para-liturgici ta' l-iskola qeghdin iwettqu din il-hidma b'mod effettiv hafna. Tajjeb li skejjel li m'ghandhomx grupp bhal dan jahsbu biex jiffurmaw wiehed u jallokaw hin apposta darba fil-gimgha ghal dan il-ghan.
Xi haga ohra li jidher li qieghda thalli hafna frott fejn issir hija l-organizzazzjoni ta' live-ins ghall-istudenti. Dawn qeghdin ikunu esperjenza tajba hafna ta' komunjoni u wkoll mument qawwi ta' evangelizzazzjoni u formazzjoni spiritwali. Tajjeb li l-iskejjel kollha, kull wahda skond ic-cirkustanzi taghha, jikkunsidraw li jorganizzaw live-ins bhal dawn.
Kollox ma' kollox jidher li l-hidma f'din l-ewwel fazi tat-twettiq tas-Sinodu fl-iskejjel kienet success u ta' dan irrid nirringrazzja lill-membri tal-gruppi ghat-twettiq tas-Sinodu fl-iskejjel u lill-Heads taghhom. Tajjeb, izda, li wiehed jinnota li kienu madwar zewg terzi ta' l-iskejjel sekondarji tal-Knisja li baghtu r-rapport tal-hidma taghhom bil-miktub. Mill-kuntatti li kelli jidher li xi hidma saret tista' tghid f'kull skola, izda ghad hemm min forsi jsibha difficli jaghti rendikont ta' dak li jkun sar, jew li jaghmel dan fiz-zmien stipulat. Tajjeb li kull skola, bhal kull entità ohra tal-Knisja, tehodha bhala xi haga regolari li taghti rendikont bil-miktub tal-hidma li tkun saret matul is-sena. L-accountability hija wkoll valur importanti li diversi dokumenti tas-Sinodu jinsistu fuqu.
Haga ohra li ta' min issir, din id-darba mill-Kummissjoni ghall-Implimentazzjoni tas-Sinodu, hija l-hatra ta' persuna adattata biex tahdem favur it-twettiq tas-Sinodu fl-iskejjel primarji tal-Knisja. Tkun haga tajba jekk din il-persuna tkun wahda li jkollha esperjenza ta' hidma f'dan il-qasam edukattiv.
L-Ghaqdiet u l-Movimenti
Dan ir-rapport qed jindirizza l-hidma tal-FORUM bhala korp ta' l-ghaqdiet u movimenti ekklezjali li huma membri tieghu, kif ukoll dik li wettqu l-ghaqdiet u movimenti distintament.
Ircevejna rapporti ta' hidma minghand kull Ghaqda ghajr erbgha - dawn ta' l-ahhar ma tawx rapport ghaliex: ghaqda minnhom din is-sena kellha bidla fit-tmexxija u ma dahletx wisq fil-hajja tas-Sinodu (MKSU); dan l-ahhar xahar pero' kellna kuntatt konkret mal-President il-gdid li attenda l-ahhar laqgha tal-FORUM; mit-tliet ghaqdiet l-ohra, (Ix-Xirka ta' L-Isem Imqaddes ta' Alla, l-ICPE, iz-Zghazagh Hadddiema Nsara) ma kellniex feedback. Meta ltqajna mal-grupp tal-Catholic Women's League ghaddejnielhom taghrif importanti dwar is-Sinodu li tieghu ma kienux ghadhom midhla.
Wara li ntemm is-Sinodu, inbeda djalogu specifiku ma' teams ta' kull ghaqda, grupp, moviment jew komunita' ekklezjali li huma membri tal-FORUM, kif ukoll ma' xi ghaqdiet u gruppi, li ghadhom m'humiex ufficjalment membri tal-FORUM (per ez, il-Fraternita' tal-Lajci ta' Charles de Foucauld), It-Tabgha Foundation (maghrufa ahjar bhala l-Youth Fellowship), u l-ACEF. Dawn it-tlieta wkoll taw rapport dwar l-implimentazzjoni tas-Sinodu fl-ghaqda/grupp taghhom. L-ACEF u t-Tabgha Foundation jaghmlu parti mill-Moviment Tigdid Karizmatiku. Naturalment m'huwiex possibbli li dan ir-rapport jaghti fid-dettal il-hidma ta' kull ghaqda. Ir-rapport isemmi xi hidmiet principali li twettqu matul is-sena.
Hidma tal-FORUM
Fid-dokumenti sinodali nsibu x-xewqa li l-FORUM ikun aktar incisiv u dinamiku. Ghal din ir-raguni, ma kienx possibbli li jkompli jiltaqa' biss tliet darbiet fis-sena u biex jippjana xi okkazjonijiet specifici biss. Ghalhekk, bhala l-ewwel pass immedjat, l-ezekuttiv tal-FORUM deherlu li minn din is-sena l-FORUM jibda jiltaqa' kull xahar. Dan serva mhux biss biex tikber il-Komunjoni bejn l-Ghaqdiet kif talab is-Sinodu, imma biex aggornamenti u suggerimenti, per ez. dwar il-Laqghat ta' l-Unitajiet, kif ukoll okkazjonijiet tad-Djocesi, isiru kemm jista' jkun malajr vicin l-avvenimenti. Komplew il-kuntatti informali u formali mat-teams u mad-Dirigenti. F'Gunju 2004 inzammet ukoll laqgha ghad-Dirigenti mis-Segretarju Pastorali u l-Ko-ordinatur tas-Sinodu flimkien mal-FORUM, dwar ir-rapporti 2004 u l-pjan 2005/06. F'din il-laqgha, bhala gwida nghataw il-ktejjeb Assocjazzjonijiet, Ghaqdiet, Movimenti u Komunitajiet tal-Lajci fid-dokumenti tas-Sinodu Djocesan.
Mument importanti li rabat l-ghaqdiet u l-movimenti bejniethom u ta spinta 'l quddiem biex il-movimenti jaqsmu bejniethom il-hidma taghhom fuq il-valuri u t-taghlim tas-Sinodu, kien nhar it-12 ta' Marzu meta fl-okkazjoni ta' 'Jum il-Lajci Nsara' – okkazjoni li saret bi twettiq ta' dak li talab is-Sinodu - ittella' programm li fih kull ghaqda/moviment ipprezenta permezz ta' kant, esperjenzi, mima, zfin u power-point presentations, dak li kien qed iwettaq. L-ghaqdiet u l-movimenti f'din l-okkazjoni ghexu l-esperjenza ta' l-unita' fid-diversita' hekk kif jitlob minnhom is-Sinodu. Dan hu biss il-bidu. 'Il quddiem jinholqu aktar inizjattivi biex din l-ghaqda, li trid titfassal fuq il-Hajja Trinitarja, tikber u tibda tinhass fil-parrocci, u fis-socjeta' fejn il-membri ta' l-ghaqdiet iridu jkunu "il-melh" u "d-dawl" ghal huthom l-ohra kollha bis-servizz li jaghtu bl-istil gdid sinodali.
Mument iehor importanti kien meta f'zewg laqghat distinti tal-FORUM, partecipanti fil-laqgha li nzammet fi Stuttgart fit-8 ta' Mejju bit-tema: "Lejn Ewropa Maghquda" qasmu mal-membri tal-FORUM, l-esperjenza ta' komunjoni, anke f'kuntest ekumeniku, ta' formazzjoni, u evangelizzazzjoni li kienu ghamlu fi Stuttgart. Ghal din il-laqgha attendew rapprezentanti minn zewg ghaqdiet differenti minn Malta, kif ukoll id-delegat ghal-Lajci u l-president tal-FORUM. Bhala thejjija ghal din l-okkazjoni kien hemm kumitat li hadem flimkien hawn Malta maghmul minn membri tas-Socjeta' tal-Museum, l-Azzjoni Kattolika, il-Moviment tal-Fokolari u l-Moviment Tigdid Karizmatiku. Dawn stqarrew kemm kienet esperjenza straordinarja din il-hidma taghhom flimkien. Il-hidma ta' dan il-grupp serviet biex hawn Malta seta', kontemporanjament mal-programm fi Stuttgart, jintwera l-istess programm li kien jirrifletti l-valuri sinodali mghixa mill-Movimenti. B'hekk ir-rejalta' li kienet qed tigi mghixa fi Stuttgart, kienet qed tigi mwassla simultanjament lill-poplu Malti. Dan il-programm ittella' fl-Universita'.
Hidma ewlenija tal-FORUM kienet dik li tindirizza r-rabta bejn is-sehem ta' l-ghaqdiet li jahdmu fil-parrocci u l-kappillani. Minn djalogu li kien qed isir ma' diversi teams ta' l-ghaqdiet, specjalment dawk li huma parish based, deher li kien hemm htiega biex jigu ccarati idejat diversi li ghandhom l-ghaqdiet kif ukoll il-kappillani dwar il-hidma ta' l-ghaqdiet u movimenti fil-parrocci.
Bhala l-ewwel pass biex tigi indirizzata din is-sitwazzjoni, u biex tinbena aktar komunjoni, delegazzjoni mill-FORUM iltaqghet mal-Kunsill tal-Kappillani. Thejja kwestjonarju li gie mqassam lill-kappillani u lid-dirigenti ta' l-ghaqdiet. Ghal dan il-kwestjonarju wiegbu 33% mill-kappillani u 90% mid-dirigenti ta' l-ghaqdiet. Din l-inizjattiva ser tkompli fil-pjan ta' hidma tas-sena d-diehla.
Il-membri tal-FORUM attendew ghaz-zewg laqghat li saru fl-Unitajiet Pastorali kollha, offrew l-idejat u taw is-sostenn taghhom ghal dak li l-Unitajiet ghamlu s'issa.
Ta' min jghid li l-FORUM diga' beda jahdem biex iwettaq dak li talab minnu s-Sinodu, jigifieri li: "l-ghaqdiet, movimenti u gruppi Lajkali kollha hlief ghal ragunijiet serji, ghandhom jaghmlu parti mill-FORUM ta' l-Ghaqdiet u Moviment." (Lajci Nsara 67). Il-FORUM fetah kuntatt ma' ghaqdiet/movimenti/gruppi li m'humiex fil-Forum, anke jekk xi whud huma frieghi partikolari ta' assocjazzjonijiet imsehbin.
Ghaqdiet u Movimenti
Matul is-sena 2004, L-ghaqdiet u movimenti membri tal-FORUM fil-parti kbira taghhom hadmu fuq il-valuri tas-Sinodu kif ukoll fuq xi dokumenti partikolari, specjalment id-dokument "Vizjoni ta' Knisja Komunjoni". Uhud bdew billi stiednu kelliema mill-Kummissjoni ¬entrali ta' l-Implimentazzjoni tas-Sinodu biex esponewlhom it-taghlim li johrog mid-dokumenti sinodali.
Diversi ghaqdiet bhas-Socjeta' tal-Museum, (kemm il-fergha ta' l-Irgiel kif ukoll dik tan-nisa), l-Azzjoni Kattolika Maltija, il-Moviment Tigdid Karizmatiku, tellghu laqghat l-ewwel ghall-membri taghhom, imbaghad wasslu t-taghlim tas-Sinodu barra mill-Ghaqda taghhom. Hafna genituri tat-tfal li jattendu ghall-klassijiet tad-duttrina kellhom opportunita' biex isiru midhla tat-taghlim li hareg mis-Sinodu permezz ta' programm li ttella' apposta ghalihom mis-socjeta' tal-Museum.
Barra minn hekk xi ghaqdiet ohra tul is-sena li ghaddiet, uzaw il-fuljett li jippubblikaw regolarment, jew stampaw apposta flyers biex wasslu taghlim dwar is-sitt valuri tas-Sinodu kif ukoll id-dokumenti tieghu. Dan kien pass tassew sabih ghax tul is-sena l-messagg tas-Sinodu ghadda b'mod shih u lill-parti kbira tal-poplu ta' Alla li jinsab f'Malta.
Uhud mill-ghaqdiet ghazlu sew il-valuri kif ukoll xi dokumenti tas-Sinodu bhala l-bazi tal-programm tal-laqghat ta' formazzjoni u irtiri li huma jkollhom regolarment, per ez. l-Azzjoni Kattolika Maltija, il-Moviment ta' Kana, il-Marian Culture Group. Il-GRUFAN hadu l-okkazjoni tal-laqghat distrettwali li jkollhom biex il-valuri u t-taghlim mid-dokument Zwieg u Familja jasal ghand il-membri ta' l-ghaqda taghhom.
Ohrajn, bhal Rinascita Cristiana u l-Komunita' ta' Hajja Nisranija (CLC) ukoll irriflettew fuq fuq dak li hareg mis-Sinodu, per ezempju billi stiednu xi kelliema.
Inizjattivi ohra li ttiehdu minn xi ghaqdiet kienu l-power-point presentations li huma hejjew dwar it-taghlim tas-Sinodu f'manifestazzjonijiet nazzjonali annwali li huma jtellghu.
Il-bicca l-kbira ta' l-ghaqdiet fissru lill-membri taghhom kif it-taghlim tas-Sinodu jintegra ruhu fl-ispiritwalita' taghhom u ghalhekk kif dawn il-membri jghixuh fil-hajja taghhom ta' kuljum, u jghixuh f'sintonija mas-Sinodu, kif ghamel per ez. il-Moviment tal-Fokolari.
Xi gruppi ohra li ghad m'humiex membri tal-FORUM, jigifieri t-Tabgha Foundation (maghrufa bhala l-Youth Fellowship), l-ACEF u l-organizzazzjoni tal-Fraternita' ta' l-ahwa ta' Charles de Foucauld holqu diversi okkazjonijiet barra mil-laqghat li jkollhom fl-ghaqda taghhom stess, biex iwasslu t-taghlim tas-Sinodu. Diversi laqghat kienu miftuhin ghall-pubbliku u mnedija fil-gazzetti u b'hekk inholqot certa 'awareness' favur it-taghlim tas-Sinodu.
Uhud mill-ghaqdiet u movimenti membri tal-FORUM, fl-imkien ma' ohrajn, taw sehemhom fl-okkazjoni tal-Vgili ta' Pentekoste biex ikun imfakkar il-frott tas-Sinodu.
Konkluzjoni
Wiehed jinduna li fi spazju ta' disa' xhur, il-FORUM u l-Ghaqdiet hadmu fuq l-implimentazzjoni tas-Sinodu. Forsi wiehed jixtieq li kieku saret aktar hidma imma ahna certi li kulhadd ipprova jaghmel dak li seta'. L-akbar pass li sar kien fil-bidla ta' mentalita' li wasslet ghal aktar rispett reciproku , kollaborazzjoni u komunjoni bejn l-ghaqdiet.
Meta wiehed iqis ic-cirkostanzi kollha, wiehed jintebah li l-mixja sinodali fil-FORUM u fl-ghaqdiet u l-movimenti nbdiet fuq il-bazi fundamentali u ghalhekk swiet biex tat kontribut halli l-Knisja li hi f'Malta tkun komunjoni.
L-iskejjel kollha sekondarji tal-Knisja huma:
- Subien
- De La Salle, St Albert the Great, St Aloysius, St Augustine, St Elias, St Michael, St Paul's Missionary College, Savio, Is-Seminarju, Stella Maris;
- Bniet
- Immaculate Conception, Mater Boni Consilii, Sacred Heart, St Dorothy, St Francis, St Joseph (Blata l-Bajda), St Joseph (Sliema), St Monica (Birkirkara), St Monica (Gzira), Our Lady Immaculate.
Il-grupp mill-iskola tas-St Michael li ma setghux jattendu ghal-laqgha kellhom formazzjoni fil-valuri tas-Sinodu waqt il-hidma li saret mal-movimenti.
L-iskejjel li baghtulna l-pjan bil-miktub huma:
- Subien
- De La Salle u Stella Maris (flimkien), St Elias, St Michael, Is-Seminarju
- Bniet
- Mater Boni Consilii, St Joseph (Blata l-Bajda), St Joseph (Sliema) flimkien, Sacred Heart, St Dorothy, St Francis.
L-iskejjel li baghtulna r-rapport bil-miktub huma:
- Subien
- St Albert the Great, St Aloysius, St Augustine, St Michael, St Paul's Missionary College, Savio, Is-Seminarju;
- Bniet
- Immaculate Conception, Sacred Heart, St Dorothy, St Joseph (Blata l-Bajda), St Monica (Birkirkara), St Monica (Gzira).
L-iskejjel primarji li baghtulna r-rapport bil-miktub huma:
- Sacred Heart Junior
- Stella Maris (Balzan)
- St Albert the Great Primary
- St Joseph Primary (Blata l-Bajda)
fil-kaz ta' l-ahhar skola, ir-rapport kien integrat ma' dak tas-sekondarja.
Novembru 2004
Segreterija Pastorali
Kurja Arciveskovili