Rapporti u Dokumenti
RAPPORT TAS-SINODU DJOCESAN
Rapport generali tal-konsultazzjoni
I. X'sar f'din l-ewwel fazi tas-Sinodu djocesan
Fit-22 ta' Mejju 1999, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca waqqaf Kummissjoni ghall-Preparazzjoni tas-Sinodu djocesan, bl-ghan li tghinu fit-tfassil u l-koordinament tal-programm tas-Sinodu.
Is-Sinodu djocesan beda l-ewwel fazi tieghu fid-29 ta' Settembru 1999, fl-okkazjoni tal-25 anniversarju episkopali ta' l-Arcisqof. Dak in-nhar, beda process ta' konsultazzjoni wiesgha f'oqsma differenti fis-socjetà Maltija, li kellha tinfirex f'kull familja u kull dar. L-Arcisqof ghamel din l-istedina: Nistieden lil kulhadd: lil-lajci, lill-persuni ta' hajja kkonsagrata u lis-sacerdoti, lil dawk li huma attivi fil-hajja tal-Knisja, lill-Ghaqdiet u lill-Movimenti tal-Knisja. Nistieden ukoll lil dawk li, ghal raguni jew ohra, ihossuhom 'il boghod mill-Knisja. Ha nitkellmu flimkien, nisimghu aktar lil xulxin, nifhmu aktar lil xulxin.
(Ittra Pastorali - 21 ta' Settembru 1999)
Mill-kalkoli taghna, hadu sehem madwar 100,000 persuna f'din il-konsultazzjoni, il-parti l-kbira minnhom fil-konsultazzjoni fil-parrocci. Certament, dan hu ta' soddisfazzjon kbir.
L-iskop kien li s-Sinodu jitlaq mill-poplu, jibda mill-grass-roots, x'jahseb il-poplu fuq il-hajja tal-Knisja u l-prezenza u l-hidma taghha fis-socjetà Maltija. Mhux ghax dak li jahseb bilfors hu tajjeb, jew bilfors imiss l-aktar punti importanti tal-hidma pastorali tal-Knisja, imma ghax biex nimxu ghal dak li rridu nkunu, irridu nitilqu minn fejn ahna. B'hekk is-Sinodu jitqieghed fuq bazi soda u l-Knisja tistà taghraf is-sinjali li Alla juriha.
Id-dettalji dwar il-hidma li saret f'din is-sena gew ippubblikati ftit granet ilu. Zgur li hareg, matul din is-sena ta' konsultazzjoni, is-sehem imprezzabbli ta' tant nies, b'mod partikulari ta' tant lajci li, b'dedikazzjoni u b'sens ta' Knisja, hadmu fuq li hadmu biex jintlahqu l-objettivi ta' din il-konsultazzjoni. Hareg car li, fejn hemm spirtu ta' sinodalità, il-hajja tal-Knisja tkun hafna isbah. Fl-istess waqt, hareg car ukoll il-bzonn li wiehed jara l-ftit kazijiet fejn mhemmx dan l-ispirtu ta' kollaborazzjoni, b'mod li komunitajiet jinqatghu ghal rashom u ma jhossux mal-Knisja lokali.
Il-Kummissjoni hadet tliet decizjonijiet bazici rigward din il-konsultazzjoni:
- Libertà shiha. Ghalhekk, ebda mistoqsija li saret ma kellha xi suggeriment ta' risposta maghha, biex min qed iwiegeb jghid 'iva' jew 'le'. Kulhadd kellu libertà shiha biex jistà jwiegeb bis-sincerità u jghid dak li jahseb u jhoss.
- Hadd ma jibqa' barra. Ghalhekk, f'dan l-istadju, ma sarx xi tip ta' survey bil-metodu ta' random sampling, fejn tinghazel sample. B'mod partikulari fil-konsultazzjoni li saret fil-parrocci, l-istedina saret lil kulhadd biex kulhadd jistà jippartecipa.
- Fl-istess waqt li kulhadd kellu l-opportunità jiehu sehem, saret konsultazzjoni wkoll f'oqsma partikulari tas-socjetà u fi hdan il-Knisja, biex in-nies jintlahqu fl-ambjent taghhom ta' hidma u ta' impenn.
Tfassal programm shih ta' konsultazzjoni li mexa ma' dawn it-tliet punti. Bis-sahha ta' hekk, mill-konsultazzjoni hargu hafna aspetti li wiehed ghandu jirrifletti fuqhom. Saru eluf kbar ta' kummenti, u l-impenn taghna hu li ma nwarrbu ebda kumment. Kull kumment kien registrat u kien ikkunsidrat, jew se jkun ikkunsidrat - ma qisniex biss dawk il-kummenti li ssemmew l-aktar. Naturalment, il-valur kbir ta' dawn il-kummenti qieghed fil-fatt li jesprimu l-idejat ta' tant nies, proprju ghaliex is-Sinodu jrid jitlaq minn dak li l-grass roots ihossu u jixtiequ, biex nimxu flimkien lejn dak li Alla jrid minna.
Fuq bazi parrokkjali, kull parrocca organizzat Assemblea, jew se torganizzaha fil-jiem li gejjin, biex tikkonkludi din l-ewwel fazi tas-Sinodu u tiddiskuti l-kummenti u s-suggerimenti tan-nies.
F'dan ir-rapport mhumiex imnizzla d-dettalji kollha. Hawn imnizzla l-punti principali li hargu kemm mill-konsultazzjoni tal-parrocci, kif ukoll mill-konsultazzjoni ta' tipi differenti li saret. Huwa rapport fil-qosor. Iktar 'il quddiem, se jkun hemm aktar dettalji li jkomplu jelaboraw dak li hawn imnizzel f'dan ir-rapport.
Fil-konsultazzjoni, intqalu hafna kummenti pozittivi fuq il-Knisja b'mod generali, li titqies minn hafna bhala qrib il-poplu. Intwera apprezzament ghall-hidma kbira li qed issir mill-Knisja fis-socjetà u ghall-ghajnuna u s-servizz li taghti. Fl-istess waqt, l-istedina tal-Knisja kienet biex issir ukoll kritika kostruttiva u din l-istedina ntlaqghet bis-shih. Kif jidher f'dan ir-rapport, saret kritika fuq diversi aspetti, indirizzata kemm lejn l-awtoritajiet kif ukoll lejn oqsma differenti tal-Knisja, flimkien ma' suggerimenti varji, l-aktar rigward bidliet li n-nies jixtiequ jaraw isehhu.
II. Punti li johorgu minn din l-ewwel fazi
Il-vizjoni ta' 'Knisja'
Il-mistoqsijiet apposta jsemmu 'Knisja' biex wiehed jara x'jifhmu n-nies bi Knisja. Mir-risposti li nghataw, jidher car li hafna nies, bi 'Knisja' jifhmu qabel xejn il-komunità li jafu, il-parrocca; u fi hdan din il-komunità, il-qassisin/ir-religjuzi. Hafna ghalhekk jiktbu fuq dak li ghandu jsir fil-komunità taghhom u fuq dak li ghandhom jaghmlu/m'ghandhomx jaghmlu l-qassisin/religjuzi jew dak li jistennew mill-qassis/religjuz.
Din hi aktar evidenti meta wiehed jiftakar li fid-dahla ghall-mistoqsijiet, l-Arcisqof stess jirrimarka: Meta nghidu 'Knisja', ma nifhmux biss dawk li jmexxuha, imma l-insara kollha li jiffurmaw il-poplu ta' Alla. Ilkoll qed nistaqsu: x'jistenna minna Alla fil-millennju l-gdid?' u wkoll fid-dahla: Meta twiegbu l-mistoqsijiet, ftakru li l-Knisja f'Malta hi l-komunità ta' l-insara kollha
Il-konsultazzjoni b'mod generali turi vizjoni ta' Knisja iffokata fuq il-kleru, fejn hafna nies ihossuhom spettaturi jew kooperaturi fil-Knisja, imma mhux daqshekk membri hajjin tal-poplu ta' Alla.
Rigward il-qassisin u r-religjuzi, hemm apprezzament ghad-dedikazzjoni u s-servizz taghhom u kritika, l-aktar ghal meta tinghata kontro-xhieda. Hemm xewqa li huma jkunu ta' ezempju tajjeb, maghqudin, spiritwali, imharrgin tajjeb u jibqghu jaggornaw ruhhom, qrib in-nies, joholqu djalogu, izuru l-familji, tistà tiftah qalbek maghhom, bla preferenzi, jitkellmu b'attenzjoni u bla ma joholqu konfuzjoni, specjalment fuq il-Media. Hemm apprezzament ghall-missjunarji Maltin u ghall-kontribut taghhom f'diversi pajjizi. Jissemma l-bzonn ta' aktar vokazzjonijiet.
Jinhass il-bzonn li titwassal vizjoni ta' Knisja bhala l-poplu ta' Alla, fejn kulhadd ghandu sejha u responsabbiltà, u fejn hemm diversi karizmi u ministeri; kif ukoll il-bzonn li l-koresponsabbiltà fil-Knisja tinhass b'mod shih u li l-istrutturi ta' partecipazzjoni jissahhu u jiffunzjonaw ahjar.
Jissemma b'apprezzament il-fatt li zdiedu l-lajci li qed jaghtu sehemhom fil-hajja tal-Knisja, kemm b'impenn personali kif ukoll billi jissiehbu f'ghaqdiet u movimenti, li qed jaghtu l-hajja lill-Knisja. Dan qed ikun ta' siwi kbir ghall-formazzjoni taghhom fil-hajja nisranija, u ghall-hidma ta' evangelizzazzjoni. Jissemma l-bzonn li l-formazzjoni tal-lajci tissahhah u l-bzonn li l-ghaqdiet u l-movimenti ma jahdmux ghal rashom imma jikkollaboraw ma' xulxin; kif ukoll li jkun hemm gharfien akbar tal-ministeri u hidmiet tal-lajci fil-Knisja.
Il-Knisja fis-socjetà
Fil-konsultazzjoni, jissemma l-fatt li f'dawn l-ahhar snin, sehhew bidliet mghaggla fis-socjetà, u dawn il-bidliet ghadhom ghaddejjin. Il-kuntest ghalhekk hu differenti minn ta' snin ilu. Fil-konsultazzjoni li saret ma' oqsma differenti tas-socjetà, intweriet il-htiega li l-Knisja taghraf dawn il-bidliet u tistudja b'mod profond l-isfidi godda li johorgu mill-kultura ta' llum.
Jissemma l-bzonn ta' aggornament, principalment fil-mentalità, fil-metodi pastorali, fl-istrutturi; uhud isemmu wkoll il-htiega ta' aggornament f'xi oqsma tat-taghlim. Jissemma wkoll il-bzonn li l-aggornament isir b'fedeltà lejn il-Vangelu.
Rigward aspetti partikulari tar-rwol tal-Knisja fis-socjetà, fir-risposti tan-nies jidhru kuntrasti. Diversi nies isemmu l-htiega li l-Knisja (qed jifhmu hawnhekk it-tmexxija tal-Knisja) ssemma' lehinha, taghti direzzjoni, toffri leadership qawwi fil-qasam tal-valuri u idejat, u li tkun vuci qawwija kontra l-ingustizzji u favur l-emarginati. Ohrajn jghidu li l-Knisja m'ghandhiex titkellem wisq: jaraw il-hidma tal-Knisja aktar ristretta ghal dak li hu strettament religjuz, minghajr relazzjoni mas-socjetà. Jinhass ghalhekk il-bzonn li jkun iccarat ir-rwol tal-Knisja fis-socjetà fid-dawl tat-taghlim socjali taghha.
Wahda mill-mistoqsijiet fil-konsultazzjoni parrokkjali kienet dwar is-sehem ta' l-insara fis-socjetà. Issemmew hafna drabi: ix-xhieda (koerenza fil-fidi u r-rabta tal-fidi mal-hajja), l-ghajnuna lill-ohrajn u s-solidarjetà, il-hidma ghall-ghaqda u l-ftehim, it-tolleranza, il-partecipazzjoni, l-evangelizzazzjoni. Hija apprezzata l-hidma volontarja ta' tant lajci fis-socjetà. Xi ftit jitkellmu fuq il-missjoni partikulari tal-lajci, li jkunu bhal melh u hmira fl-ambjent fejn jghixu u jahdmu, fl-oqsma tal-hajja socjali, politika, ekonomika. Fil-konsultazzjoni jinhass il-bzonn li ssir emfasi fuq dan l-impenn tal-lajci fis-socjetà, fid-diversi strutturi u istituzzjonijiet li fihom qed jahdmu.
Tissemma l-htiega ta' ambjent ta' djalogu kontinwu tal-Knisja u s-socjetà u li jinstabu strutturi fejn jistà jsir dan id-djalogu. Jinhass vojt fejn jidhol is-sehem ta' l-intellettwali nsara f'dan il-qasam.
Il-komunikazzjoni fi hdan il-Knisja u Knisja-socjetà
F'diversi laqghat ta' konsultazzjoni, issemmiet il-htiega li jkun hemm komunikazzjoni ahjar fi hdan il-Knisja u bejn il-Knisja u s-socjetà. Uhud isejhulha: bzonn ta' marketing, waqt li ohrajn jemfasizzaw il-bzonn ta' strategija ta' komunikazzjoni. Minn dak li nkiteb fil-konsultazzjoni b'mod generali, dan il-bzonn jidher aktar car: fil-fatt, diversi kitbu dwar affarijiet li 'ghandhom isiru' fil-parrocca jew fid-djocesi, meta fil-fatt dak li ssuggerew ga qed isir. B'xi mod qeghdin jinhassu diffikultajiet fil-komunikazzjoni. F'dan ir-rigward, tissemma l-htiega li l-attitudni ma tkunx difensiva imma proattiva.
Thabbir tal-Kelma
Li l-Knisja twassal il-Kelma ta' Alla tissemma bhala funzjoni importanti taghha fid-dinja ta' llum. B'mod partikulari, li thabbar lil Gesu' Kristu, u tressaq in-nies lejh. In-nies dan jistennewh mill-Knisja.
Tissemma l-htiega li tkompli tissahhah l-edukazzjoni fil-fidi u l-formazzjoni f'kull livell, specjalment bil-katekezi tat-tfal, taz-zghazagh u ta' l-adulti. B'dan il-mod, tkun tistà ssir il-mixja minn religjozità ghal fidi aktar matura, li hi tant mehtiega. Jinhass certu nuqqas fl-importanza li l-insara jaghtu lill-Bibbja, u ghalhekk il-bzonn ta' izjed gharfien ta' l-Iskrittura.
Mill-konsultazzjoni, specjalment dik li saret mal-gruppi/oqsma fis-socjetà, tidher cara l-impressjoni negattiva ta' whud rigward taghlim tal-Knisja, specjalment fejn dan hu f'konflitt mal-kultura tas-socjetà. Hemm min ma jaqbilx mar-ragunament tal-Knisja u ma jaccettahx. Fl-istess waqt, wahda mid-diffikultajiet li jidher li hemm hi li lin-nies kultant, ukoll permezz tal-Media, jaslulhom il-konkluzjonijiet - i.e. 'm'ghandekx taghmel hekk', 'dik il-haga hazina', dik ta' periklu' - imma mhux l-ghaliex - i.e. ir-ragunament kollu li jigi qabel il-gudizzju morali.
Jinhass il-bzonn ta' approach aktar pozittiv fejn il-Knisja twassal lil Gesu' Kristu, il-Feddej, u tinhass li tkun sinjal ta' l-imhabba ta' Alla, u fejn l-imgiba morali tkun, min-naha ta' l-insara, twegiba ghal din l-imhabba.
Fil-funzjoni tal-Knisja li thabbar l-Ahbar it-Tajba, tissemma sikwit l-importanza tax-xhieda: li l-fidi tkun tidher fil-hajja u li jkun hemm xhieda tal-valuri, ghax hu b'dan il-mod li l-aktar jistghu jitwasslu lill-ohrajn. Tissemma wkoll il-htiega li l-Knisja ma tilhaqx biss lil min jigi imma tfittex u tilhaq lil min ma jersaqx.
Liturgija
Jidher li fil-konsultazzjoni li saret, specjalment f'dik tal-parrocci, dan il-qasam hu l-aktar wiehed li jissemma, partikolarment il-quddiesa u l-omelija. Jissemma l-bzonn li l-Knisja tghin lin-nies titlob u tqim lil Alla u tidhol fi djalogu mieghu.
In-nies jghidu hafna fuq l-omelija. Jghidu li ghandha tkun ippreparata, interessanti, spjega tal-Kelma ta' Alla, rilevanti ghall-hajja ta' llum u l-aktar ghall-problemi tal-hajja, prattika, tintftiehem, mhux monotona, mhux twila u li tkun pozittiva. Isiru wkoll xi suggerimenti dwar bidliet fil-forma li ssir. Wiehed jiehu l-impressjoni li, anke jekk hemm kummenti pozittivi, tezisti tgergira komuni u kontinwa. Fl-istess waqt, kwazi hadd ma jghid li m'ghandhiex issir, imma li ghandha ssir ahjar, ukoll jekk mhijiex dejjem cara t-tifsira taghha fil-Liturgija. Fil-konsultazzjoni jinhass il-bzonn li ssir xi haga radikali f'dan il-qasam.
L-omelija tissemma f'diversi kazijiet fil-kuntest tal-quddiesa tal-Hadd. Fil-konsultazzjoni, tissemma l-htiega li l-quddiesa tinhass bhala celebrazzjoni. Ghal diversi, il-quddiesa hi monotona, nieqsa mill-hajja, ma timliekx bil-ferh u l-entuzjazmu, ma tigbdekx. Jitolbu ambjent li jilqghek, aktar haj u ferriehi, aktar attraenti u li jghinek tidhol fil-misteru li qed ikun iccelebrat. Jissemmew ukoll il-kant u l-muzika li jistghu jghinu hafna biex jinholoq dan l-ambjent, kif ukoll partecipazzjoni aktar hajja mill-kongregazzjoni, u liturgija indirizzata ghal kategoriji differenti - ez. zghazagh, tfal.
Jinhass ghalhekk il-bzonn urgenti ta' tigdid fil-Liturgija, fil-lingwagg taghha, u l-bzonn ta' formazzjoni liturgika, b'mod specjali dwar il-quddiesa u t-tifsira taghha. Jissemma l-bzonn ta' dixxiplina fil-Knisja, specjalment biex jinzamm l-ambjent ta' gabra u rispett.
Fil-kuntest tal-Liturgija, jissemmew ukoll sagramenti ohra - ez. qrar, il-mod kif isir, disponibilità tal-qassis ghall-qrar, qrar ahjar ecc.. Jissemma l-fatt li l-prattika tas-sagramenti hi generalment kbira, imma hu nnutat in-nuqqas ta' rabta tas-sagramenti mal-hajja, specjalment fl-età adulta.
Djakonija u Impenn socjali
Fit-twegibiet tan-nies, dan hu l-aktar aspett tal-hajja tal-Knisja li jidher li hu apprezzat. Jintwera apprezzament ghall-hidma karitattiva tal-Knisja u l-hidmiet socjali ma' persuni fi bzonn: id-djar, l-istituzzjonijiet, inizjattivi favur nies emarginati fis-socjetà jew nies bi problemi socjali. Tissemma l-istorja twila ta' dedikazzjoni tal-Knisja f'Malta u din tolqot qalb il-poplu. Saret sejha biex dan ikompli u, fl-istess waqt, ikunu esplorati toroq ohra u inizjattivi godda, specjalment issa li l-Istat ukoll jipprovdi certi servizzi li fl-antik bdiethom il-Knisja u kompliethom hi ghal hafna snin.
Ma' dan, ghandu jissahhah ukoll l-impenn socjali tal-Knisja biex tkun dejjem aktar sensittiva ghan-nies bi problemi, l-aktar favur dawk li m'ghandhomx vuci, u tkun ghalihom sors ta' wens, farag, kuragg u ghajnuna.
Jissemmew diversi problemi socjali fejn il-Knisja tistà taghti sehem, kemm b'hidma diretta kif ukoll permezz ta' sensibilizzazzjoni. L-istess rigward issues ta' gustizzja socjali u 'dnubiet socjali', etika professjonali u l-krizi ta' valuri fis-socjetà Maltija.
Il-bini tal-komunità ekklezjali
Xewqa li tohrog hafna hi x-xewqa ghall-komunità: li wiehed ihossu parti minn Knisja li hi komunità, fejn hu mahbub u apprezzat. Hi x-xewqa ghal relazzjonijiet personali. Diversi ilmenti li jissemmew minn persuni li b'xi mod ihossuhom imweggghin huma frott ta' esperjenza qarsa fir-relazzjonijiet: per ezempju, ma' xi qassis jew persuna ta' hajja kkonsagrata.
Turi din ix-xewqa ta' komunità t-talba minn hafna nies ghal aktar zjajjar fil-familja, Ii huma apprezzati u li huma mixtieqa dejjem aktar, partikolarment mill-qassis jew religjuz, u l-kappillan b'mod specjali. Hemm xewqa kbira ghal kuntatt personali.
Issemmiet hafna wkoll il-htiega li l-bniedem ma tistenniehx jigi, imma tohrog tfittxu: ghalhekk li jrid isir kull sforz biex jintlahqu dawk li huma mbeghdin jew b'xi mod ihossuhom imweggghin, ghal xi raguni jew ohra. Jinhass il-bzonn ta' sforz dejjem akbar biex jintlahqu persuni wahedhom, morda u anzjani. Irid isir sforz dejjem akbar biex persuni bi bzonnijiet specjali ikunu u jhossuhom parti integrali mill-komunità.
Il-konsultazzjoni turi li hafna jharsu lejn il-Knisja bhala dik li tistà tghaqqad aktar lill-bnedmin fis-socjetà. Hu f'dan id-dawl ukoll li l-aktar jissemmew il-festi religjuzi bhala mezz ta' ghaqda fil-komunità, u ghalhekk il-problemi kbar li jinholqu fejn dawn ikunu mezz ta' firda. Hemm elementi ta' religjozità pagana li jcapjru kultant il-vizjoni nisranija.
Kategoriji/persuni partikulari
Fil-konsultazzjoni, jissemmew diversi kategoriji ta' nies li fosthom ghandha ssir hidma pastorali specifika.
Iz-zghazagh u l-adolexxenti
l-anzjani
it-tfal
in-nisa
L-aktar li jissemmew huma z-zghazagh u l-adolexxenti. Xi whud minnhom ghandhom impressjoni negattiva tal-Knisja, jarawha antikwata jew ghalihom ma tfisser xejn. Ohrajn iharsu lejha b'mod pozittiv, u jaraw li ghandhom sehem x'jaghtu fil-hajja tal-Knisja. Tinhass il-problema ta' generazzjonijiet li ghandhom il-lingwa gdida taghhom u ghalhekk id-diffikultà ta' komunikazzjoni maghhom. Jissemma l-bzonn li wiehed jifhem iz-zghazagh u l-adolexxenti, jaghraf il-htigijiet taghhom u li jissahhah id-djalogu maghhom, u li huma jippartecipaw b'mod aktar shih fil-hajja tal-Knisja. Jinhass il-bzonn ukoll ta' hidma ma' adolexxenti u zghazagh li ghaddejin minn problemi - fost l-aktar problemi li jissemmew fil-konsultazzjoni ma' oqsma fis-socjetà: il-problema tad-droga.
partikolarment fil-kuntest taz-zjajjar lilhom kemm f'darhom kif ukoll fid-djar li hawn ghalihom, u bl-attivitajiet li jsiru ghalihom jew bl-inizjattivi li jghinuhom biex jibqghu attivi.
fil-formazzjoni taghhom u l-edukazzjoni fil-fidi.
in-nisa, u l-htiega li dawk ikollhom rwol aktar attiv fil-Knisja u fis-socjetà, u ma jkunux diskriminati.
Ambjenti partikulari fis-socjetà
Zwieg u Familja
Media
Edukazzjoni
Politika
Xoghol
Ambjent
Fid-diversi tipi ta' konsultazzjoni, tissemma l-htiega li dan il-qasam taz-zwieg u l-familja jinghata prijorità, ukoll fid-dawl tal-bidliet kulturali taz-zmien. Jissemma l-fatt li hawn hafna familji b'valuri tajbin. Jissemma wkoll l-bzonn ta' akkumpanjament lill-mizzewgin, ghalhekk li jkun hemm kuntatt mill-vicin maghhom. Saret emfasi fuq il-htiega tal-preparazzjoni ghaz-zwieg, li qed issir ahjar u li trid tkompli titjieb, u li jkun hemm follow-up ghall-korsijiet; u li jitwassal taghlim serju fuq iz-zwieg u l-familja, u fuq il-valur tal-hajja. Dan jghin biex il-familja tilqa' l-isfidi godda minghajr ma titlef il-valuri veri.
Fl-istess waqt, jissemmew problemi bejn il-mizzewgin u fil-familji u l-bzonn ta' hidma pastorali fejn hemm dawn il-problemi: li jkun hemm attenzjoni partikulari lill-koppji sseparati, lis-single parents u lil dawk li qed jikkoabitaw. Rigward it-Tribunal Ekklezjastiku, jissemma l-bzonn li l-kazijiet ma jehdux daqshekk fit-tul u li jkun hemm dejjem umanità, moghdrija u karità flimkien ma' l-oggettività rikjesta.
Jissemma l-bzonn li wiehed jaghraf il-bidla li l-Media tohloq fis-socjetà u r-rwol importanti li ghandha. Hu generalment apprezzat ir-radju tal-Knisja, u l-isforz li jsir f'dan il-qasam biex jitwassal lin-nies messagg nisrani maghgun mal-hajja ta' kuljum. Jinhass certu vojt fil-qasam tal-Media specjalment fis-sehem tal-Knisja fid-diskussjoni ta' issues importanti ghas-socjetà. Tissemma l-problema li l-Knisja kemm-il darba tiddahhal biss f'kuntest kontroversjali b'mod li ssir karikatura tal-pozizzjoni u t-taghlim taghha. Jissemma l-bzonn li l-Knisja twassal il-messagg taghha b'mod aktar modern permezz tal-Media fid-dawl ta' l-izviluppi kontinwi li qed isiru, bhall-izviluppi ta' l-Internet.
F'dan il-qasam, jissemma r-rwol tal-Knisja fl-edukazzjoni shiha tan-nies u l-htiega ta' tahrig lill-ghalliema fil-valuri. Jissemmew l-iskejjel tal-Knisja, kemm bhala qasam importanti ta' formazzjoni, kif ukoll bhala ambjent li ghandu juri impenn lejn min hu dghajjef f'sistema edukattiva kompetittiva. Il-hidma edukattiva tal-Knisja trid tasal aktar ghand min hu zvantaggjat fis-socjetà, ez. minhabba l-illiterizmu. Kien hemm ukoll xi ilmenti rigward id-dhul fl-iskejjel tal-Knisja. Jissemma l-bzonn ta' hidma pastorali li tilhaq it-tfal, l-adolexxenti u z-zghazagh fl-ambjent edukattiv.
Dan hu kamp delikat hafna fejn issib diversi kummenti, kultant f'kuntrast. Fir-risposti tal-konsultazzjoni, tissemma sikwit il-firda li tistà tinholoq minhabba politika mhaddma b'mod partiggjan. Diversi jinsistu li l-Knisja m'ghandhiex tindahal fil-politika, specjalment b'mod li tkun identifikata ma' partit wiehed. Ohrajn jghidu li hemm bzonn titkellem fuq issues politici, bhad-drittijiet tal-bniedem u fejn jidhlu valuri nsara, u li tghid il-verità u tiehu pozizzjoni minghajr ambigwità, ukoll meta trid thallas prezz ta' dan. Minn uhud, tintwera x-xewqa li l-Knisja tghin fil-formazzjoni ghall-hajja politika u tghin ukoll lil-lajci biex jghixu l-fidi taghhom f'dan il-kamp.
Issemmew kwestjonijiet etici u ta' gustizzja, marbuta ma' dan il-qasam, li fihom il-Knisja tistà tkun gwida bit-taghlim socjali taghha. Intweriet ix-xewqa ghal aktar hidma pastorali fil-postijiet tax-xoghol, specjalment bil-prezenza ta' sacerdoti.
Jissemma li l-Knisja tistà tghin aktar fil-harsien ta' l-ambjent. Tuza l-influwenza taghha biex turi kemm il-qerda u l-esplojtazzjoni ta' l-ambjent huma serji u jgibu hsara lill-bniedem, u kif kulhadd hu msejjah biex ihares il-holqien ta' Alla. B'dan il-mod, ikun qed ihares ukoll il-hajja tal-generazzjonijiet futuri.
Strutturi u rizorsi
Jissemma l-bzonn ta' tqassim ahjar ta' rizorsi umani u materjali u li, rigward il-parrocci, tkun studjata s-sistema ta' bdil ta' kappillani. Tissemma l-htiega ta' koordinament ahjar bejn l-oqsma kollha tal-Knisja, biex ma tinheliex energija u ma ssirx ripetizzjoni. L-istrutturi ta' komunjoni, li jigbru flimkien dawn l-oqsma, ghandhom jghinu f'dan il-koordinament. Issemma l-bzonn ta' aktar kontroll fuq infiq u opri fil-knejjes u fil-festi, kif ukoll ta' uzu ahjar ta' bini li ghandha l-Knisja, specjalment fejn dan hu vojt.
III. Konkluzjoni
Dan ir-rapport qasir jipprezenta l-punti principali li hargu mit-tipi differenti ta' konsultazzjoni u li huma frott ta' partecipazzjoni mifruxa ta' tant nies. L-akbar valur f'din l-ewwel fazi kien sewwasew din il-partecipazzjoni hekk kbira.
Iktar 'il quddiem ir-rapport ikun elaborat f'aktar dettall. Wiehed irid izomm f'mohhu li hemm rapporti ghal kull qasam partikulari u dawn qed ikunu jew se jkunu diskussi wkoll f'dak il-livell.
Li jmiss issa hu li, fid-dawl tar-reazzjonijiet li jkun hawn, jinghazlu t-temi tas-Sinodu. Il-mistoqsijiet li rridu nistaqsu, wara riflessjoni fuq il-konsultazzjoni li saret, huma dawn: liema ghandhom ikunu t-temi li jkunu studjati aktar fil-fond fis-Sinodu? U liema ghandhom ikunu s-suggetti li jinghataw lill-gruppi ohra fil-Knisja biex jahdmu fuqhom fiz-zmien li gej? L-importanti hu li jsir dixxerniment sew u li dan iwassal ghall-azzjoni.