RAPPORT TAS-SINODU DJOCESAN

IT-TIELET SENA

Dan ir-rapport jitkellem fuq x’sar matul il-process tas-Sinodu djocesan fit-tielet sena, i.e. mid-29 ta’ Settembru 2001 sad-29 ta’ Settembru 2002. Rigward dak li sar fl-ewwel sentejn, wiehed irid jara r-rapporti li kienu ppubblikati fid-29 ta’ Marzu 2000, fid-29 ta’ Settembru 2000, fid-29 ta’ Settembru 2001.

Is-Sinodu djocesan, li beda fid-29 ta’ Settembru 1999, kien ippjanat bhala process bi tliet fazijiet: l-ewwel fazi, dik ta’ konsultazzjoni wiesgha fis-socjeta’ Maltija; it-tieni fazi l-laqghat ta’ l-Assemblea li tiddiskuti fid-dettall tmien temi; u t-tielet fazi l-konkluzjonijiet li jkunu gwida ghall-hidma pastorali tal-Knisja f’Malta. Bhalissa qeghdin fl-ahhar gimghat tat-tieni fazi.

Il-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu li ghandha l-ghan li tippjana u torganizza l-fazijiet differenti tas-Sinodu, s’issa ltaqghet 64 darba minn mindu twaqqfet (22 ta’ Mejju 1999).

L-Assemblea tas-Sinodu

It-tielet sena tas-Sinodu djocesan kienet iffokata fuq il-laqghat ta’ l-Assemblea tas-Sinodu, li giet inawgurata fit-2 ta’ Gunju 2001 u li ltaqghet regolarment matul din is-sena.

L-Assemblea hi ffurmata minn 260 ruh, li huma rifless tal-Knisja f’Malta. Il-parti l-kbira tal-membri huma lajci. Fost il-membri ta’ l-Assemblea, hemm il-mexxejja ta’ kull kongregazzjoni religjuza, ta’ kull ghaqda u moviment fil-Knisja, numru ta’ kappillani, persuna minn kull parrocca u diversi nies ohra jew eletti jew nominati.

Matul it-tielet sena tas-Sinodu, l-Assemblea ltaqghet erbatax-il darba f’sessjonijiet differenti - l-ahhar sessjoni kienet fis-27 u fit-28 ta’ Settembru. Ix-xoghol principali ta’ l-Assemblea hu li tezamina t-tmien temi tas-Sinodu.

Dawn huma t-tmien temi tas-Sinodu: 1. Kultura-socjeta’-Knisja. 2. Vizjoni ta’ Knisja-komunjoni/poplu b’karizmi u ministeri diversi 3. Lajci 4. Xandir tal-Kelma 5. Liturgija u Sagramenti 6. Djakonija u Gustizzja 7. Zwieg u familja 8. Zghazagh u adolexxenti

Matul din is-sena, thejjew dokumenti pastorali fuq it-temi kollha minn working groups iffurmati minn membri ta’ l-Assemblea u membri ohra. Hemm madwar 60 ruh jahdmu f’dawn it-tmien working groups. It-tmien Chairpersons huma kollha lajci - hames nisa, koppja u zewgt irgiel.

Kull dokument qed jigi ezaminat fil-laqghat ta’ l-Assemblea. Baqa’ hames laqghat ta’ l-Assemblea sa l-ahhar ta’ din is-sena. Fl-ewwel gimghat tas-sena d-diehla, l-Assemblea tiltaqa’ biex tapprova l-verzjoni finali tad-dokumenti u tipprezentahom lill-Arcisqof. Meta l-Arcisqof japprovahom u jkunu ppubblikati, isiru dokumenti ta’ gwida ghall-hajja u l-hidma tal-Knisja kollha. Dawn id-dokumenti jkunu frott ta’ dan il-process sinodali shih.

Fl-Ghid il-Hamsin, tard filghaxija, saret Velja fil-Pjazza ta’ Hal Lija, b’talb specjali ghas-Sinodu. Ghaliha attendew madwar 3,000 ruh.

Fuljett, video u web-site

Bl-iskop li tissahhah l-informazzjoni mal-pubbliku in generali, qed jittiehdu tliet inizjattivi godda.

Hemm fuljett li se jitqassam f’kull dar f’Malta. Bhalma fl-ewwel fazi tas-Sinodu kienet saret konsultazzjoni wiesgha permezz ta’ fuljett li tqassam f’kull dar, hekk issa l-informazzjoni tasal ghand kulhadd.

Hemm video li nhadem principalment biex jintuza fl-Assemblea li se ssir f’kull parrocca ta’ Malta - dan il-video hu intenzjonat mhux biss li jwassal informazzjoni imma wkoll li jqajjem diskussjoni fost dawk prezenti fl-Assemblea rigward il-mod kif il-parrocca tista’ tghix il-valuri tas-Sinodu.

Dawn huma uhud mill-valuri principali identifikati: komunjoni, djalogu, ko-responsabbilta’, dixxerniment, solidarjeta’ (ara l-ispjega mar-rapport).

It-tema tal-fuljett u tal-video hi: Flimkien naghrfu s-sinjali taz-zminijiet. Din it-tema torbot ma’ l-40 anniversarju tal-bidu tal-Koncilju Vatikan II, li jahbat fl-14 ta’ Ottubru 2002. Is-Sinodu hu esperjenza li tghin il-Knisja f’Malta tghix dejjem aktar dak li l-Koncilju ried mill-Knisja kollha.

Inizjattiva ohra hi t-tnedija ta’ web-site li taghti informazzjoni kontinwa dwar dak li qed isir fis-Sinodu, kif ukoll issahhah il-kuntatt mal-pubbliku. Il-hsieb hu li l-web-site tkun tinkludi ’l quddiem id-dokumenti kollha tas-Sinodu u li sservi ta’ mezz kif in-nies ikunu infurmati fuq dak li jkun qed jigi implimentat wara s-Sinodu.

Assemblea tal-Parrocci

Fil-gimghat li gejjin, se ssir Assemblea f’kull parrocca b’rabta mas-Sinodu. F’din l-Assemblea, jintwera l-video tas-Sinodu, u tinghata informazzjoni dwar dak li qed isir fis-Sinodu bhalissa; kull parrocca tara kif tista’ twettaq il-valuri li johorgu minn din l-esperjenza tas-Sinodu.

Il-Kummissjoni tirringrazzja lill-membri ta’ l-Assemblea u tal-working groups kif ukoll lil tant nies ohra li b’dedikazzjoni qed jaghtu s-sehem taghhom biex il-Knisja f’Malta tiggedded u taqdi l-missjoni taghha b’impenn kbir u b’entuzjazmu gdid.

Kummissjoni Sinodu

4 ta’ Ottubru 2002

Valuri fl-esperjenza tas-Sinodu

L-esperjenza tas-Sinodu djocesan hija esperjenza ta’ valuri importanti fil-hajja tal-Knisja. Valuri bhalma huma: il-komunjoni, id-djalogu, il-ko-responsabbilta’, id-dixxerniment, is-solidarjeta’.

Dawn il-hames kelmiet jistghu jinhassu qishom fis-shab; hekk ikunu meta jkunu ’l boghod mill-hajja rejali. Fl-esperjenza tas-Sinodu, kif jista’ jghid min qed jiehu sehem mill-qrib, dawn huma esperjenza hajja.

Il-komunjoni, fi kliem Gwanni Pawlu II, “hija l-frott u t-turija ta’ dik l-imhabba li tohrog mill-qalb tal-Missier etern u titferra’ fuqna bl-Ispirtu li Gesu’ jaghtina biex taghmilna lkoll ‘qalb wahda u ruh wahda’.” (Novo millennio ineunte 42).

Din tidher fil-prattika meta naghrfu nahdmu bi spirtu ta’ ghaqda, naccettaw il-pozittiv fl-ohrajn u nsibu wisa’ ghal hutna. Tintwera fejn ikun hemm spirtu veru ta’ djalogu: li jfisser li qabel titkellem, l-ewwel tisma’; li tisma’ b’attenzjoni u b’rispett; u li mbaghad titkellem u tghid bis-sincerita’ u bil-liberta’ l-hsibijiet tieghek. L-Assemblea tas-Sinodu wriet bic-car kif dan isehh fil-prattika.

Il-komunjoni turi ruhha wkoll meta l-insara jaghrfu r-responsabbilta’ taghhom bhala membri fil-Knisja, fejn hemm funzjonijiet u ministeri differenti, u jahdmu flimkien b’sens ta’ ko-responsabbilta’. Il-Papa, fil-ktieb-intervista Immorru ‘l hemm mill-Ghatba tat-Tama (pg 108) jghid li s-Sinodi djocesani “helsu mis-sura antika li jkunu laqghat tal-kleru biss, u saru mod li juri r-responsabbilta’ ta’ kull wiehed lejn il-Knisja.” U meta kien Malta, fl-2001, wera x-xewqa li s-Sinodu jghin lill-Knisja f’Malta biex timxi ’l quddiem f’era gdida ta’ ghaqda u ko-responsabbilta’ bejn kleru, religjuzi u lajci.

Dan l-ispirtu jghin biex ikun hemm dixxerniment f’waqtu mill-Knisja: li jfisser li l-Knisja, bi spirtu ta’ talb, taghraf is-sinjali taz-zminijiet, dak li Alla qed juriha. Is-Sinodu juri l-Knisja sewwasew f’din l-attitudni ta’ dixxerniment.

Is-Sinodu hu wkoll esperjenza hajja ta’ solidarjeta’. Fil-hidma ta’ l-Assemblea, l-attenzjoni tal-Knisja hi mixhuta fuq il-htigiet tal-bniedem ta’ llum, u tas-socjeta’ Maltija - b’mod specjali ta’ dawk li huma l-aktar fil-bzonn. L-iskop hu li l-Knisja tkun tista’ tisma’ l-ghajta ta’ min qed ibati u l-karba siekta ta’ min hu bla vuci.

Dawn il-valuri, fost ohrajn, hargu cari hafna fil-hidma ta’ l-Assemblea tas-Sinodu matul ix-xhur li ghaddew - hidma li se tkompli fil-gimghat li gejjin u li ghandha twassal ghall-konkluzjoni tas-Sinodu. Is-Sinodu jinvolvi hafna xoghol u fl-ahhar ghandu jwassal ghal decizjonijiet konkreti. Imma aktar minn dan, is-Sinodu jirrapprezenta stil ta’ hajja ta’ Knisja, imsawra fuq valuri li huma gheziez ghall-hajja nisranija. L-isfida hi biex dawn il-valuri jinghexu tassew fl-oqsma differenti tal-hajja tal-Knisja u tas-socjeta’.