IT-TEMI TAS-SINODU FIL-QOSOR

Kultura-Socjetà-Knisja

Id-dokument jitkellem fuq l-isfida ewlenija ghall-Knisja f’Malta llum li twassal lil Kristu b’modi godda u aggornati u b’lingwa relevanti u li tinftiehem min-nies. It-triq hija dejjem dik li Kristu wera: ‘Is-Saltna tas-Sema hi bhal hmira’ (Mt 13,33). Bhal hmira, il-Knisja trid tahdem fuq il-ghagna minn gewwa u ssir haga wahda maghha biex tibdilha mill-qiegh. San Pawl ghallimna dan fl-Areopagu f’Ateni (Atti 17,16-34), fejn gharaf jiffoka fuq dak li ra pozittiv fil-kultura pagana biex fuqu jibni l-messagg tal-Vangelu li ried iwassal.

Kif Pawlu gharaf jaqra s-sinjali ta’ zmienu, hekk ukoll issa l-Knisja f’Malta trid tinterpreta l-polz tal-kultura Maltija. Din il-kultura tesprimi ruhha f’diversi fenomeni. Il-Knisja trid taghraf f’dawn sfida u opportunità ghal hidma sfiqa.

Id-dokument jitkellem fuq is-sehem tal-Knisja f’dawn l-oqsma importanti u jaghmel il-proposti tieghu:

Il-Politika u l-Ekonomija

F’dan il-qasam, l-insara huma msejhin biex jiddedikaw ruhhom b’mod intelligenti, kompetenti, onest u b’sens ta’ servizz u biex jaghtu xhieda hajja tal-valuri li jmorru ’l hinn mill-htigiet politici u ekonomici.

L-Edukazzjoni

F’dan il-kamp, l-iskejjel iridu jahdmu id f’id mal-familja u mal-komunità parrokkjali, biex ikun hemm formazzjoni tassew shiha.

Il-Qasam xjentifiku

In-nies iharsu lejn il-Knisja ghal direzzjoni cara f’diversi sitwazzjonijiet ta’ konflitt li jinholqu, ghax dak li hu xjentifikament possibbli mhux dejjem moralment tajjeb.

Temi ambjentali

Il-bniedem illum qed isir hafna aktar konxju mill-gmiel tal-holqien u l-apprezzament tal-valur tal-hajja. Il-Knisja trid tkun minn ta’ quddiem fl-edukazzjoni ghall-harsien ta’ l-ambjent ghall-gid tal-bniedem ta’ llum u tal-generazzjonijiet futuri.

Il-wirt kulturali

Il-gzejjer Maltin huma ghonja fil-wirt artistiku u storiku li ghaddewlna missirijietna; hafna minnu jappartjeni lill-Knisja. Il-Knisja ghandha d-dmir li tharsu mill-ahjar li tistà u li teduka lin-nies f’dan ir-rigward.

Il-formazzjoni tal-kleru u tal-lajci

Hi mehtiega formazzjoni solida u profonda, kontinwa u aggornata ghall-insara kollha Maltin. Din hi essenzjali biex jistà jsehh tassew id-djalogu mal-kultura u s-socjetà ta’ zmienna.