IT-TEMI TAS-SINODU FIL-QOSOR - PDF
Vizjoni ta’ Knisja - komunjoni/poplu b’karizmi u ministeri diversi
F'dan id-dokument sinodali, qed issir proposta li l-Knisja f'Malta tkompli tikber fil-gharfien taghha li hi l-komunjoni ta' l-imghammdin b'ministeri u b'karizmi differenti. Ghal dan il-ghan, hi ta’ ispirazzjoni t-talba ta' Gesu' ghad-dixxipli tieghu fl-Ahhar ¬ena: “Nitolbok li jkunu lkoll haga wahda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ha jkunu huma wkoll haga wahda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bghattni” (Gw 17,21).
Il-poplu ta’ Alla f’Malta jafferma l-fidi tieghu:
- fil-prezenza hajja u dinamika ta' l-Ispirtu l-Qaddis fl-istorja tieghu llum daqs kemm kienet ilbierah;
- fir-rilevanza kbira li l-Ahbar it-Tajba tal-Mulej Gesù ghandha ghan-nies kollha ta' zmienna;
- fl-imhabba kbira li biha l-Missier ihares lejn il-bnedmin kollha. Din l-imhabba li ahna nircievu minghand il-Mulej tibdel il-hajja taghna u tghabbina bir-responsabiltà li nwassluha lill-ohrajn. Gesu' qalilna car u tond: “Dan hu l-kmandament tieghi: li thobbu lil xulxin kif habbejtkom jien... Dan hu li qieghed nikkmandakom: li thobbu lil xulxin” (Gw 15,12.17). Din l-imhabba reciproka hija l-muftieh li jifthilna l-bieb ghal Knisja li tkun komunjoni ta' ministeri u karizmi differenti.
Id-dokument ifisser kif ghal hafna sekli harisna - u nibqghu nharsu - lejn il-Knisja bhala omm u ghalliema. Dan jibqa' validu u minnu. Fl-istess waqt, is-sitwazzjoni ta' pajjizna llum qed twassalna biex nipproponu vizjoni kumplimentari ta' Knisja - Knisja li hi oht u qaddejja. Vizjoni mhijiex definizzjoni, izda dehra, holma, idejal li jiftah orizzonti godda. Vizjoni gdida titlob bidla fil-mentalita'.
Din il-vizjoni ghall-Knisja lokali taghna ghandha twassal ghal decizjonijiet pastorali konkreti li jigu implementati fis-snin li gejjin.
Id-dokument jaghmel proposti dwar kif il-Knisja tistà tahdem biex tkun aktar qaddisa, aktar profetika, u aktar il-melh u d-dawl tas-socjetà, u ta' hmira ghaliha; u dwar kif tistà tghix aktar l-ispiritwalità ta' komunjoni, bil-karizmi u l-ministeri li jaghnu l-Knisja, u fit-thaddim tat-talenti u rizorsi li jezistu. Proposti ohra huma dwar it-tishih tad-djalogu fi hdan il-Knisja u mas-setturi kollha tas-socjetà Maltija u dwar kif il-Knisja, ispirata mill-istess taghlim socjali taghha, tistà tkun tassew ta’ servizz ghall-bnedmin minghajr distinzjoni.
