IT-TEMI TAS-SINODU FIL-QOSOR - PDF
Lajci
Id-dokument jibda l-ewwel billi jitkellem fuq xi kriterji importanti biex wiehed jifhem ir-rwol tal-lajci llum. Jipprezenta s-sejha tal-lajci nsara ghall-qdusija, kemm permezz tas-sehem taghhom fis-socjetà kif ukoll fi hdan il-komunità ekklezjali.
Il-lajci huma msiehba ma’ Kristu fil-missjoni tieghu. Huma jghixu l-maghmudija taghhom billi jimpenjaw ruhhom fil-qalba tad-dinja, fl-oqsma differenti - fl-ufficcju, fil-fabbrika, fin-negozju, fil-professjoni, fil-familja, fil-kultura. Il-missjoni tal-lajci hija li jkunu l-kuxjenza nisranija fis-sitwazzjonijiet differenti tal-hajja li jsibu ruhhom fihom.
Fl-istess waqt, il-lajci huma msejhin biex ikunu membri hajjin tal-Poplu ta’ Alla u jaghtu s-sehem shih taghhom fi hdan il-Knisja. Dan jaghmluh billi jizviluppaw id- doni li bihom jaghnihom l-Ispirtu ta’ Alla u juzawhom ghas-servizz tal-Knisja kollha.
Id-dokument jaghmel riflessjoni fuq il-qaghda prezenti tal-lajci nsara. Jitkellem fuq il-htiega li r-religjozità tizviluppa f’fidi awtentika. Hafna mill-insara Maltin mhumiex konxji tar-rwol taghhom bhala lajci. Id-dokument jitkellem kemm fuq l-appostolat individwali, kif ukoll fuq dak f’assocjazzjonijiet, fejn il-lajci jissiehbu biex jaghtu xhieda kollettiva tal-fidi taghhom.
Id-dokument jitkellem fuq il-prijoritajiet ghall-futur. Fost dawn, isemmi l-htiega ta’ fiducja akbar fil-lajci, li jkun hemm rispett bejn ir-rwoli kollha fil-mixja tal-Poplu ta’ Alla, li l-lajci jkollhom sehem mill-progett ta’ evangelizzazzjoni gdida indirizzata specjalment lejn dawk li tbieghdu mill-Vangelu, li f’socjetà pluralista l-lajci jahdmu bhal melh li jaghti t-toghma u bhal dawn li juri t-triq. Hi prijorità wkoll li l-lajci jkunu kapaci jaqraw is-sinjali taz-zminijiet, li juru x’inhuma l-esigenzi tad-dinja ta’ llum u jindikaw x’ghandha tkun l-attitudni ta’ min qed jahdem fil-Knisja. Prijorità ohra hi li l-appostolat lajkali ifittex li jinfluwenza bil-Vangelu l-mod kif il-poplu Malti jahseb, jitkellem, jahdem, jiddeverti, jirraguna u jghix fil-hajja pubblika u privata tieghu.
Id-dokument isemmi wkoll diversi mizuri biex jintlahqu dawn il-prijoritajiet. Fost dawn: li tinzamm konsultazzjoni regolari mal-lajci u mal-ghaqdiet lajkali u li l-lajci jkollhom sehem xieraq f’decizjonijiet li jolqtu lill-parrocca u lid-djocesi; li tissahhah aktar il-formazzjoni tal-lajci, mibnija fuq il-Kelma ta’ Alla u t-taghlim awtentiku tal-Knisja u bl-ghajnuna tax-xjenzi umani; li jkun hemm attenzjoni specjali ghall-Maltin li tbieghdu mill-Knisja u ghal dawk li huma emarginati.
