IT-TEMI TAS-SINODU FIL-QOSOR
Kelma/Xandir
Id-dokument jitkellem fuq ix-Xandir tal-Kelma fil-kuntest tal-hajja tal-poplu Malti. Il-Kotba Mqaddsa jesprimu storja ta’ mhabba bejn Alla u l-bniedem, li tilhaq il-milja taghha fi Kristu. Il-komunità ta’ dawk li jemmnu tkompli din l-esperjenza tal-prezenza ta’ Kristu, il-Kelma ta’ Alla l-haj. Il-Knisja hija msejha biex f’kull zmien b’umiltà tilqa’ l-Kelma u twassal din il-Kelma li taghti l-hajja.
Kull Knisja lokali trid taghraf twassal il-Kelma fi sfond partikulari u specifiku. Id-dokument ghalhekk jitkellem l-ewwel fuq punti li jispikkaw fl-ambjent tal-poplu Malti fil-kuntest storiku tieghu, bhalma huma l-pluralizmu, il-media, il-hin liberu, il-bidliet fil-hajja tal-familja.
Imbaghad id-dokument jaghti harsa lejn il-hidma tal-Knisja f’Malta hija u xxandar il-Kelma llum. Dan ix-xandir isehh kull meta, bil-hidma siekta taghhom, l-insara jaghmlu dmirhom fis-socjetà b’impenn u jaghtu xhieda ta’ Kristu fl-ghazliet ta’ hajjithom. Imma jsehh ukoll meta l-Knisja bhala komunità ixxandar il-Kelma. Tul is-snin il-Knisja zviluppat mumenti specjali, biex it-taghlim jilhaq diversi gruppi ta’ nies.
Id-dokument jittratta t-taghlim tar-religjon fl-iskejjel u l-katekezi fil-parrocci, u l-htiega li jkun iccarat ir-rwol distint tat-tnejn li huma. Hemm mumenti ohra meta l-Kelma tasal ghand in-nies, bhalma huma l-mezzi ta’ komunikazzjoni. Mhux kull nisrani jasal fl-istess livell ta’ maturità fil-hajja nisranija. It-tishih ta’ fidi matura, ibbazata fuq il-Kelma ta’ Alla, ghandu jkun il-kriterju ta’ kull hidma fuq livell djocesan u fuq livell parrokkjali.
Fil-kuntest ta’ djalogu bejn Knisja u kultura f’Malta, id-dokument jaghmel proposti ta’ xi miri li l-Knisja ghandu jkollha ghas-snin li gejjin, kif ukoll il-mod kif dawn jistghu jitwettqu, bir-rizorsi li jezistu. Fost dawn, id-dokument jaghmel proposta ta’ Istitut ta’ Formazzjoni, immirat principalment ghall-operaturi pastorali. L-iskop hu li jkun hemm koordinament ta’ dak li ga qed isir fil-qasam tal-formazzjoni fi hdan il-Knsija u li jinfethu oqsma godda ta’ formazzjoni.
