IT-TEMI TAS-SINODU FIL-QOSOR
Liturgija/Sagramenti
Id-dokument jitkellem fuq il-htiega ta’ bidla fil-mentalità biex il-Liturgija tkun tassew l-ghajn u l-quccata tal-hajja nisranija. Il-Liturgija mhijiex spettaklu jew recta. Hi l-qima li tinghata lil Alla l-Missier fi Kristu bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu. Naghtu glorja lill-Missier meta nghixu f’konverzjoni kontinwa, fil-mixja taghna ta’ dixxipli, bi twegiba ghas-sejha taghna ghall-qdusija.
Bil-ghan li jghin f’din il-bidla ta’ mentalità, id-dokument jistudja diversi aspetti li jolqtu l-hajja liturgika u jara s-sitwazzjoni prezenti, kif ukoll jaghmel proposti dwar dak li jistà jsir kemm fuq livell djocesan kif ukoll fuq livell lokali.
Fost dawn l-aspetti, insibu:
- it-testi liturgici, biex ikunu rilevanti ghal zmienna;
- is-sens ta’ appartenenza, biex il-Liturgija tigbor flimkien il-familja ta’ Alla u kulhadd ihossu li hu parti minn din il-familja;
- is-sehem tal-Gemgha, li ghandu jkun shih u haj; f’din il-gemgha ssehh il-weghda ta’ Gesù li jkun fostna;
- il-mod kif niccelebraw il-Liturgija, li minnha nnifisha ghandha tkun skola ta’ fidi, tama u mhabba. Celebrazzjonijiet tajbin imantnu u jsostnu dan.
- attenzjoni specjali ghac-celebrazzjoni tal-quddiesa, specjalment f’Jum il-Mulej u fil-festi.
- ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla u l-Omelija, li turi kif il-Kelma ta’ Alla hi rilevanti ghas-sitwazzjonijiet diversi tal-bniedem ta’ llum u tghin lill-insara jharsu lejn l-issues prezenti fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla u tat-taghlim tal-Knisja;
- celebrazzjonijiet ghal kategoriji partikolari u ghal gemgha mhallta;
- l-Adorazzjoni Ewkaristika;
- ir-Rikonciljazzjoni Sagramentali;
- is-Sagramenti;
- il-muzika u l-kant u t-tahrig fil-hiliet;
- devozzjonijiet Marjani.
Id-dokument jaghmel ukoll proposti ta’ strutturi li jghinu fit-tigdid liturgiku. L-iskop hu li l-Poplu ta’ Alla jaghti qima lill-Mulej b’qalbu kollha u jinghaqad flimkien bhal familja wahda; u li dak li jghix dak li jiccelebra fil-hajja ta’ kuljum.
