IT-TEMI TAS-SINODU FIL-QOSOR

Djakonija u Gustizzja

Il-Knisja f’Malta minn dejjem kellha tradizzjoni ta’ hidma favur dawk li huma fil-bzonn u l-generozità tal-poplu Malti f’oqsma ta’ emarginazzjoni u faqar, fuq livell lokali, nazzjonali u internazzjonali hija wahda mill-isbah karatteristici tal-Knisja taghna. Imma barra li naghtu karità bil-qalb lil min hu fil-bzonn, irridu nfittxu wkoll kif innehhu dak il-bzonn. Din hija wahda mill-akbar sfidi ghall-Knisja f’Malta: kif nghaddu mill-ghoti ta’ karità ghal hidma ghall-gustizzja minghajr ma nitilfu t-tradizzjoni ta’ generozità lejn l-ohrajn.

Id-dokument ihares mill-qrib lejn hames principji ewlenin fit-Taghlim Socjali tal-Knisja:

  1. Ir-rispett assolut ghad-dinjità tal-bniedem u ghad-drittijiet tieghu;
  2. L-imhabba preferenzjali li ghandha tinghata lill-fqar;
  3. Is-solidarjetà;
  4. Il-gid komuni;
  5. Is-sussidjarjetà

Id-dokument jipproponi riflessjoni fuq xi oqsma vitali biex ikun hawn gustizzja vera. Hija parti mill-missjoni taghna bhala komunità nisranija li naghtu importanza lejn dak li qed jigri f’dawn l-oqsma: il-politika, ix-xoghol, is-sistema edukattiva, is-sahha, is-sistema tal-welfare u l-pensjonijiet; id-djar, il-harsien ta’ l-ambjent, ir-rifugjati u l-immigranti u l-impenn ghat-Tielet Dinja.

Id-dokument jitkellem ukoll fuq il-qadi (djakonija). Jinhass il-bzonn li din titqies bhala parti centrali tal-hidma ta’ kull parrocca. Id-dokument jaghmel proposti kif l-individwu, il-familja, il-parrocca, ir-religjuzi, l-ghaqdiet u l-movimenti u d-djocesi jistghu jimpenjaw ruhhom f’dan l-aspett.

Id-dokument jipproponi li titwaqqaf il-Kummissjoni Gustizzja u Paci, li tkun l-istruttura permanenti fil-Knisja b’responsabbiltà ghall-qasam tal-gustizzja.

Id-dokument juri kemm il-hidma karitattiva u ghall-gustizzja hija parti essenzjali mill-missjoni tal-Knisja. Bhala nsara lkoll imsejhin biex ingibu hajja gdida u biex inbiddlu d-dinja permezz ta’ l-imhabba ta’ Alla. Il-mudell ewlieni li fuqu l-Knisja ghandha tfassal hidmietha hu Gesù Kristu. Fi Kristu, ahna nistghu nisimghu u nifhmu s-sejha li Alla jaghmel lill-bniedem biex ikun qaddej ta’ dawk li huma fil-bzonn u biex jahdem ghall-gustizzja.