IT-TEMI TAS-SINODU FIL-QOSOR
Zwieg u Familja
Id-dokument ghandu bhala sfond il-grajja ta’ meta Gesù bidel l-ilma f’inbid fit-tieg ta’ Kana. Fih tliet taqsimiet principali.
Fl-ewwel taqsima, hemm prezentazzjoni fil-qosor tat-taghlim ta’ Kristu u tal-Knisja dwar iz-Zwieg. Il-Knisja thares lejn Iz-zwieg bhala ghaqda intima ta’ hajja u mhabba bejn il-mizzewgin, imwaqqfa minn Alla fil-holqien u regolata b’ligijiet proprji, imwaqqfa fuq il-patt taz-zwieg, jigifieri fuq il-kunsens personali u irrevokabbli. Ghall-insara z-zwieg huwa wkoll ‘sagrament’, sinjal ta’ l-imhabba ta’ Alla. Fid-dokument hemm tifsira ta’ l-ispiritwalità fil-prattika taz-zwieg.
Fit-tieni taqsima, huma ttrattati ‘dellijiet’ li jinsabu f’xi zwigijiet u familji Maltin. Fost dawn jissemmew l-influwenza tad-dinja tax-xoghol fuq il-familja, sitwazzjonijiet fejn ir-relazzjoni bejn ir-ragel u l-mara mhix wahda ‘bi shab’; in-nuqqas ta’ impenn bejn il-koppja; il-materjalizmu fis-socjetà; is-separazzjonijiet; it-trobbija hazina; l-effett tal-media u sitwazzjonijiet difficli ohrajn bhal dawk ta’ familji mtaqqla bil-mard, mewt, firda.
It-tielet taqsima fiha proposti konkreti ta’ azzjoni. Qabel xejn, l-attitudni fundamentali tal-Knisja trid tkun wahda ta’ qadi lejn il-bniedem. Hafna mill-proposti jistghu jitwettqu mill-familji nsara stess u fi hdan il-parrocca.
Hemm diversi prijoritajiet li d-dokument jittratta:
- it-thejjija ghaz-zwieg, li trid tibda ferm qabel ma jibda l-Kors li jsir ghall-gharajjes (e.g. trobbija fi hdan il-familji u taghlim li jinghata fl-iskejjel). Hemm proposti dwar kif titjieb din it-thejjija u kif isir follow-up ghall-Kors ta’ l-gharajjes li jsir bhalissa.
- il-counselling, li hemm bzonn jizdied u jinfirex aktar, u jsir aktar accessibbli ghal min ikollu bzonn.
- it-twaqqif ta’ strutturi li jghinu fil-koordinament tal-hidma li ssir favur il-pastorali tal-familja fid-djocesi, kif ukoll fil-formazzjoni f’dan il-qasam.
- strutturi ohra li jghinu fil-hidma favur il-kultura tal-hajja.
- li jsir ezami tal-funzjoni pastorali tat-Tribunal Ekklezjastiku.
Id-dokument fih ukoll suggerimenti dwar il-hidma pastorali tal-Knisja ma’ persuni li qed jghixu sitwazzjonijiet irregolari. Hemm ukoll proposti konkreti ohra rigward il-familja bhala suggett ta’ evangelizzazzjoni, it-talb fil-familja, is-sehem ta’ l-Istat, partikolarment biex jinkiseb bilanc akbar bejn id-dinja tax-xoghol u d-dinja tal-familja; u fuq kif il-Knisja tistà tuza ahjar il-media biex twassal il-messagg ta’ Kristu dwar iz-zwieg u l-familja.
