IT-TEMI TAS-SINODU FIL-QOSOR
Zghazagh u Adolexxenti
Dan hu qasam ta’ prijorità kbira ghall-Knisja f’Malta. Iz-zghazagh (f’etajiet differenti) mhumiex biss ‘il-Knisja ta’ ghada’ imma huma parti importanti mir-rejaltà tal-Knisja llum.
Id-dokument jaghti harsa lejn is-sitwazzjoni prezenti u jaghmel proposti ghall-hidma pastorali maz-zghazagh. Juri l-bzonn li z-zghazagh ikunu protagonisti fil-Knisja u fis-socjetà u li jaghtu s-sehem shih taghhom fl-istess hidma pastorali li ssir fosthom.
Id-dokument jitkellem fuq il-htiega li l-Knisja:
- tghin biex il-fidi taz-zghazagh tinbena fuq relazzjoni personali ma’ Alla, u li ghalhekk iz-zghazagh jaghmlu ghazla matura u genwina ta’ Kristu u l-valuri tieghu.
- tifhem il-kultura taz-zghazagh, titkellem bil-linwagg taghhom u timxi maghhom fit-triq tal-hajja.
- tikkoordina l-hidma pastorali li ssir fost iz-zghazagh, fl-ambjenti differenti bhalma huma l-parrocci, l-ghaqdiet u l-movimenti, l-iskejjel, il-postijiet tax-xoghol, il-postijiet tad-divertiment.
- taghti attenzjoni partikulari lil dawk iz-zghazagh li jinsabu b’xi mod emarginati jew ghaddejin minn zminijiet difficli.
Id-dokument jaghmel diversi proposti konkreti. Fost dawn, li l-istruttura li tiehu hsieb, fuq livell djocesan, il-pastorali maz-zghazagh tinbidel fejn mehtieg biex tkun tirrifletti l-htigiet u r-rejaltajiet pastorali godda li qed jolqtu dan is-settur. Proposta ohra hi li zghazagh stess ikunu mharrga biex jahdmu f’dan il-kamp, fic-centri taz-zghazagh stess u f’oqsma ohra. Issir emfasi wkoll fuq il-formazzjoni spiritwali taghhom.
Attenzjoni partikulari ghandha tinghata lill-iskejjel li huma post importanti ghall-pastorali maz-zghazagh. Hafna jistà jsir ukoll mill-ghaqdiet, movimenti u gruppi jekk dawn jahdmu f’kollaborazzjoni vera bejniethom ghall-gid taz-zghazagh kollha.
