Cons: Charles sometimes lunges while escape blocking,both missing his target or getting tossed awholesale nfl jerseysside because his median of mass gets too distant forward. Some defensive ends can beat him with nfl kids jerseyspure size, and Charles has difficulty sealing the brink opposition bigger defenders. It namely nnfl jerseys on saleever uncommon apt perceive him convey a fine initial beat,then lose control of his defender.Charcheap nfl jerseysles does never have elite hands, and he also had some concentration dewon short passes. While henfl jerseys cheap has sound athleticism and receiving skills, he namely not one elite athlete within the Vernon Dwholesale jerseys cheapavis/Jermichael Finley class. Opponents are never going to must gameplan apt stop him.Charles wanfl nike jerseys wholesales arrested among March as driving under the affect.Conclusion: Charles namely a traditional Westcheap new nfl nike jerseys Coast Offense type of fixed abolish yet his diagram status may be hurt by the truth that a highcheap nfl jerseyser ratio of teams not longer covet that kind of player. Many are looking as a Finley-Davis type nfl kids jerseysof deep threat from the slot,while a few teams prefer the Giants prefer 270-pound, thumping bloccheap nfl jerseyskers. Charles falls somewhere inbetween, and he fits best in a system favor that the Houston Texcheap nfl nike jerseys wholesaleans or the Carolina Panthers, where he can block in-line and threaten the deep medium of the fiewholesale jerseysld. Charles namely not 70-catch threat,but he can be a versatile starter who delivers 40-50 recediscount nfl jerseysptions and contributes apt the floor game.NFL Comparison: Owen Daniels, Houston Texans.More Shutnew nfl nike jerseysdown 50: ? ?

Libretti ta' ghajnuna biex nifhmu ahjar il-messagg tas-Sinodu

IL-POLITIKA FID-DOKUMENTI TAS-SINODU DJOCESAN

Id-dokumenti tas-Sinodu fost l-ohrajn jitkellmu fuq il-politika.

Dawn li gejjin huma punti li jissemmew fid-dokumenti tas-Sinodu li jolqtu direttament dan il-qasam.

Wiehed ghandu jikkonsulta d-dokumenti nfushom, biex ikollu t-test shih u l-kuntest.

Barra minn dan, wiehed irid jiftakar li hemm diversi punti ohra fid-dokumenti li huma interess ghal min qed jaghti sehmu fil-hidma politika, b'mod specjali fid-dokumenti 'Kultura-Socjetà -Knisja' u 'Djakonija u Gustizzja', li jmissu mill-qrib dawn l-oqsma.

L-inizjali (bir-referenzi maghhom ghad-dokumenti) ifissru:

Il-Kuntest Malti (Introduzzjoni dokumenti)
VKK
Vizjoni ta' Knisja komunjoni
KSK
Kultura-Socjetà -Knisja
LN
Lajci Nsara
DG
Djakonija u Gustizzja

Il-Knisja thares lejn il-politika b'hafna rispett  ¶

Tfittxija ghall-verità  ¶

Fil-konvinzjoni li l-oqsma tal-politika u l-ekonomija jikkostitwixxu mod esigenti ta' kif tinghex il-karità , l-insara ghandhom jiddedikaw ruhhom b'mod intelligenti, kompetenti u onest fil-forom diversi ta' impenn civili. Ghandhom jaghrfu li ghan-nisrani din hi ghalqa ta' hidma li fiha jridu jaghtu xhieda tal-valuri li jmorru lil hinn mill-htigijiet ekonomici u politici. Min-nisrani din il-hidma tehtieg tfittxija sinciera tal-verità ghax l-ghatx ghall-verità jidhol fil-qalba kemm tal-politika u kemm ta' l-ekonomija. Il-verità hi dik li torbothom it-tnejn flimkien (KSK 23).

Jezisti nuqqas serju ta' din l-attitudni fundamentali kif jidher mill-media li suppost jghinuna nfittxu sew il-verità f'kull qasam tas-socjetà . Bla dubju l-Knisja trid taghti xhieda awtentika ta' dan it-tiftix. Il-Papa Gwanni Pawlu II jishaq li fil-qasam tal-politika ghandna naraw li jkun hemm l-imhabba ghall-verità fir-relazzjonijiet bejn min imexxi u c-cittadini, iktar trasparenza fl-amministrazzjoni pubblika, imparzjalità fis-servizz pubbliku, harsien tad-drittijiet ta' l-oppozizzjoni politika ... amministrazzjoni gusta u tajba tal-fondi pubblici, ir-rifjut ta' mezzi ekwivoci u hziena biex jinkiseb il-poter, biex jinzamm jew jitkattar aktar, jigri x'jigri (KSK 23).

Konflitti fl-istorja ta' Malta  ¶

Fl-istorja tieghu, pajjizna ra diversi konflitti bejn il-Knisja u partit politiku jew iehor, u dawn holqu feriti li ghadhom iwasslu ghal certa sfiducja. Ghalhekk hemm bzonn li l-isforzi lejn rikonciljazzjoni aktar shiha ma jieqfu qatt. Fl-istess hin dan is-Sinodu jqis li "hemm zmien meta titkellem u zmien meta tiskot" (Koh 3,7) waqt li jaghraf li mhux bizzejjed li jitkellmu l-mexxejja jekk il-komunità nisranija ma tkunx aktar konvinta li l-fidi nisranija taghha ghandha hafna x'tghid fuq kwistjonijiet politici (DG 14).

F'Malta, sfortunatament, kien hawn fl-istorja konflitti bejn partiti politici u l-Knisja. Aktarx li f'dawn il-konflitti ma hargitx bizzejjed cara s-supremazija tal-kuxjenza personali, dejjem wara l-isforzi mehtiega biex tkun imdawla. Kultant inholqot ukoll konfuzjoni fl-imhuh bejn il-konsegwenzi li johorgu wahedhom minn certi ghazliet ta' mgiba u l-passi dixxiplinari mehuda, mill-mexxejja tal-Knisja, skond il-gudizzju taghhom, fejn jidhlu l-membri taghha (KSK 24).

Kif wera l-Aggornament tal-Kleru ta' l-2001 u kif uriena wkoll id-dokument ufficjali tal-Kummissjoni Teologika Internazzjonali dwar il-mahfra li talab tant drabi l-Papa Gwanni Pawlu II, din il-problema ghadha maghna fl-gheruq taghha u l-materja m'ghandhiex tkun eskluza mit-tfittxija tal-verità li semmejna. Ma jkunx pastoralment siewi f'dan iz-zmien li l-Knisja toqghod tidhol fl-irqaqat ta' x'sar sewwasew fl-imghoddi, anki f'kuntest ta' stqarrija ta' htijiet. Din diga' saret f'termini generali xierqa. L-importanti hu li l-principji li jriegu l-futur ikunu cari (KSK 24).

Effett tal-pluralizmu fuq il-partiti politici  ¶

Il-partiti politici ta' Malta huma affettwati mill-pluralizmu bhall-partiti politici tad-dinja. Qishom l-ideologiji ma baqghux la fuq ix-xellug u lanqas fuq il-lemin. L-issues tax-xoghol, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-gender, ecc saru issues ghal kulhadd. Is-sekularizmu issa zied il-pressjoni tieghu, mhux biss fuq il-Knisja izda wkoll fuq il-partiti. Dawn ihaddnu certi principji, izda qed ikollhom pressjoni mill-poplu, li minnu wara kollox iridu l-voti (KSK 24).

Il-hidma politika u l-impenn tan-nisrani  ¶

Hemm rabta bejn il-hidma politika u l-impenn tan-nisrani li, fil-bini ta' socjetà li tixraq lill-bniedem, ghandhom bhala mira l-gid komuni u t-tkattir tal-valuri morali bhalma huma l-gustizzja u l-liberta'. Wara zmien twil ta' tensjoni bejn il-qasam politiku u dak religjuz, bejn l-ordni temporali u l-ordni spiritwali, il-Knisja, specjalment wara l-Koncilju Vatikan it-Tieni, taghraf il-lajcità tal-politika bhala valur u fl-istess hin theggeg ghal iktar medjazzjoni kulturali bejn il-prassi politika u l-impenn tal-komunità nisranija u l-membri taghha fir-realtà temporali (KSK 26).

Mill-fidi ma nistghu qatt infasslu xi mudell politiku uniku ta' socjetà , ta' gvern jew ta' partit. Il-fidi ma toffrix ricetta wahdanija ta' organizzazzjoni socjali, politika jew ekonomika. Madankollu l-Evangelju juri liema huma l-valuri li wiehed ghandu jirrispetta u jmexxi 'l quddiem biex b'hekk il-politika tkun tassew ta' servizz ghall-bniedem. L-insara, min-naha taghhom, bhala cittadini, huma impenjati li jinkarnaw fl-istorja ta' kuljum dawn il-valuri, jaffermawhom, igibuhom 'il quddiem u jharsuhom (KSK 26).

Il-Knisja u l-ghazliet politici  ¶

Mhux kull ideja jew vizjoni tal-hajja hija kompatibbli mal-fidi. Ghalhekk, waqt li l-Knisja thares il-liberta' tal-kuxjenza tal-lajci nsara fejn jidhlu ghazliet ta' partit jew skjerament, hi ma tistax ma ssemmax lehenha fejn jidhlu principji etici li fuqhom isiru ghazliet politici. Dan il-Knisja taghmlu mhux biss meta dawn l-ghazliet ikunu jmorru direttament kontra dak li tghallem hi, imma wkoll meta taghraf li hemm f'riskju l-istess gid komuni tas-socjetà , specjalment il-jeddijiet fundamentali tal-bniedem (KSK 27).

Waqt li l-Knisja ghandha kull jedd u dmir tiddikjara li certi ghazliet politici li ghandhom konsegwenzi prattici m'humiex konsistenti mat-twemmin u t-taghlim taghha, hija tifhem li trid tirrispetta l-awtonomija u l-kompetenza tal-politika. Madankollu, f'dawk ic-cirkostanzi meta l-Istat jifhem li ghandu jillegisla favur pozizzjonijiet li l-vizjoni tal-Knisja ma taccettax, il-Knisja ma toqghodx lura milli titkellem u tibqa' tipproponi u tipproklama l-vizjoni u t-taghlim taghha u turi l-konsegwenzi u l-implikazzjonijiet li dawk l-ghazliet politici jista' jkollhom fuq il-bniedem u fuq is-socjetà in generali. Il-Knisja tqisha bhala sfida kbira taghha llum li fil-hidma taghha ta' evangelizzazzjoni teduka lin-nisrani biex, f'sitwazzjonijiet ta' konflitt, jaghmel ghazliet li jkunu konsistenti ma' l-Evangelju u mat-taghlim taghha (KSK 27).

Meta l-'Knisja' ghandha titkellem  ¶

Minhabba l-ambjent lokali polarizzat, huwa aktar difficli tara kif tista' titkellem fuq kwistjonijiet politici minghajr ma tkun jew tidher partiggjan. Imma daqstant iehor huwa importanti li l-Knisja ssemma' lehenha fuq dawn il-kwistjonijiet, u ahna naraw li hemm bzonn ta' strutturi djocesani u lokali biex jghinuna naghmlu dan. Dan ghandu jkun wiehed mill-ghanijiet ewlenin tal-Kummissjoni Gustizzja u Paci li dan is-Sinodu jara li ghandha titwaqqaf (DG 14).

Distinzjoni cara  ¶

Ghandu jkun hemm distinzjoni cara fil-mod kif jitkellmu dwar suggetti politici persuni bi kwalitajiet ekklezjali differenti.

L-Isqfijiet, jew min jitkellem f'isimhom, kif ukoll il-membri tal-kleru, jehtigilhom jevitaw kull hjiel ta' ghazliet partiggjani. Fl-istess waqt, ghandhom jitkellmu fejn jidhlu d-drittijiet tal-bniedem u valuri morali u religjuzi.

F'livelli anqas ufficjali, anki persuni li jitqiesu normalment bhala esponenti tal-Knisja, f'materji fejn ikunu implikati drittijiet tal-bniedem, valuri morali u religjuzi, ghandhom ifissru l-fehmiet ragunati taghhom, anki jekk ikunu politikament kontroversjali, dejjem fil-linja tat-taghlim tal-Knisja.

Il-lajci huma hielsa li jesprimu l-gudizzji taghhom dwar kif ghazliet politici jorbtu mal-konvinzjonijiet religjuzi taghhom dment li ma jmorrux kontra t-twemmin esplicitu tal-Knisja (KSK 28).

Thejjija tal-lajci  ¶

Il-lajci jridu jkunu aktar preparati teologikament u psikologikament biex ma jistennewx mill-kleru la direttivi u lanqas pariri dwar il-bicca l-kbira tal-ghazliet politici li jehtieg isiru fil-pajjiz, imma jkunu kapaci huma, f'isimhom u fid-dawl tal-principji generali tal-Knisja, jiddeterminaw liema ghazliet jaqblu mal-principji. Ghal dan l-iskop jistghu jkunu utli, fil-kwadru ta' korsijiet u modi ohra ta' edukazzjoni teologika tal-lajci, sistemi ta' tahrig mahsuba specjalment ghal dawk li lesti jidhlu ghar-responsabbiltajiet fil-qasam politiku jew f'oqsma li ghandhom x'jaqsmu mieghu (KSK 29).

Il-lajci nsara Maltin ghandhom jigu mhajra li jidhlu fil-kamp politiku. Dan ghandu jkun imsieheb minn mizura adatta: il-lajci li jkunu jixtiequ jidhlu fil-hajja politika ghandu jkollhom l-opportunità ta' formazzjoni xierqa u adegwata (LN 61).

Huwa importanti hafna li l-Knisja, fid-dawl ta' esperjenzi li diga' saru, tara kif tista' tinvolvi ruhha aktar fil-formazzjoni ta' min huwa involut fil-politika, u kif it-taghlim socjali taghha jista' jasal ahjar ghand dawn in-nies (DG 14).

Hemm bzonn ukoll li waqt il-formazzjoni taghhom il-lajci jigu ffurmati wkoll fis-sens ta' kuxjenza professjonali u etika u li dan isir ghall-professjonijiet kollha (VKK 37).

Dawl mill-Knisja  ¶

Hemm bzonn li min hu involut fil-partiti politici, fuq livell lokali u nazzjonali, isib mill-Knisja d-dawl fl-impenn u d-decizjonijiet tieghu (DG 14).

Il-mexxejja tal-Knisja jipprovdu dawl fuq il-problemi jaharqu tal-mument b'dawk il-konsiderazzjonijiet rilevanti li jistghu tassew jghinu lill-insara jaslu ghall-konkluzjonijiet taghhom, imma bir-rikonoxximent li dawn jistghu jkunu differenti tal-wiehed minn ta' l-iehor anki jekk it-tnejn ihaddnu l-Fidi Kattolika, hlief fejn certi ghazliet imorru car kontra l-Evangelju u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem; fi kliem iehor, bl-gharfien li hemm spazju ghal certu pluralizmu anki fil-Knisja (KSK 29).

Polarizzazzjoni politika  ¶

Tinhass il-firda qawwija bejn il-partiti politici tant li xi drabi ma jkunx fadal post ghal diskussjoni serja dwar kif ghandha tkun il-hajja civili f'pajjizna. Hafna minn dak li jigri f'Malta huwa mcappas u mifni b'din il-firda: kollox ghandu zewg tifsiriet! B'hekk ftit li xejn fadal dak il-hsieb jew attivitajiet li jistghu jghaqqduna fil-hajja civili tal-pajjiz. L-akkuza ta' timbru b'politika partiggjana sar il-mod kif twaqqaf kull attività jew taghlaq halq min ma taqbilx mieghu. Mehtiega kuragg u ghaqal biex wiehed ikompli jissielet dan l-atteggjament li qieghed jifga kull inizjattiva li tista' tinholoq barra l-qiegha politika, u biex ikun hemm dejjem servizz ta' tqarrib ghall-gid tal-Maltin kollha (KM 10).

Hija sfortuna li f'pajjizna hafna jqisu l-politika bhala l-ghajn ewlenija ta' konflitt u firda bejnietna l-Maltin, firda li xi kultant tidher bhala wahda mfittxija mill-partiti, bil-kliem u permezz tal-media taghhom, ghal skopijiet purament partiggjani u elettorali (DG 14).

Nistghu nghidu li l-interess politiku tant kiber fil-media taghna li qajla fadal post ghal hsibijiet ohra fil-misrah Malti… F'Malta ghandna kaz aktarx uniku fejn il-parti l-kbira tal-media lokali hija tal-partiti politici (KM 8).

Sehem il-Knisja ghal spirtu ta' djalogu  ¶

Forsi l-aqwa diffikultà ghall-impenn tassew nisrani fil-politika hi l-qasma tal-poplu Malti f'zewg taqsimiet opposti ghal xulxin u li ma jiddjalogawx tassew bejniethom. Huwa hawn ukoll li l-Knisja tista' tkompli taghti l-kontribut taghha biex iggib flimkien iz-zewg nahat. Il-bini ta' komunitajiet insara fil-parrocci, fl-ghaqdiet u l-movimenti, u fi gruppi b'impenn nisrani, ghandhom iwasslu ghal dik l-esperjenza ta' fraternità , 'l hemm mill-idejat politici li kull wiehed ihaddan. Il-valur tal-fraternità mhux dejjem tmexxa 'l quddiem mir-rivoluzzjoni Franciza 'l hawn, imma ghall-Knisja huwa l-qofol tal-messagg u l-impenn taghha (KSK 30).

Id-djocesi trid… tniedi kampanja kostanti kontra l-firda politika li tezisti fostna, u tinsisti l-hin kollu, l-aktar fi zmien l-elezzjonijiet, li attitudnijiet bhal dawn m'humiex attitudnijiet insara (DG 35).

Il-Knisja fi djalogu ma' ohrajn  ¶

Il-Knisja f'Malta qed taghraf dejjem izjed li "titkellem" ma jfissirx biss li xxandar il-principji imma wkoll li tidhol fi djalogu ma' ohrajn li bhalna, avolja mhux parti mill-Knisja, qed ifittxu l-gid komuni. Dan jghodd mhux biss fi kwistjonijiet lokali, imma wkoll f'dawk internazzjonali, fil-kuntest ta' Ewropa dejjem aktar maghquda u ta' dinja dejjem aktar globalizzata (DG 14).

Impenn fl-Ewropa u fid-dinja  ¶

Issa li ttiehdet id-decizjoni tal-poplu Malti favur shubija fl-Unjoni Ewropea, is-fis-socjetà Maltija qed thejji ruhha biex fl-1 ta' Mejju 2004 Malta ssir parti minn ghaqda ta' hamsa u ghoxrin pajjiz li jirrapprezentaw l-ikbar blokk kummercjali fid-dinja. Ir-realtà tas-shubija fl-UE zgur li se taghti orjentament gdid lill-politika Maltija. Ghalhekk il-Knisja jehtieg li jkollha l-Kummissjoni "Il-Knisja f'Malta u fl-Ewropa", b'mandat car ta' dak li hu mistenni minnha. Ghaldaqstant tinhatar din il-Kummissjoni (KSK 31).

B'mod specjali, minhabba li s-suq mondjali, minkejja l-fenomenu tal-globalizzazzjoni, mhu juri ebda tendenza li minnu nnifsu jtaffi l-inugwaljanza bejn il-pajjizi zviluppati u dawk li qeghdin jizviluppaw, il-Knisja f'Malta tfakkar lill-insara kollha li ghandhom jibqghu juru impenn biex jittiehdu mizuri li jghinu lill-pajjizi l-aktar fqar, bhalma huma dawk ta' l-Afrika, biex ikunu jistghu jimxu 'l quddiem. Fl-istess waqt theggeg lill-awtoritajiet tal-pajjiz biex fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jmexxu 'l quddiem agenda li tiffavorixxi l-izvilupp socjali, ekonomiku u politiku fil-partijiet fqar tad-dinja. Dan minkejja li f'dawn il-pajjizi hemm problemi interni li jfixklu l-progress. Il-process innifsu tal-globalizzazzjoni minnu stess jaghti aktar importanza lill-efficjenza milli lill-gustizzja u lis-solidarjetà internazzjonali (KSK 31).

Bidliet fl-istrutturi jitolbu hidma minn kulhadd  ¶

Mehtieg impenn fil-hajja politika  ¶

Jekk ahna nixtiequ nghixu b'impenn akbar il-vokazzjoni nisranija u profetika taghna ghandna niehdu bhala sfida l-kmand ta' Kristu li nkunu l-melh li jaghti t-toghma lis-fis-socjetà Maltija, id-dawl li jdawwal il-qlub ta' dawk li jinsabu fid-dlam, u l-hmira li tgholli l-ghagna socjo-politika u kulturali taghna (VKK 37).

Il-lajci ghandhom jimpenjaw ruhhom fil-holqien u fl-istorja, jigifieri fid-dinja, ghax hemm qed isejhilhom Alla jigifieri fl-ufficcju, fil-fabbrika, fin-negozju, fil-professjoni, fil-familja, fil-kultura, fil-hajja pubblika, fil-politika, fl-isport, fil-komunità , u fl-ambjenti kollha (LN 8).

Il-lajkat nisrani Malti ghandu jara li jaghmel l-azzjoni mehtiega u proprja tieghu biex is-setturi kollha tal-hajja tal-poplu taghna, fil-livelli kollha taghhom, ikunu mdawlin mill-valuri ta' l-Evangelju. Dan ikun ifisser li l-hidma lajkali trid tispecjalizza meta tigi biex tilhaq setturi specifici, fosthom… il-politika u l-hajja pubblika fil-frieghi kollha taghha (LN 53).

Il-hajja pubblika tigbor fiha l-oqsma kollha ekonomici, socjali, legislattivi, amministrattivi u politici tal-pajjiz. Ghandha tkun prijorità dik li l-lajci jidhlu fil-hajja pubblika biex bir-responsabbiltà kollha ta' veri nsara, jaghtu s-sehem siewi taghhom ghall-gid tal-bnedmin kollha u tal-bniedem shih billi jahdmu ghall-gustizzja, ghas-solidarjetà , ghall-paci nazzjonali u internazzjonali, u ghall-progress veru, fi spirtu ta' servizz (LN 54).

Tkun mizura tajba li jkunu identifikati l-assocjazzjonijiet u individwi li, skond il-karizma proprja taghhom, jistghu jaghtu l-ahjar servizz f'dak il-post jew ambjent jew kategorija partikulari, bhal, nghidu ahna… fil-politika u fl-oqsma kollha tal-hajja pubblika (LN 73).

Inkoraggiment ghal impenn fil-hajja politika  ¶

Il-Knisja tkompli tinkuraggixxi lajci ffurmati, l-aktar membri ta' ghaqdiet u movimenti jaghtu sehemhom, fost l-ohrajn, fil-qasam tal-politika (nazzjonali u fil-kunsilli lokali), tat-trejdunjonizmu u ta' l-ekonomija. Il-Knisja tistieden lill-ghaqdiet u lill-movimenti stess biex jinkuraggixxu lill-membri taghhom jaghmlu dan. L-istrutturi civici wkoll huma lok ta' evangelizzazzjoni u xhieda daqs kemm huma l-individwi (VKK 37).

Kif tghid Christifideles Laici, il-lajci ma jistghux, b'ebda mod, jibqghu lura milli jiehdu sehem fil-hajja politika. Il-perikli reali ta' ambizzjoni esagerata, kilba ghall-poter, egoizmu u korruzzjoni, ikompli jfisser dan id-dokument, m'ghandhomx izommu l-lajci milli jaghtu sehemhom f'dan il-kamp. Biex jintlahaq dan il-ghan, ikun jaqbel li tkun miggielda l-mentalità zbaljata li l-aqwa servizz li l-lajci nsara jistghu jaghtu fil-politika hu dak li jzommu 'l boghod minnha. L-insara lajci, biex jilhqu dan il-ghan, iridu jkollhom hila professjonali, ikunu nies onesti, u jahdmu bi spirtu nisrani, u dan bhala triq ghall-qdusija taghhom infushom. B'hekk jistghu jkunu l-hmira li tgholli l-ghagna kollha (ara Mt 13,33) (LN 54).

Appogg u hidma pastorali specifika  ¶

Komunjoni m'hijiex tassew komunjoni jekk ma jkunx hemm komunità li tappoggja lill-membri taghha. Ghalhekk, filwaqt li l-komunità nisranija theggeg lill-individwi li huma kapaci u li huma tassew imsejha minn Alla sabiex ikunu fl-oqsma tal-politika, tat-trejdjunjonizmu, ta' l-ekonomija u ta' tmexxija f'diversi professjonijiet, taghmel minn kollox li tipprovdi strutturi u persuni li jkunu tassew ta' appogg lil dawk li jidhlu ghal din il-missjoni (VKK 37).

Il-Knisja ghandha torganizza pastorali ghal dawk fil-hajja pubblika, jigifieri ghall-membri tal-partiti politici, tal-Kamra tad-Deputati, tal-Kunsilli Lokali, tal-Qrati tal-Gustizzja u ghal dawk li jahdmu fil-livell decizjonali tas-Servizz Pubbliku. Permezz ta' din il-pastorali, il-komunità nisranija tkun qed taghti wkoll appogg reali lil dawn il-persuni li hafna drabi jhossuhom wahedhom f'dinja difficli (LN 61).