DOKUMENTI TAS-SINODU
Pjan Pastorali 2005-2006
Il-Pjan Pastorali ta' l-Arcidjocesi ghas-sentejn 2005-2006 bit-titlu Nimxu Flimkien fid-Dawl tal-Mulej hu Pjan li jkompli t-twettiq tas-Sinodu Djocesan f'dawn is-sentejn.
Il-Pjan inhadem fi process twil u b'partecipazzjoni kbira. L-ewwel abbozz tieghu gie diskuss fit-tieni jum ta' l-Assemblea Djocesana li saret fil-25 ta' Settembru 2004. Il-Pjan gie approvat fil-laqgha kongunta ta' Dicembru tal-Kunsill Presbiterali u l-Kunsill Pastorali Djocesan, u gie ppubblikat fit-22 ta' Dicembru 2004.
Il-Pjan juri b'mod car li s-Sinodu m'huwiex biss grajja importanti tal-Knisja f'Malta li sehhet fis-snin 1999-2003, imma wkoll grajja li tat vizjoni u direzzjoni lill-hidma pastorali tal-Knisja f'Malta. Dak li hareg frott tas-Sinodu, u li hu mnizzel fid-dokumenti, m'huwiex biss kliem imma qed isir azzjoni.
Fl-introduzzjoni ghall-Pjan, Mons. Arcisqof ifisser kif id-dokumenti tas-Sinodu juru t-triq li rridu nimxu flimkien fid-dawl tal-Mulej u jsejjah lill-Knisja kollha biex tidhol b'impenn ghat-twettiq tal-Pjan fis-sentejn 2005-2006.
Il-Pjan jispecifika kif se jitwettqu proposti li hemm fid-dokumenti tas-Sinodu. Il-Pjan fih sitt ghanijiet ewlenin; ghal kull ghan hemm ghadd ta' progetti li se jsiru matul dawn is-sentejn u min hu responsabbli li jwettaqhom.
Barra minn hekk, ghall-ewwel darba qed jitnizzlu wkoll diversi impenji li qed jittiehdu minn kongregazzjonijiet religjuzi, ghaqdiet u movimenti, u skejjel tal-Knisja biex imexxu 'l quddiem l-ghanijiet tal-Pjan.
Kull parrocca f'Malta fasslet ukoll Pjan ghas-sentejn li gejjin, mibni fuq l-istess ghanijiet ta' dan il-Pjan Pastorali u li jinkludi diversi inizjattivi konkreti li jwiegbu ghall-htigiet tal-komunità.
Is-sitt ghanijiet tal-Pjan huma:
- l-animazzjoni tal-fidi
- ic-celebrazzjoni ta' l-Ewkaristija tal-Hadd
- il-formazzjoni skond il-linji-gwida tas-Sinodu
- attenzjoni partikulari lill-familja u lill-adolexxenti/zghazagh
- stil ta' hajja sinodali
- djalogu fis-socjetà u impenn ta' qadi u solidarjetà
Dan hu Pjan bi progetti li ghandhom ikunu ta' fejda ghall-poplu kollu, u l-aktar ghal dawk li huma fl-akbar bzonn.
Id-dokumenti li hargu mis-Sinodu Djocesan, li kienu frott ta' esperjenza qawwija tal-Knisja f'Malta, qed jigu tradotti fir-realta'. Il-Pjan juri kif dan isehh matul is-sentejn 2005-2006. L-implimentazzjoni mhijiex biss xewqa imma realtà.
Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu Djocesan
