Pagna mahruga mill-Kummissjoni Sinodu Djocesan
DIRETTORJU TAS-SINODU DJOCESAN
L-ghan tad-Direttorju hu li jipprovdi gwida ghall-process tas-Sinodu, b'mod specjali ghal-laqghat ta' l-Assemblea djocesana tas-Sinodu.
- Is-Sinodu djocesan
- Is-Sinodu ta' l-Arcidjocesi ta' Malta hu espressjoni tal-komunjoni djocesana u ta' dixxerniment tal-Knisja li qieghda f'Malta. Hu ezercizzju ta' approfondiment u diskussjoni ta' temi ta' natura pastorali biex il-Knisja f'Malta twiegeb b'azzjoni pastorali ghas-sinjali taz-zminijiet, fid-dawl tal-Koncilju Vatikan II u biex taghraf car x'qed jghid l-Ispirtu lill-Knisja li hawn f'Malta fil-bidu tat-Tielet Millennju.
- Is-Sinodu jsegwi l-indikazzjonijiet inkluzi fl-Ittra Pastorali tal-21 ta' Settembru 1999 ta' l-Arcisqof ta' Malta kif ukoll fid-digriet tieghu tad-29 ta' Settembru 1999, li jaghti bidu ghas-Sinodu.
- Is-Sinodu jsegwi dak li hemm indikat fil-Kodici ta' Ligi Kanonika (kanoni 460 sa 468) u L-Istruzzjoni dwar is-Sinodi Djocesani tal-1997, ippubblikata mill-Kongregazzjoni ta' l-Isqfijiet u mill-Kongregazzjoni ta' l-Evangelizzazzjoni tal-Popli. Fid-dawl ta' dawn id-dokumenti, dan id-Direttorju ghandu l-ghan li jipprovdi gwida ghall-process tas-Sinodu, specjalment ghal-laqghat ta' l-Assemblea djocesana tas-Sinodu.
- Huwa kompitu ta' l-Arcisqof li jsejjah, jippresjiedi u jikkonkludi s-Sinodu. Huwa kompitu tieghu li jiddeciedi liema temi ghandhom ikunu ttrattati mill-Assemblea tas-Sinodu, li jippromulga d-dokumenti u d-decizjonijiet tas-Sinodu, u jiddeciedi b'liema mod ghandhom ikunu implimentati.
- Il-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu
- Il-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu, imwaqqfa b'digriet tat-22 ta' Mejju 1999 u ppresjeduta mill-Arcisqof jew mid-delegat tieghu, ghandha l-ghan ewlieni li tikkoordina l-attivita' kollha preparatorja u organizzattiva tas-Sinodu.
- Din il-Kummissjoni tibqa' tiffunzjoni fil-fazijiet differenti tas-Sinodu u, skond il-htiega, tikkoordina l-process tas-Sinodu.
- Din il-Kummissjoni ssegwi dak kollu li jkun qed isir tul il-process tas-Sinodu u twiegeb ghalih, skond il-htiega u skond kif indikat f'dan id-Direttorju kif ukoll skond direttivi li jista' jaghti l-Arcisqof.
- L-Assemblea tas-Sinodu
- Is-Sinodu djocesan ta' l-Arcidjocesi ta' Malta, wara fazi ta' konsultazzjoni wiesgha u partecipazzjoni shiha tal-poplu ta' Alla, u wara li l-Arcisqof jiffissa t-temi tas-Sinodu skond din il-konsultazzjoni, jiltaqa' f'Assemblea li hi espressjoni tal-komunita' djocesana.
- Din l-Assemblea, li ghandha natura konsultattiva, ghandha l-kompitu li tapprofondixxi, tiddiskuti u tesprimi l-parir taghha fuq:
- dokumenti li jkunu elaborati mill-gruppi ta' studju fuq kull wahda mit-temi tas-Sinodu;
- materji ohra li jitressqu mill-Arcisqof quddiem l-Assemblea.
- Il-membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu
- Dawn li gejjin huma l-persuni membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu, xi whud ex officio, ohrajn eletti u ohrajn nominati mill-Arcisqof, skond kanoni 463:1:2 tal-Ligi Kanonika:
- L-Isqof Awziljarju, Vigarju Generali.
- Il-Vigarju Gudizzjali;
- Ir-Rettur tas-Seminarju;
- Il-membri tal-Kunsill Presbiterali;
- Il-membri tal-Kullegg tal-Konsulturi;
- Il-membri tal-Kunsill Pastorali Djocesan;
- Il-membri tal-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu;
- Is-Superjuri Magguri ta' l-Istituti ta' Hajja kkonsagrata li ghandhom xi Dar fl-Arcidjocesi;
- Id-Delegati ta' l-Arcisqof ghas-Segretarjati u ghall-Kummissjonijiet Djocesani;
- Il-Kapitlu tal-Kattidral;
- Erba' kappillani eletti mill-Kullegg tal-Kappillani;
- Seba' lajci, zewg religjuzi nisa u brother eletti mill-Kunsill Pastorali Djocesan;
- Il-presidenti jew superjuri djocesani tal-Ghaqdiet u Movimenti Kattolici tal-Lajci membri fil-FORUM ta' l-Ghaqdiet u Movimenti Kattolici tal-Lajci;
- Persuna lajka eletta mill-Kunsill pastorali ta' kull parrocca fl-Arcidjocesi ta' Malta jew, fejn dan mhux possibbli, skond l-indikazzjonijiet moghtija mill-Arcisqof;
- Persuni ohrajn li jistghu jkunu nominati mill-Arcisqof qabel u waqt li qed tiltaqa' l-Assemblea.
- Il-membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu, fid-diskussjoni u l-hidma ta' l-Assemblea, ghandhom ifittxu l-gid tal-Knisja kollha f'Malta.
- Kull membru ta' l-Assemblea ghandu d-dmir li jkun prezenti ghal-laqghat kollha ta' l-Assemblea. F'kaz li membru ma jistax ikun prezenti ghal raguni gravi, ghandu javza bil-miktub lill-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu. Ebda membru ma jista' jibghat rapprezentant minfloku. Jekk membru elett jew nominat ma jattendix ghal tliet darbiet wara xulxin minghajr raguni valida li titwassal bil-miktub lill-Koordinatur tal-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu fi zmien gimgha wara d-data ta' l-Assemblea, jispicca awtomatikament minn membru ta' l-Assemblea.
- Fil-ftuh ta' l-Assemblea tas-Sinodu, il-membri jaghmlu l-professjoni tal-fidi, skond kanoni 833, 1° tal-Ligi Kanonika.
- Kull membru ta' l-Assemblea tas-Sinodu ghandu d-dritt li jitkellem bil-liberta' u skond in-normi tal-procedura, u li jaghti l-parir tieghu, f'kaz ta' bzonn permezz tal-vot.
- Ghall-Assemblea tas-Sinodu, jistghu ikunu wkoll mistednin mill-Arcisqof, bhala osservaturi, membri ta' Knejjes jew komunitajiet ekklezjali li mhumiex f'komunjoni shiha mal-Knisja Kattolika.
- Ghal sessjoni jew numru ta' sessjonijiet, l-Arcisqof jista' jistieden ukoll persuna jew persuni li jaghtu s-sehem taghhom fid-diskussjoni tas-suggett li jkun qed jigi ttrattat jew li jaghtu l-parir taghhom b'xi mod jew iehor.
- Il-komunita' kattolika kollha ta' l-Arcidjocesi ghandha tinzamm infurmata b'dak li qed isir fil-hidma ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Il-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu tiehu hsieb li twassal din l-informazzjoni u li theggeg il-partecipazzjoni tal-Knisja f'Malta tul il-process ta' diskussjoni u ezami tad-dokumenti tas-Sinodu.
- Kull membru ta' l-Assemblea tas-Sinodu hu marbut bil-kunfidenzjalita' rigward opinjonijiet individwali u voti mehuda waqt il-laqghat ta' l-Assemblea, u rigward materji ohra li jkunu indikati mill-President ta' l-Assemblea.
- Dawn li gejjin huma l-persuni membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu, xi whud ex officio, ohrajn eletti u ohrajn nominati mill-Arcisqof, skond kanoni 463:1:2 tal-Ligi Kanonika:
- Organi ta' l-Assemblea tas-Sinodu
- Presidenza. L-Arcisqof jippresjiedi l-Assemblea tas-Sinodu. F'kazijiet eccezzjonali, jista' jiddelega lill-Vigarju Generali ghal sessjonijiet partikulari.
- Moderatur. L-Arcisqof jahtar Moderatur u Sostitut, wara li jisma' l-parir tal-membri ta' l-Assemblea. Il-Moderatur imexxi l-laqghat plenarji ta' l-Assemblea skond l-agenda u n-normi tal-procedura ta' dan id-Direttorju.
- Is-Segreterija. Is-Segreterija tithaddem mill-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu u ghandha l-funzjoni organizzattiva u ezekuttiva ta' l-Assemblea tas-Sinodu.
- Ghall-hidmiet differenti tas-Segreterija li jkun hemm bzonn isiru f'dik li hi organizzazzjoni, il-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu tista' twaqqaf sotto-kummissjonijiet u ssejjah lil persuni differenti u tafdalhom responsabbiltajiet partikulari.
- Working-groups tat-temi li jippreparaw id-dokumenti tas-Sinodu
- Il-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu tipproponi lill-Assemblea tas-Sinodu working-groups iffurmati minn esperti u nies ohra midhla tat-tema partikulari li tkun ittrattata. Dawn ikunu approvati mill-Arcisqof, wara li jisma' l-parir ta' l-Assemblea.
- Il-membri ta' dawn il-gruppi mhux necessarjament ikunu minn fost il-membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu.
- Kull grupp ghandu l-ghan li jipprepara dokument ta' natura pastorali, li jservi ta' gwida u ta' reference point ghall-hajja tal-Knisja fis-snin li gejjin.
- Fit-thejjija ta' dan id-dokument il-grupp ghandu jzomm quddiem ghajnejh:
- x'tghid il-Kelma ta' Alla fuq dik it-tema, b'sens ta' fedelta' lejn ir-Rieda ta' Alla;
- x'inhi s-sitwazzjoni tal-Knisja u tas-Socjeta' taghna f'Malta llum rigward il-qasam ta' dik it-tema, b'sens ta' fedelta' lejn il-Bniedem, it-triq ghall-Knisja, u lejn il-htigijiet tieghu li l-Knisja hi mibghuta biex taqdi.
- Fit-thejjija ta' dan id-dokument, jittiehed in konsiderazzjoni dak li ntqal min-nies, fuq it-tema partikulari, fil-konsultazzjoni li saret fl-ewwel fazi tas-Sinodu. Jittiehdu wkoll in konsiderazzjoni proposti ohra u indikazzjonijiet li nghataw fuq dik it-tema partikulari minn diversi persuni u istituzzjonijiet tal-Knisja f'Malta, kif ukoll mill-membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu li jixtiequ jibaghtu l-kontribut taghhom.
- L-ewwel tkun ifformulata skema ta' dan id-dokument u ssir konsultazzjoni ppjanata fuq din l-iskema. Imbaghad jinhadem abbozz tad-dokument. Wara, dan l-abbozz ikun ipprezentat lill-Assemblea tas-Sinodu, biex dan jigi diskuss fid-dettall. Il-grupp jiehu in konsiderazzjoni l-feedback li jkollu mill-membri ta' l-assemblea tas-Sinodu.
- Kull working-group ikollu Chairperson mahtur mill-Arcisqof, u Segretarju, maghzul minn fost il-membri. Il-quorum ghal-laqghat tal-gruppi hu nofs il-membri. Biex abozz ikun ipprezentat mill-working-group lill-Assemblea, irid ikun approvat minn zewg terzi tal-membri.
- Ic-Chairperson jew ir-rapprezentant tal-working-group jipprezenta d-dokument lill-Assemblea tas-Sinodu, meta tkun qed tigi diskussa dik it-tema partikulari li taghha responsabbli l-working-group.
- Isir koordinament bejn dawn il-gruppi kollha, biex id-dokumenti kollha eventwalment ikunu jiffurmaw il-Ktieb tas-Sinodu. Il-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu jkollha l-funzjoni ta' dan il-koordinament.
- Procedura ta' l-Assemblea tas-Sinodu
- L-Assemblea tas-Sinodu tiltaqa' f'sessjonijiet differenti. Tista' tiltaqa' kemm f'laqghat plenarji, kif ukoll fi gruppi partikulari ghad-diskussjoni, kif tkun imsejha mill-President.
- Il-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu tipprepara l-agenda tas-sessjonijiet ta' l-Assemblea, skond l-indikazzjonijiet tal-Presidenza.
- Biex sessjoni ta' l-Assemblea tkun tista' tibda tiltaqa' f'laqgha plenarja, iridu jkunu prezenti nofs il-membri ta' l-Assemblea. F'kaz ta' membri ex officio li, minhabba sahhithom jew raguni ohra serja, ikunu avzaw li regolarment mhumiex f'qaghda li jkunu prezenti, dawn ma jghoddux ghall-quorum necessarju.
- Kull sessjoni ta' l-Assemblea tibda bit-Talba tas-Sinodu, kif ukoll b'talb iehor ippreparat mill-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu.
- Meta tiltaqa' f'laqgha plenarja, il-Moderatur irid jirregola l-hin allokat ghal dawk li jridu jitkellmu u jara li jzommu mas-suggett diskuss. Kull min irid jaghmel intervent bil-kitba, jista' jaghmel dan liberament.
- Jekk l-Assemblea tiltaqa' fi gruppi, il-grupp jaghzel persuna li tmexxi d-diskussjoni u persuna ohra li zzomm il-minuti ta' dak li jintqal, li jintbaghtu lill-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu.
- Meta tkun mistiedna biex turi l-parir taghha permezz tal-vot, l-Assemblea tista' tivvota b'mod miftuh, jew b'mod sigriet jekk 10% tal-membri ta' l-Assemblea juru din ir-rieda. Fejn il-vot fl-Assemblea jsir b'mod sigriet, dan isir fuq skedi ppreparati mis-Segreterija.
- L-Assemblea tas-Sinodu ghandha tiddiskuti d-dokumenti tal-working groups skond art. 6.6. F'kaz li jkun hemm emenda proposta ghad-dokument, tkun approvata meta jinkiseb il-kunsens ta' aktar minn nofs il-membri prezenti (maggoranza assoluta).
- Meta dokument ikun qed jigi diskuss fl-istadju finali tieghu f'laqghat plenarji fl-Assemblea tas-Sinodu, id-dokument irid ikun approvat minn zewg terzi tal-membri prezenti.
- Meta eventwalment ikun hemm il-verzjoni finali tad-dokument, titressaq lill-Arcisqof ghall-approvazzjoni tieghu. Hu l-Arcisqof li jiffirma d-dokumenti u jippromulgahom skond ir-responsabbilta' pastorali tieghu, kif u meta jidhirlu xieraq fil-Mulej.
- Celebrazzjonijiet Djocesani u Laqghat bil-partecipazzjoni tal-pubbliku
- Matul il-perjodu tas-Sinodu, isiru Celebrazzjonijiet Djocesani miftuha ghall-poplu kollu ta' Alla, biex tinzamm hajja l-partecipazzjoni ta' kulhadd f'din il-grajja specjali ghall-Knisja f'Malta.
- Ghal dan l-iskop ukoll, fejn jinhass il-htiega, jistghu wkoll isiru laqghat miftuha ghal kulhadd f'xi parti mill-process tas-Sinodu.
- Interpretazzjoni
- L-interpretazzjoni ta' dan id-Direttorju, kif ukoll is-soluzzjoni ta' kwestjonijiet ta' procedura li jistghu jinqalghu, huma kompitu tal-Presidenza jew, fejn delegata, tal-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu.
- Regolament finali
- Kull bidla f'dan id-Direttorju tehtieg l-approvazzjoni ta' l-Arcisqof, wara li jkun sema' l-parir tal-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu.
DIRETTORJU
TAS-SINODU DJOCESAN
ARCIDJOCESI TA' MALTA
2001