Il-Process ta' dan is-Sinodu Djocesan
Biex issir taf iktar fuq il-process tas-Sinodu, klikkja fuq l-istampi tal-genb.
PREPARAZZJONI
1. Fit-22 ta’ Mejju 1999, l-Arcisqof waqqaf Kummissjoni Centrali biex tippjana u torganizza l-fazijiet differenti tas-Sinodu. Din il-Kummissjoni hi ffurmata minn tnax-il persuna – lajci, sacerdoti u religjuzi. Sa l-ahhar ta’ l-2002, il-Kummissjoni se tkun iltaqghet 68 darba.
L-EWWEL FAZI
1. L-Arcisqof Guzeppi Mercieca ta bidu ghas-Sinodu fid-29 ta’ Settembru 1999, dak in-nhar li kien qed jiccelebra l-25 sena mill-Ordinazzjoni Episkopali tieghu. F’Ittra Pastorali li hareg ftit granet qabel, hu habbar li s-Sinodu kien se jkollu tliet fazijiet – l-ewwel fazi dik ta’ konsultazzjoni wiesgha f’oqsma differenti fis-socjeta’ Maltija. Hu ghamel stedina lil kulhadd biex jiehu sehem f’din il-konsultazzjoni: ‘Ha nitkellmu flimkien, nisimghu aktar lil xulxin, nifhmu aktar lil xulxin.’
L-EWWEL FAZI
2. Matul ix-xhur ta wara, saret konsultazzjoni wiesgha li fiha hadu sehem madwar 100,000 ruh. Din il-konsultazzjoni kienet maqsuma fi tliet partijiet: (1) laqghat ta’ djalogu ma’ gruppi u assocjazzjonijiet socjali, politici, kulturali fis-socjeta’; (2) laqghat ma’ kull kongregazzjoni, ghaqda, moviment u gruppi ohra fil-Knisja; (3) f’kull familja u dar ta’ kull parrocca – stedina biex in-nies jiktbu x’jahsbu u x’jixtiequ ghall-hajja tal-Knisja.
L-EWWEL FAZI
3. Dak kollu li ntqal min-nies fil-konsultazzjoni gie kklassfikat, permezz ta’ l-ghajnuna tad-DISCERN, u gie studjat bir-reqqa minn diversi gruppi. Gie ppubblikat rapport generali tal-konsultazzjoni fl-1 ta’ Novembru 2000. Mill-konsultazzjoni hargu 8 temi principali.
IT-TIENI FAZI
1. Matul l-ewwel xhur tas-sena 2001, giet iffurmata l-Assemblea tas-Sinodu, ippresjeduta mill-Arcisqof. L-Assemblea fiha 260 ruh, il-parti l-kbira lajci, li jirrapprezentaw oqsma differenti tal-hajja tal-Knisja. Fost dawn hemm rapprezentant/a ghal kull parrocca (ghal aktar dettal, ara d-Direttorju tas-Sinodu). Il-ftuh ta’ l-Assemblea sar fil-Vgili ta’ Ghid il-Hamsin, 2 ta’ Gunju 2001. Sa issa, l-Assemblea ltaqghet 17-il darba.
IT-TIENI FAZI
2. Fuq kull tema tas-Sinodu, twaqqaf grupp zghir biex jipprepara dokument pastorali. Hemm madwar 60 ruh jahdmu f’dawn it-8 gruppi. Kull grupp studja dak li ntqal min-nies fil-konsultazzjoni u qed jaghmel proposti ghall-hidma tal-Knisja f’Malta fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla. Kull dokument ikun diskuss fl-Assemblea.






