X'inhu Sinodu Djocesan
Il-kelma Sinodu tfisser li nies gejjin minn toroq differenti jiltaqghu flimkien u jimxu flimkien f'direzzjoni wahda.
Is-Sinodi ilhom jezistu fil-Knisja sa mill-ewwel sekli. Fil-fatt, fl-Istorja naqraw dwar hafna Sinodi ta' djocesijiet, li kienu dejjem meqjusin bhala grajja kbira ghall-Knisja ta' dawk il-postijiet u kellhom l-iskopijiet ta' ghaqda u ta' tigdid.
Ghal hafna snin, fis-Sinodu kienu jiehdu sehem biss il-kleru flimkien ma' l-Isqof. Maz-zmien, is-Sinodu ha xejra gdida biex ifisser ahjar l-hajja tal-Knisja. Il-Papa Gwanni Pawlu II, fil-ktieb-intervista Immorru 'l hemm mill-ghatba tat-tama (pg 108) jghid hekk: Nahseb li s-Sinodi djocesani kwazi minn rajhom helsu mis-sura antika li jkunu laqghat tal-kleru biss, u saru mod li juri r-responsabbilta' ta' kull wiehed lejn il-Knisja. Din ir-responsabbilta' komunitarja lejn il-Knisja, li l-lajci ihossuha b'mod partikulari, hi zgur ghajn ta' tigdid. Issawwar wicc il-Knisja ghall-generazzjonijiet li gejjin, fid-dawl tat-tielet elf sena.
Is-Sinodu djocesan ghalhekk hu zmien specjali fil-hajja tal-Knisja lokali, fejn isir ezami fil-fond tal-hajja pastorali taghha f'Assemblea migbura apposta madwar l-Isqof tad-djocesi – Assemblea ffurmata minn lajci, sacerdoti u religjuzi - bl-iskop li l-Knisja taghraf dak li Alla jistenna minnha u timxi f'din id-direzzjoni.
F'dawn l-ahhar snin ta' wara l-Koncilju Vatikan II, il-process shih tas-Sinodu jiehu certu zmien – numru ta snin – biex ikun hemm partecipazzjoni qawwija mill-oqsma kollha tad-djocesi. Huwa l-Isqof li jsejjah Sinodu, li jmexxi l-process u li jwasslu ghall-konkluzjoni, permezz tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti li jkunu ta' gwida ghall-hidma pastorali tal-Knisja.
Is-Sinodu li qed isir bhalissa fid-djocesi ta' Malta hu l-ewwel wiehed wara l-Koncilju Vatikan II u ghalhekk l-ewwel wiehed b'din il-forma gdid ta' Sinodu. L-ahhar Sinodu fid-djocesi ta' Malta sar fl-1703, li ssejjah mill-Isqof David Cocco Palmieri; filwaqt li fl-1935 kien sar Koncilju Regjonali ghad-djocesijiet ta' Malta u Ghawdex flimkien. Fid-djocesi ta' Ghawdex, saru zewg Sinodi – fl-1903 u l-ahhar Sinodu ntemm fl-1992.
L-ahhar tibdil: 02/10/02