TALBA GHAS-SINODU DJOCESAN

Alla Missierna li thobbna,
infahhruk u nirringrazzjawk
talli tul is-snin
dejjem imxejt maghna,
il-poplu tieghek f'Malta.
Bierek lilna lkoll,
ahna u niccelebraw is-Sinodu djocesan.

Ibghat l-Ispirtu Qaddis tieghek
biex jghaqqadna lkoll
bhala l-familja tieghek;
biex igeddidna,
jghinna naghrfu s-sinjali taz-zminijiet
u nibnu gejjieni li jkun ghal qalbek.

Aghmel li nimxu wara Ibnek Gesu',
il-Feddej taghna.
Aghtina qalb bhal tieghu,
li taf thobb lil kulhadd
u li taqsam ma' hutna
l-ferh u n-niket taghhom,
l-aktar ta' dawk fil-bzonn.

Mexxina int
biex inwasslu l-Ahbar it-Tajba,
l-aktar bix-xhieda ta' hajjitna,
u biex nahdmu ghal dinja ahjar.
Ha nkunu f'dan is-Sinodu
sinjal ta' tama ghas-socjeta' Maltija
fil-millennju l-gdid.

Tkun maghna Marija Ommna,
biex tqarribna lejk u lejn xulxin
u ninbnew fi Knisja wahda
fl-ghaqda tal-Missier u ta' l-Iben
u ta' l-Ispirtu s-Santu. Amen.