Pagna mahruga mill-Kummissjoni Sinodu Djocesan
IL-MIXJA TAS-SINODU DJOCESAN FIL-QOSOR
1998 
8 ta' Gunju
Gie mniedi l-Programm Pastorali Lejn is-Sena 2000 bhala Familja. Is-Sinodu kien il-progett ewlieni tal-Programm.
1999 
22 ta' Mejju
L-Arcisqof waqqaf Kummissjoni Centrali ghall-preparazzjoni u ghall-organizzazzjoni tas-Sinodu.
21 ta' Settembru
Ittra Pastorali ta' l-Arcisqof fil-bidu tas-Sinodu Djocesan. L-Ittra nqrat fil-knejjes kollha ta' l-Arcidjocesi s-Sibt 25 u l-Hadd 26 ta' Settembru.
29 ta' Settembru
Bidu ufficjali tas-Sinodu, waqt koncelebrazzjoni mmexxija mill- Arcisqof f'gheluq il-25 sena tieghu bhala Isqof, fil-Konkattidral ta' San Gwann.
10, 11 u 12 ta' Novembru
Assemblea tal-parrocci, fis-Seminarju, Tal-Virtù. Ir-rapprezentanti tal-parrocci ddiskutew b'liema mod ghandha ssir il-konsultazzjoni fil-parrocci, wara pilot study fi tliet parrocci.
Ottubru - Dicembru
Saru laqghat ta' konsultazzjoni fil-kunsilli u gruppi kollha fi hdan il-Knisja u f'diversi oqsma tas-socjeta' Maltija bhal: partiti politici, unions, assocjazzjonijet ta' dawk li jhaddmu, gruppi ta' zghazagh, haddiema, ghalliema, studenti u lecturers fl-Universita', professjonisti, persuni b'dizabilità, nies mill-qasam tal-kultura, persuni milquta bi problemi socjali, nies ta' twemmin differenti, u kategoriji u setturi ohra.
2000 
Jannar - Frar
Intbaghtet stedina f'kull dar biex in-nies jghidu dak li jahsbu u jixtiequ ghall-hajja tal-Knisja. F'din il-konsultazzjoni, hadu sehem madwar 100,000 ruh.
29 ta' Marzu
Gie ppubblikat ir-rapport ta' l-ewwel sitt xhur tas-Sinodu.
Ix-xhur ta' wara
Inhadmu r-rapporti tal-konsultazzjoni li saret mas-setturi differenti tas-socjeta' u f'kull parrocca, bl-ghajnuna ta' l-Istitut tar-Ricerka Discern.
29 ta' Settembru
Gie ppubblikat ir-rapport ta' l-ewwel sena tas-Sinodu.
Ottubru - Novembru
Fil-parrocci ta' Malta, saret Assemblea tal-komunità, fejn kien diskuss ir-rapport tal-konsultazzjoni parrokkjali, fid-dawl tal-hidma pastorali li kienet qed issir f'kull parrocca.
1 ta' Novembru
Saret celebrazzjoni Djocesana, fil-Padiljun ta' l-Isport, Kordin, bit-tema:
Kristu t-triq… ejjew nimxuha flimkien
. Il-Kummissjoni Sinodu ppubblikat ir-rapport generali tal-konsultazzjoni fl-ewwel fazi tas-Sinodu.20 - 23 ta' Novembru
Assemblea tal-parrocci, fis-Seminarju, Tal-Virtù. Ir-rapprezentanti tal-parrocci ta' Malta, wara studju tar-rapport generali u diskussjoni fi gruppi, ghamlu l-proposti ta' temi ghas-Sinodu.
Novembru - Jannar
Saru diversi proposti ta' temi ghas-Sinodu mill-kunsilli, ghaqdiet u movimenti, ordnijiet, kongregazzjonijiet, u gruppi ohra. Dawn kienu bbazati fuq il-konsultazzjoni li saret.
2001 
13 ta' Jannar
Gurnata ta' dixxerniment mill-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu flimkien ma' l-Isqfijiet, rigward it-temi tas-Sinodu.
27 ta' Frar
Fis-Seminarju, Tal-Virtù, saret laqgha ghall-mexxejja tad-diversi oqsma tal-Knisja f'Malta flimkien ma' l-Arcisqof. F'din il-laqgha, l-Arcisqof habbar it-tmien temi tas-Sinodu, li kellhom l-gheruq taghhom fil-konsultazzjoni li saret. Dawk prezenti ntalbu jaghmlu proposti rigward l-aspetti li kellhom ikunu diskussi taht kull tema, u rigward persuni li setghu jaghtu kontribut fil-gruppi fuq dawn it-temi.
Fix-xhur ta' wara
Saru l-elezzjonijiet u l-ghazliet ta' membri ghall-Assemblea tas-Sinodu, skond id-Direttorju tas-Sinodu. L-Assemblea kienet tinkludi mal-250 ruh, gejjin minn diversi oqsma tal-hajja tal-Knisja f'Malta.
9 ta' Mejju
Waqt il-Quddiesa tal-Beatifikazzjoni fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Papa Gwanni Pawlu semma l-ftuh ta' l-Assemblea tas-Sinodu u qal li kellu tama qawwija li s-Sinodu jghin biex tissahhah il-vizjoni tal-Koncilju Vatikan II tal-Knisja bhala l-komunjoni tal-Poplu ta' Alla, vizjoni li l-evangelizzazzjoni l-gdida kienet qed tistenna mill-Kattolici Maltin.
2 ta' Gunju
Vgili ta' Ghid il-Hamsin. Sar il-ftuh ta' l-Assemblea tas-Sinodu b'quddiesa kkoncelebrata u mmexxija mill-Arcisqof, fi Pjazza San Gwann, Valletta.
15 u 16 ta' Gunju
L-ewwel sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu, fil-Katekumenju,il-Mosta. L-Assemblea kienet presjeduta mill-Arcisqof, li kien akkumpanjat mill-Isqof Awziljarju Mons. Annetto Depasquale. Inhatar Moderatur ta' l-Assemblea Dr André Camilleri, u sostitut moderatur is-Sna Ninette Borg Grech. Is-Segretarju ta' l-Assemblea kien Dun Joe Galea Curmi. Saret introduzzjoni dwar id-dixxerniment ekklezjali u prezentazzjoni tad-Direttorju tas-Sinodu, kif ukoll ta' l-aspetti differenti tat-tmien temi.
Fix-xhur ta' wara
Gew iffurmati tmien working groups, wiehed ghal kull tema tas-Sinodu, u bdiet il-hidma tal-gruppi. Dawn il-gruppi kienu ffurmati minn lajci (il-parti l-kbira tal-membri), sacerdoti u persuni ta' hajja konsagrata. Ic- Chairpersons kienu kollha lajci
hames nisa, koppja u zewgt irgiel.
29 ta' Settembru
Gie ppubblikat ir-rapport tat-tieni sena tas-Sinodu.
26 ta' Ottubru
Laqgha ta' talb ghall-membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu fil-parrocca ta' Marsaxlokk.
Ottubru - Novembru
Saret Assemblea f'kull parrocca ta' Malta b'rabta mas-Sinodu.
5, 6 u 7 Novembru
Saret Assemblea b'rapprezentanti mill-parrocci, b'rabta mas- Sinodu, fis-Seminarju, Tal-Virtù.
29 u 30 ta' Novembru, 1 ta' Dicembru
It-tieni sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Saret update tal-hidma ta' kull grupp u gie diskuss l-abbozz tad-dokument dwar il-Lajci.
2002 
7, 8 u 9 ta' Frar
It-tielet sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Gew diskussi tliet abbozzi ta' dokumenti: dwar il-Vizjoni ta' Knisja komunjoni, iz-Zwieg u l-Familja u x-Xandir tal-Kelma.
16 u 23 ta' Marzu
Ir-raba' sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Gew diskussi zewg abbozzi ta' dokumenti: dwar Djakonija u Gustizzja, u Liturgija u Sagramenti.
19 u 20 ta' April
Il-hames sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Gew diskussi l-abbozzi ta' dokumenti dwar Kultura-Socjeta'-Knisja, u Zghazagh u Adolexxenti.
B'hekk intemmet l-ewwel diskussjoni ta' kull dokument. Kull dokument mar lura ghand il-grupp responsabbli biex ikun rivedut.
18 ta' Mejju
Vgili ta' Ghid il-Hamsin. Saret celebrazzjoni Djocesana f'Hal Lija, fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja, b'rabta mas-Sinodu. Il-velja kienet tinkludi quddiesa kkoncelebrata mmexxija mill-Arcisqof, bis-sehem ta' zghazagh mill-ghaqdiet u mill-movimenti tal-Knisja.
31 ta' Mejju u 1 ta' Gunju
Is-sitt sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Gew diskussi tliet prijoritajiet ghal kull tema u tliet proposti konkreti ghal kull tema, kif ukoll silta biblika li setghet isservi ta' gwida f'kull qasam.
25 ta' Gunju
Laqgha ta' orjentament u koordinament tal- working groups kollha flimkien.
26 ta' Gunju
Fis-seba' sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu, gie diskuss mill-gdid id-dokument dwar il-Lajci, bl-emendi mressqa mill-membri ta' l-Assemblea.
27 u 28 ta' Settembru
Fit-tmien sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu, gew diskussi mill-gdid id-dokumenti dwar il-Vizjoni ta' Knisja komunjoni, u Djakonija u Gustizzja, bl-emendi mressqa mill-membri ta' l-Assemblea.
4 ta' Ottubru
Gie ppubblikat ir-rapport tat-tielet sena tas-Sinodu. Giet imnedija l- website tas-Sinodu: http://www.sinodu.org.mt
25 u 26 ta' Ottubru
Fid-disa' sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu, gew diskussi mill-gdid id-dokumenti dwar Zwieg u Familja, u Kultura-Socjetà-Knisja, bl-emendi mressqa mill-membri ta' l-Assemblea.
4, 5 u 6 ta' Novembru
Assemblea tal-parrocci, b'rabta mas-Sinodu. Attendew ghaliha rapprezentanti minn kull parrocca.
21, 22 u 23 ta' Novembru
Fl-ghaxar sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu, gew diskussi mill-gdid id-dokumenti dwar Xandir tal-Kelma, Liturgija u Sagramenti, Adolexxenti u Zghazagh, bl-emendi mressqa mill-membri ta' l-Assemblea.
Ottubru - Novembru
Saret Assemblea f'kull parrocca ta' Malta b'rabta ma' dak li kien qed isir fis-Sinodu.
24 ta' Novembru
Ic-celebrazzjoni ta' Kristu Re, f'Paola, saret b'rabta mas-Sinodu, bhala gheluq ta' l-Assemblea li saret f'kull parrocca matul Ottubru u Novembru.
2003 
31 ta' Jannar u 1 ta' Frar
Il-hdax-il sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Wara l-ahhar diskussjoni, gew approvati mill-Assemblea tas-Sinodu d-dokumenti Vizjoni ta' Knisja komunjoni, Kultura-Socjeta'-Knisja, Zwieg u Familja u Djakonija u Gustizzja.
28 ta' Frar u 1 ta' Marzu
It-tnax-il sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Wara l-ahhar diskussjoni, gew approvati mill-Assemblea tas-Sinodu d-dokumenti Lajci Nsara, Adolexxenti u Zghazagh u Xandir tal-Kelma.
22 ta' Marzu
L-ahhar sessjoni ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Wara l-ahhar diskussjoni, gie approvat mill-Assemblea tas-Sinodu d-dokument Liturgija u Sagramenti u l-introduzzjoni ghad-dokumenti.
L-Assemblea tas-Sinodu ltaqghet b'kollox ghal 27 laqgha ta' hidma.
24 ta' April
Saret Akkademja fil-Kattidral, Mdina, f'gheluq il-laqghat ta' l-Assemblea tas-Sinodu u fl-okkazjoni ta' gheluq it-300 sena tas-Sinodu Djocesan li sar fil-Kattidral mit-22 sa 24 ta' April 1703.
7 ta' Gunju
Saret ic-Celebrazzjoni Djocesana tal-gheluq tas-Sinodu, b'koncelebrazzjoni mmexxija mill-Arcisqof fil-Pjazza tal-Kattidral, Mdina. Id-dokumenti gew ipprezentati lill-Arcisqof ghall-konsiderazzjoni u ghall-approvazzjoni tieghu. Twaqqfet il-Kummissjoni ghall-Implimentazzjoni tas-Sinodu.
14 ta' Gunju
Saret l-ahhar laqgha tal-Kummissjoni Centrali tas-Sinodu, li b'kollox, sa mit-twaqqif taghha, iltaqghet 75 darba.
19 ta' Gunju
Saret l-ewwel laqgha tal-Kummissjoni ghall-Implimentazzjoni tas-Sinodu.
Xhur ta' wara
Twaqqfu gruppi ghat-twettiq tas-Sinodu fil-kongregazzjonijiet u ordnijiet religjuzi u istituti ta' hajja konsagrata, fis-segretarjati u kummissjonijiet djocesani, fil-parrocci, fl-ghaqdiet u fil-movimenti, fl-iskejjel.
24 ta' Settembru
Ittra Pastorali mill-Arcisqof fl-okkazjoni ta' l-approvazzjoni tad-dokumenti tas-Sinodu. L-Ittra nqrat fil-knejjes kollha ta' l-Arcidjocesi s-Sibt 27 u l-Hadd 28 ta' Settembru.
29 ta' Settembru
L-Arcisqof iffirma d-digriet ta' l-approvazzjoni tad-dokumenti tas-Sinodu waqt ic-celebrazzjoni ta' l-anniversarju episkopali, fil-Konkattidral ta' San Gwann, Valletta.
Ottubru - Novembru
Saret Assemblea f'kull parrocca f'Malta. L-Assemblea hadmet fuq pjan, b'mod li kull parrocca lestiet pjan pastorali ghall-2004, ispirat mill-valuri tas-Sinodu. Dawn il-pjani gew ipprezentati lill-Arcisqof fil-Festa ta' Kristu Re.
Ottubru - Dicembru
Gew ippubblikati d-dokumenti kollha tas-Sinodu.
Novembru 2004
Last updated: 02/11/04