Aħbarijiet Riċenti



KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG - 25 ta' GUNJU 2004

Hidma biex jithejja pjan ta' sentejn li jkompli t-twettiq tas-sinodu

Matul ix-xahar ta' Gunju, qed issir hidma mifruxa fuq diversi livelli biex jithejja pjan ghall-Arcidjocesi ghas-sentejn li gejjin – pjan li jkompli t-twettiq tas-Sinodu.

Fil-5 ta' Gunju, saret laqgha tal-Kunsill presbiterali biex ikunu diskussi sitt prijoritajiet li se jkunu l-qafas tal-pjan ta' l-Arcidjocesi ghal 2005-2006. Dawn se jkomplu jkunu diskussi f'laqgha tal-Kunsill pastorali djocesan li se ssir fid-19 ta' Gunju, kif ukoll f'laqgha ghad-delegati ta' l-Arcisqof fis-Segretarjati u l-Kummissjonijiet Djocesani li se ssir fil-21 ta' Gunju.

Fid-9 ta' Gunju 2004, fis-Seminarju, Tal-Virtù, sar seminar ta' nofs ta' nhar ghall-kappillani kollha ta' Malta. F'dan is-seminar, il-kappillani taw harsa lejn din is-sena li qed tispicca u l-hidma li saret fil-parrocci msejsa fuq il-valuri tas-Sinodu. Fit-tieni parti tas-seminar, il-kappillani ffokaw fuq it-thejjija ta' pjan ta' sentejn f'kull parrocca, li jkollu bhala ghanijiet tieghu l-prijoritajiet ta' l-Arcidjocesi ghas-sentejn li gejjin. Ix-xoghol fuq dan il-pjan se jsir f'kull parrocca matul il-gimghat li gejjin. Ghal numru zghir ta' kappillani li ma kinux prezenti dak in-nhar, se jsir seminar iehor fit-30 ta' Gunju, biex il-hidma ssir kif jixraq f'kull lokalità.

Fit-12 ta' Gunju 2004, fil-Kurja, il-Furjana, sar seminar ghad-dirigenti ta' l-ghaqdiet, il-movimenti u l-komunitajiet tal-lajci. F'dan is-seminar, gie diskuss b'liema mod kull ghaqda, moviment jew komunita' tista' taghti s-sehem taghha fil-prijoritajiet tal-pjan ta' l-Arcidjocesi.

Laqghat ohra se jsiru ghall-kapijiet ta' l-iskejjel tal-Knisja kif ukoll ghall-kongregazzjonijiet religjuzi.

B'dan il-mod, kulhadd ikun qed jaghti sehmu fit-thejjija ta' pjan armoniku li jkompli t-twettiq tas-Sinodu li beda matul din is-sena.