Aħbarijiet Riċenti
KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG - 14 TA' SETTEMBRU 2004
L-EWWEL ASSEMBLEA DJOCESANA WARA S-SINODU
L-ewwel Assemblea Djocesana wara s-Sinodu se ssir il-Gimgha 24 ta' Settembru 2004 filghaxija u s-Sibt 25 ta' Settembru filghodu, gewwa l-iskola ta' Santa Monika, il-Gzira.
Din l-Assemblea hi minnha nnifisha parti mit-twettiq tas-Sinodu. Fil-fatt, fil-ktieb Is-Sinodu Nixxiegha ta' Hajja Gdida – Taghrif, pagni 38-43, insibu f'n 18 tal-programm ghall-ewwel fazi tat-twettiq tas-Sinodu: "Kull sena ssir Assemblea djocesana (bl-ideja ta' rapprezentanza li qed tigi mhaddma ghas-Sinodu) li tghin biex jinzamm haj l-ispirtu tas-Sinodu u biex il-Knisja f'Malta tkompli miexja b'impenn fid-direzzjoni li jkun ta s-Sinodu."
L-Assemblea ghandha tliet ghanijiet principali, li kienu enfasizzati tul is-Sinodu u li jistghu jingabru fi tliet kelmiet: partecipazzjoni, valutazzjoni, programmazzjoni.
L-ewwelnett, li "jinzamm haj l-ispirtu tas-Sinodu". Hu l-ispirtu ta' komunjoni fid-diversità, u ta' dixxerniment komunitarju biex il-Knisja taghraf dejjem aktar is-sinjali ta' Alla fl-istorja.
Ghalhekk, l-Assemblea djocesana se tigbor flimkien kemm lil dawk li kienu jippartecipaw fl-Assemblea tas-Sinodu, kif ukoll lil diversi nies li llum qed jaghtu sehemhom mill-qrib fl-implimentazzjoni tas-Sinodu, f'diversi oqsma, bhal fil-parrocci, fil-kongregazzjonijiet religjuzi, fl-ghaqdiet u l-movimenti tal-Knisja, fl-iskejjel tal-Knisja u fl-istess Segretarjati u Kummissjonijiet djocesani. Hi haga pozittiva li frott is-Sinodu llum zdiedu n-nies, b'mod specjali l-lajci, li qed jippartecipaw mill-qrib f'dawn l-oqsma ta' hidma pastorali.
It-tieni skop ta' l-Assemblea hu li tara x'sar fit-twettiq tas-Sinodu matul din l-ewwel sena. Id-dokumenti tas-Sinodu kienu approvati mill-Arcisqof fid-29 ta' Settembru 2003 u l-Assemblea qed issir sewwasew sena wara. Ghal din is-sena kien hemm programm ta' hidma. Ghalhekk wiehed issa jrid jara xi twettaq minn dan il-programm.
Ga ntbaghtu lill-membri ta' l-Assemblea rapport generali tat-twettiq tal-programm tas-sena, kif ukoll diversi rapporti ohra ghall-oqsma differenti ta' hidma. Dawn iwiegbu ghax-xewqa li kienet intweriet fis-Sinodu li fil-Knisja tidhol dejjem aktar il-mentalita' ta' accountability - li wiehed jaghti 'rendikont pastorali' biex tista' ssir valutazzjoni tal-hidma li tkun saret. Fl-ewwel jum ta' l-Assemblea djocesana, se ssir din il-valutazzjoni.
It-tielet skop ta' l-Assemblea hu li tara kif "Il-Knisja tkompli miexja b'impenn fid-direzzjoni li jkun ta s-Sinodu". Ghalhekk tfassal l-ewwel abbozz ta' Pjan Armoniku ta' sentejn 2005-2006, mibni fuq ghadd ta' prijoritajiet, biex jista' jitkompla t-twettiq tas-Sinodu fis-sentejn li gejjin. Dan se jkun diskuss fit-tieni jum ta' l-Assemblea djocesana, u jkun finalizzat aktar tard, wara li tkun saret id-diskussjoni miftuha.
Sena wara l-approvazzjoni tad-dokumenti tas-Sinodu, l-Assemblea djocesana ghandha tkun mument iehor ta' grazzja ghall-Knisja f'Malta. Hi esperjenza ohra fejn il-Knisja f'Malta tghix dak li l-Papa Gwanni Pawlu II kien awgura fil-quddiesa tal-beatifikazzjoni ta' tliet Maltin, ftit gimghat qabel il-ftuh ta' l-Assemblea tas-Sinodu, fejn wera t-tama qawwija tieghu li s-Sinodu jghin "biex tissahhah il-vizjoni tal-Koncilju Vatikan II tal-Knisja bhala l-komunjoni tal-poplu kollu ta' Alla, vizjoni li l-evangelizzazzjoni l-gdida tistenna mill-Kattolici Maltin".