Aħbarijiet Riċenti
Tkompli l-implimentazzjoni tas-Sinodu Djocesan
TITWAQQAF IL-KUMMISSJONI KULTURA
Nhar is-Sibt 26 ta' Frar, saret l-ewwel laqgha tal-Kummissjoni Kultura tal-Knisja f'Malta. Il-Kummissjoni, li ghandha bhala Chairperson lil Achille Mizzi, poeta maghruf, hi ffurmata minn tlettax-il persuna li huma midhla ta' oqsma differenti tas-socjetà Maltija bhall-arti, il-letteratura, il-media, il-muzika, il-lingwa, id-drama, il-pittura, l-istorja.
Dawn huma l-membri: John Martin Borg, Patri Anton Briffa OFM Cap, Norbert Bugeja, Dominic Cutajar, Patri Norbert Ellul Vincenti OFM, Dun Gwann Galea, Joyce Guillaumier, Victor Mallia Milanes, Anthony Mangion, Mariella Pisani Bencini, Anthony Vella, Fr Edgar Vella, Dr David Zammit.
Is-Sinodu Djocesan ta importanza kbira lil dan il-qasam. Id-dokument Kultura-Socjetà-Knisja jghid li l-Knisja f'Malta thares lejn il-kultura tal-poplu bhala wahda mid-dimensjonijiet ewlenin ghall-hidma pastorali taghha.
Id-dokument ifisser kif il-Knisja f'Malta hija l-interpretu l-aktar kostanti tal-kultura Maltija, kif inhi maghguna haga wahda mas-socjetà Maltija. Malta ghandha wirt ta' valur bla qies meta tqabblu mac-cokon taghha, u dan nilmhuh f'dak kollu li jifforma l-hajja Maltija: ir-religjon nisranija, il-valuri morali, il-valuri socjali l-aktar dawk ta' l-ghozza tal-familja, ilsienna, l-ambjent socjali u fiziku tal-gzejjer, l-arkeologija, l-istorja, il-hila tal-poplu , il-muzika, l-arkitettura, l-arti, l-folklor.
Billi t-twemmin Kattoliku jikkostitwixxi l-element l-aktar permanenti u kostanti ta' l-istorja Maltija matul dawn l-ahhar sekli, dawn l-aspetti kollha karatteristici ta' dak li hu Malti jintisgu u jinghaqdu mal-fidi nisranija li l-Knisja xettlet, harset, saqqiet u kabbret matul is-sekli sa llum.
Id-dokument Kultura-Socjetà-Knisja juri kif il-Knisja trid tinterpreta l-polz tal-kultura fil-pajjiz u taghraf fid-diversi fenomeni tal-kultura sfida u opportunità ghal hidma sfiqa. Ghalhekk iheggeg biex titwaqqaf Kummissjoni Kultura biex fi zmien ta' bidliet mghaggla fis-socjetà Maltija, il-Knisja tfittex u tasal ghal modi godda ta' kif twassal il-messagg ta' l-Evangelju llum.
Snin ilu, kien hemm Kummissjoni Kultura fi hdan is-Segretarjat ghall-Edukazzjoni u ghamlet hafna hidma. It-twaqqif mill-gdid tal-Kummissjoni, b'membri godda u bhala parti mis-Segreterija Pastorali, ghandu jerga' jaghti l-hajja lil dan il-qasam.
Il-Kummissjoni Kultura ghandha l-ghan li tippromwovi kultura ta' ispirazzjoni nisranija u tghin lill-komunità nisranija li thares kull memorja storika milli tintilef; issir taf ahjar u twassal gharfien usa' tal-kontenuti ikonografici, teologici, biblici, valuri storici u artistici u litterarji tal-wirt kollu afdat lilha; u taghti hajja lill-kultura ta' zmienna sabiex torqom, flimkien mas-sensibilità tal-fidili, il-kapacità espressiva ta' dawk li f'idejhom tista' tigi afdata.
Fost il-hidmiet tal-Kummissjoni, hemm dik li tidhol fi djalogu mas-socjetà Maltija fuq tendenzi kulturali; li tghin biex isir acessibbli l-wirt kulturali religjuz bil-ftuh ta' muzewijiet ta' knejjes u istituzzjonijiet religjuzi u b'wirjiet ta' ogetti artistici u dokumenti, u li tghin biex l-Istitut Kattoliku jkun post li jgib il quddiem kultura ta' ispirazzjoni nisranija f'Malta u jkun ta' ispirazzjoni ghal istituzzjonijiet kulturali kattolici ohra fil-pajjiz. Fil-fatt, l-ufficcji tal-Kummissjoni Kultura se jkunu fl-Istitut Kattoliku.
Bit-twaqqif tal-Kummissjoni Kultura, qed titkompla l-implimentazzjoni tas-Sinodu, skond kif jindika l-Pjan Pastorali 2005-2006 Nimxu Flimkien fid-Dawl tal-Mulej. Ta' min jghid li bit-twettiq tas-Sinodu ga twaqqfu diversi kummissjonijiet li qed jaghtu sehem siewi f'oqsma differenti tas-socjetà Maltija, bhall-familja, l-ambjent, u l-hidma ghall-gustizzja u paci.