Aħbarijiet Riċenti



Celebrazzjoni Djocesana fil-Vgili ta' Pentekoste

FLIMKIEN FI KNISJA MGEDDA BIL-QAWWA TA' L-ISPIRTU

Nhar is-Sibt 14 ta' Mejju 2005, lejlet il-festa ta' Pentekoste, se ssir Celebrazzjoni Djocesana fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja tan-Naxxar.

Din ic-Celebrazzjoni issa dahlet fil-programm annwali tal-Knisja f'Malta. Ghal dawn l-ahhar snin saret b'rabta mas-Sinodu, kif ukoll mat-twettiq tieghu. Hafna jiftakru c-celebrazzjonijiet sbieh tal-Vgili ta' Pentekoste, fejn il-Knisja nghaqdet flimkien biex titlob l-ghajnuna ta' l-Ispirtu s-Santu u biex ticcelebra din il-hajja fl-Ispirtu.

It-tema ghal din is-sena hija: 'Flimkien fi Knisja mgedda bil-qawwa ta' l-Ispirtu'. Bhalissa l-Knisja f'Malta ghaddejja b'hidma ta' twettiq tas-Sinodu, kemm fuq bazi djocesana kif ukoll fil-parrocci. Fil-fatt hemm Pjan ta' sentejn, 2005-2006, li qed jitwettaq, bis-sehem mhux biss ta' l-istrutturi centrali imma wkoll tal-parrocci, tal-kongregazzjonijiet religjuzi, tal-ghaqdiet u movimenti u ta' l-iskejjel tal-Knisja.

Ghalhekk ic-Celebrazzjoni tas-Sibt hi okkazjoni biex il-Knisja f'Malta terga' tiehu l-impenn li thalli lill-Ispirtu jgeddidha, proprju billi timxi fid-direzzjoni li ta s-Sinodu.

Hi wkoll okkazjoni li ggedded ir-rabta taghha mal-Knisja fid-dinja kollha, u b'mod partikulari mal-Papa Benedittu XVI, f'din il-Festa ta' Pentekoste li timmarka l-bidu tal-hidma ta' evangelizzazzjoni tal-Knisja. Kif qal il-Papa fl-omelija tal-bidu tal-Pontifikat tieghu: Il-Knisja hija hajja u qed naraw din il-hajja. Kull hidma ta' tigdid – bhal dik li qed issir bhalissa f'diversi oqsma fit-twettiq tas-Sinodu – hi hajja gdida fl-Ispirtu.

Ic-Celebrazzjoni Djocesana tal-Vgili ta' Pentekoste, li l-qofol taghha hi quddiesa mmexxija mill-Arcisqof u kkoncelebrata minn ghadd ta' sacerdoti, tibda fit-8.00 p.m. Il-programm ta' animazzjoni jibda fis-7.30 p.m. Ghal din ic-Celebrazzjoni mistieden kulhadd.