Aħbarijiet Riċenti
Messagg tal-Arcisqof fil-Vgili ta' Pentekoste
KNISJA HAJJA U ZAGHZUGHA
Jehtieg li nkomplu b'entuzjazmu u b'energija gdida t-triq tat-twettiq tas-Sinodu halli nkunu dejjem Knisja hajja u zaghzugha.
Hekk qal l-Arcisqof Guzeppi Mercieca fil-messagg tieghu lil eluf ta' nies migbura fil-pjazza quddiem il-Knisja tan-Naxxar ghac-Celebrazzjoni Djocesana fil-Vgili ta' Pentekoste, nhar l-14 ta' Mejju 2005. L-Arcisqof mexxa quddiesa kkoncelebrata minn ghadd kbir ta' sacerdoti.
L-Arcisqof tkellem fuq it-twettiq tas-Sinodu Djocesan, li kien intemm fil-Vgili ta' Pentekoste ta' l-2003, waqt Celebrazzjoni Djocesana li saret fil-Pjazza tal-Kattidral, Mdina. Matul il-messagg tieghu, l-Arcisqof enfasizza li t-tmiem tas-Sinodu kien ifisser il-bidu tat-twettiq tieghu, Ii gab tigdid u hajja gdida fil-Knisja f'Malta.
Dan hu l-messagg li ghamel l-Arcisqof f'din l-okkazjoni:
Ingbarna flimkien lejliet il-festa ta' Pentekoste, jigifieri l-Inzul ta' l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli, biex inroddu hajr lil Alla l-Missier u lil Gesu' Kristu li qam mill-imwiet, talli taw lill-Knisja d-don, ir-rigal ta' l-Ispirtu s-Santu li huwa t-Tielet Persuna tas-Santissima Trinita'. Il-lejla lkoll qed intennu li ahna nemmnu fl-Ispirtu s-Santu, li bil-prezenza u l-qawwa tieghu misterjuza jghin lill-Knisja ta' Kristu.
Hija ghalhekk ghajn ta' kuragg u ferh l-ghajta li l-Q.T. il-Papa Benedittu XVI ghamel fil-Quddiesa tal-bidu tal-missjoni tieghu, meta stqarr b'qawwa li, minkejja t-tfixkil, id-diffikultajiet u l-isfidi li qed thabbat wiccha maghhom il-hajja nisranija, il-Knisja hija hajja u hija Knisja zaghzugha.
Din hija l-ghajta li qed inhossu hierga minn qalb kull wiehed u wahda minna l-lejla, migburin flimkien f'gheluq is-sentejn mill-bidu tat-twettiq tas-Sinodu Djocesan.
Il-lejla nhossu li ghandna nistqarru pubblikament li l-Knisja f'Malta hija hajja u zaghzugha bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu.
It-twettiq tas-Sinodu Djocesan
Sentejn ilu, f'okkazjoni bhal din, fil-Vgili ta' Pentekoste, iccelebrajna l-gheluq tas-Sinodu Djocesan. Ghall-Knisja f'Malta u s-socjeta' civili f'Malta, is-Sinodu kien mhux biss grajja ta' importanza kbira, izda fuq kollox kien grazzja ta' l-Ispirtu s-Santu lilna lkoll biex ahna flimkien nemmnu dak li nistqarru u nfasslu hajjitna fuq dak li nemmnu. Dakinhar tlabna biex bl-ghajnuna ta' l-Ispirtu ta' Alla naraw b'mod tassew car it-triq li rridu nimxu flimkien biex naqdu ahjar il-missjoni taghna ta' nsara responsabbli.
Sentejn ilu kien ukoll il-bidu tat-twettiq tas-Sinodu. Il-ghan kien biex dak li ghixna flimkien bhala Knisja u li hdimna fuqu, inkunu nistghu inwettquh fil-prattika.
Meta nharsu lura lejn dawn is-sentejn nistghu naraw kemm hadem l-Ispirtu ta' Alla fil-hajja tal-Knisja. Il-hidma ta' tant nies imheggin b'dedikazzjoni kbira f'diversi oqsma hija l-isbah xiehda.
Dan juri li l-impenn u l-hidma biex jitwettaq is-Sinodu mhumiex izjed holma, imma huma realta', xiehda li t-twettiq tas-Sinodu qed isir. Il-Pjan tal-Knisja f'Malta "Nimxu Flimkien fid-Dawl tal-Mulej" qed juri t-triq li l-Knisja ghandha timxi biex dak li hareg mis-Sinodu jsir realta'.
Il-hidma tkompli
Saret u qed issir hidma kbira. Nistghu nsemmu, fost l-ohrajn, il-hidma fl-oqsma tal-familja, taz-zghazagh, ta' l-ambjent, tal-kultura, tal-gustizzja u paci u ta' qadi u solidarjeta' ma' dawk kollha li huma fil-bzonn. Din hi hidma sfiqa ghall-gid tal-bniedem. Qed issir enfasi partikulari fuq ic-celebrazzjoni hajja ta' l-Ewkaristija, b'mod specjali matul din is-sena ddedikata lill-Ewkaristija.
Qed tinghata importanza kbira lill-animazzjoni tal-fidi u lill-formazzjoni; irid jitwaqqaf l-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali, li ghandu jipprovdi tahrig utli ghall-insara Maltin, biex jikbru fil-fidi u, bhala membri hajjin tal-Knisja, jaghtu sehemhom fis-socjeta' bhal melh li jaghti t-toghma.
Il-hidma ta' tigdid li saret setghet issir ghax hawn insara li huma mmexxija mill-Ispirtu ta' Alla, li qalbhom mimlija b'Alla, li jfittxu mhux ir-rieda taghhom imma r-rieda ta' Alla. Hu biss b'nies bhal dawn li tista' tiggedded il-hajja tal-Knisja f'Malta. Hemm hafna hidma li qed issir fil-kwiet u fis-skiet, minghajr hafna spettaklu, proprju kif jahdem l-Ispirtu ta' Alla. Jehtieg li l-lum inharsu lejn dak li hu pozittiv, niccelebrawh u nirringrazzjaw lil Alla ghalih.
It-twettiq tas-Sinodu hu bhal zerriegha li, meta ssib art tajba, tikber u taghmel il-frott, bil-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla. Nista' nghid li din iz-zerriegha sabet art tajba f'hafna oqsma tal-Knisja u ga qed taghti frott.
Tkompli l-mixja flimkien
Il-mixja ta' tigdid tas-Sinodu – il-mixja flimkien – trid tkompli fiz-zmien li gej. Bil-qawwa ta' l-Ispirtu ta' Alla, irridu neghlbu l-indifferenza, l-individwalizmu, ir-rezistenzi li jxekklu l-hidma ta' l-Ispirtu.
Jehtieg li f'gurnata bhal din, nifhmu li ahna lkoll, imqanqlin mill-Ispirtu, ghandna nghinu fit-tigdid tal-Knisja fid-dawl ta' dak li gie propost mis-Sinodu.
Jehtieg li lkoll kemm ahna nissahhu fl-esperjenza nisranija, nghixu b'impenn akbar il-Kelma f'hajjitna, u naghtu xiehda taghha fl-ghazliet li naghmlu.
Jehtieg li nhallu l-Ispirtu s-Santu jqanqalna biex noffru s-sehem taghna halli l-hidma li ghandha ssir fil-Knisja u mill-Knisja ghall-gid tal-bniedem, issehh permezz ta' l-impenn taghna.
Jehtieg li nkomplu b'entuzjazmu u b'energija gdida din it-triq tat-twettiq tas-Sinodu halli nkunu dejjem Knisja hajja u zaghzugha.
(test mill-Ufficcju Stampa, Kurja)