KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG IL-22 TA' JANNAR 2003

Tiltaqa' l-Assemblea tas-Sinodu

L-Assemblea tas-Sinodu terga' tiltaqa' nhar il-Gimgha 31 ta' Jannar u l-ghada, is-Sibt l-1 ta' Frar, ghall-hdax-il sessjoni taghha. Din hija sessjoni importanti hafna, ghax fiha se jitressqu ghall-approvazzjoni tal-membri erba' minn tmien abbozzi tad-dokumenti tas-Sinodu.

Dawn huma d-dokumenti li jittrattaw il-Vizjoni tal-Knisja; Kultura-Socjetà -Knisja; iz-Zwieg u l-Familja u d-Djakonija u l-Gustizzja. L-erba' dokumenti l-ohra se jitressqu fl-Assemblea f'sessjoni aktar tard.

Fis-Sinodu, il-membri ta' l-Assemblea ghandhom vot konsultattiv. Huma jintalbu jesprimu l-fehma taghhom jaqblux jew le mad-dokument kif propost, u dan ikun il-parir li jaghtu lill-Arcisqof. Ghalhekk, meta d-dokumenti jkunu approvati mill-membri, jinghataw lill-Arcisqof ghall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni tieghu. Hu l-Arcisqof li, bl-approvazzjoni tieghu, jaghmilhom dokumenti pastorali li jkunu gwida ghall-hajja tal-Knisja f'Malta.

F'din is-sessjoni ta' l-Assemblea, barra d-dokumenti li jitressqu ghall-approvazzjoni, se tkun diskussa wkoll proposta ghall-bidu ta' l-implimentazzjoni tas-Sinodu; u proposta ohra ghal struttura organizzattiva tad-djocesi, li tista' tiffacilita l-koordinament bejn il-parrocci u d-djocesi u bejn il-parrocci nfushom.