KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG IL-5 TA' FRAR 2003
Approvati erba' dokumenti
F'sessjoni li ltaqghet il-Gimgha 31 ta' Jannar u s-Sibt 1 ta' Frar 2003, l-Assemblea tas-Sinodu approvat erba' dokumenti. Dawn huma d-dokumenti fuq il-vizjoni tal-Knisja bhala komunjoni; ir-relazzjoni tal-Knisja mal-kultura u s-socjeta'; iz-zwieg u l-familja; u d-djakonija u l-promozzjoni tal-gustizzja.
L-approvazzjoni kwazi unanima tal-membri ta' l-Assemblea saret permezz ta' vot sigriet li ttiehed waqt is-sessjoni, wara li kienu diskussi xi punti partikulari tad-dokumenti. Dan il-vot hu vot konsultattiv: permezz tieghu, l-Assemblea qablet li tghaddi d-dokumenti lill-Arcisqof ghall-konsiderazzjoni u ghall-approvazzjoni tieghu. Meta l-Arcisqof japprova dawn id-dokumenti, isiru gwida pastorali ghall-Knisja f'Malta.
Dawn id-dokumenti gew imfasslin minn gruppi apposta li kienu twaqqfu fil-bidu tal-laqghat ta' l-Assemblea tas-Sinodu. Tul il-laqghat ta' l-Assemblea, id-dokumenti kienu diskussi b'liberta' kbira u emendati b'diversi bidliet, biex issa jirriflettu l-hsieb ta' l-Assemblea. Kien process impenjattiv imma zgur ta' utilita' kbira ghall-Knisja f'Malta.
Iktar 'il quddiem, ghandhom jitressqu quddiem l-Assemblea l-erba' dokumenti l-ohra.