KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG IL-6 TA' MARZU 2003

IT-TNAX-IL SESSJONI TA' L-ASSEMBLEA TAS-SINODU

L-Assemblea tas-Sinodu ltaqghet ghat-tnax-il sessjoni taghha nhar il-Gimgha 28 ta' Frar u s-Sibt 1 ta' Marzu, fil-Katekumenju, il-Mosta.

F'din is-sessjoni, gew approvati b'vot kwazi unanimu tliet dokumenti ohra: 'Il-Lajci', 'Zghazagh u Adolexxenti' u 'Kelma/Xandir'. B'hekk issa huma sebgha d-dokumenti approvati mill-Assemblea. Jonqos dokument wiehed - 'Liturgija/Sagramenti', kif ukoll l-introduzzjoni ghad-dokumenti kollha. Dawn jitressqu ghall-approvazzjoni fl-ahhar laqgha ta' hidma ta' l-Assemblea, li se ssir nhar is-Sibt 22 ta' Marzu 2003.

F'din is-sessjoni, tkompliet ukoll id-diskussjoni fuq il-Proposta ghall-Bidu ta' l-Implimentazzjoni tas-Sinodu, li giet zviluppata fl-ewwel xahrejn tas-sena 2003, b'diskussjoni fil-kummissjoni centrali tas-Sinodu, fil-kunsill presbiterali, fil-kunsill pastorali djocesan, f'laqgha mal-kappillani, f'laqgha mal-mexxejja tal-ghaqdiet u tal-movimenti u f'laqgha mal-kunsill tas-superjuri magguri religjuzi. Din il-proposta tahseb dwar kif tibda ssehh il-fazi ta' l-implimentazzjoni, wara li jintemm is-Sinodu