KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG IL-25 TA' APRIL 2003

Akkademja fl-gheluq ufficjali ta' l-Assemblea

Nhar l-24 ta' April 2003, fil-Kattidral ta' l-Imdina, saret Akkademja muziko-letterarja bhala gheluq tal-laqghat ta' l-Assemblea tas-Sinodu u fl-okkazjoni tat-300 sena tas-Sinodu djocesan 1703 (li sar bejn it-22 u l-24 ta' April).

L-Akkademja kienet ippresjeduta mill-Arcisqof Mercieca. Ha sehem il-Kor 'Collegium Musicum', taht id-Direzzjoni ta' Mro Dion Buhagiar. Tkantaw siltiet mix-xoghlijiet muzikali ta' Benigno Zerafa (1726-1804), Francesco Azzopardi (1748-1809), Wolfgang Amadeus Mozart (1756-1791), George Frideric Handel (1685-1759) kif ukoll ta' Dion Buhagiar innifsu. Saru diskors minn Fr Konrad Grech S.J. fuq is-Sinodu ta' l-1703, u diskors mill-Prof Anthony Frendo fuq is-Sinodu 1999-2003. Inqraw ukoll xi poeziji marbuta ma' l-okkazjoni. L-Akkademja nghalqet mill-Arcisqof.

Ghal din l-Akkademja attendew membri ta' l-Assemblea tas-Sinodu, u persuni ohra li kienu involuti f'hidma b'konessjoni mas-Sinodu.

Xi ritratti mill-Akkademja