KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG IL-20 TA' Mejju 2003

Celebrazzjoni Djocesana ta' gheluq is-Sinodu fis-7 ta' Gunju 2003

Fis-7 ta' Gunju, Vgili ta' Ghid il-Hamsin, se ssir ic-Celebrazzjoni li taghlaq is-Sinodu djocesan u li tiftah il-fazi gdida meta l-Knisja f'Malta timxi fid-direzzjoni li l-Ispirtu s-Santu wrieha permezz tas-Sinodu.

Din ic-Celebrazzjoni se ssir fil-Pjazza ta' quddiem il-Kattidral, l-Imdina, u tibda fit-8.00 p.m. Il-qofol ta' din ic-celebrazzjoni tkun quddiesa kkoncelebrata mmexxija minn Mons. Arcisqof u animata minn zghazagh tal-ghaqdiet u tal-movimenti tal-Knisja. It-tema hija: 'Flimkien infahhru lill-Mulej ghal kulma ghamel maghna'.

Matul din ic-Celebrazzjoni, id-dokumenti tas-Sinodu se jkunu pprezentati lill-Arcisqof bhala r-rizultat tal-hidma, u biex aktar tard din is-sena jkunu approvati mill-Arcisqof u ppubblikati.

Bi thejjija ghal din ic-Celebrazzjoni specjali, is-sacerdoti, ir-religjuzi u l-membri ta' istituti ta' hajja kkonsagrata se jiltaqghu flimkien ma' Mons. Arcisqof ghal laqgha ta' talba nhar l-Erbgha 4 ta' Gunju, fis-Santwarju ta' Santa Tereza, B'Kara, fl-4.30 p.m.