KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG IL-20 TA' MEJJU 2003

Novena ta' l-Ispirtu s-Santu f'gheluq is-Sinodu djocesan

It-Tlieta 20 ta' Mejju 2003 giet pubblikata 'Novena ta' l-Ispirtu s-Santu f'gheluq is-Sinodu djocesan'. Din in-novena thejjiet mis-Segretarjat ghall-Katekezi, bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat ghall-Kleru u ghall-membri ta' l-Istituti ta' hajja konsagrata, hejja novena ta' l-Ispirtu s-Santu.

Din in-novena timxi pass pass mat-temi tas-Sinodu, b'siltiet ispirati mid-dokumenti ppreparati mill-gruppi u b'talbiet li jmissu diversi aspetti tal-hajja ta' kuljum.

In-novena ghanha forma ta' celebrazzjonijiet li jistghu jintuzaw ghal skopijiet differenti. Jistghu jintuzaw waqt laqghat ta' talb fl-ghaqdiet, fil-movimenti, fil-komunitajiet religjuzi, fil-presbiterja parrokkjali u fil-parrocci. Jistghu jintuzaw ukoll bhala talbiet u riflessjonijiet individwali. Jistghu jservu wkoll ta' ghajnuna billi partijiet minnhom jintuzaw waqt il-quddiesa jew l-adorazzjoni jew waqt celebrazzjonijiet ohra.

Biex jitfasslu dawn ic-celebrazzjonijiet, hadem hafna Patri Gigi Sapiano O.P., bl-ghajnuna wkoll ta' Mons. Joe Pace.

Zgur li l-aqwa mod kif wiehed ihejji ruhu ghall-grajja ta' Pentekoste u ghall-gheluq tas-Sinodu hu bit-talb u bir-riflessjoni fuq il-kelma ta' Alla u fuq dak li Alla qed juri lill-Knisja llum.

______________________________________________________________________________