KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG IS-28 TA' Gunju 2003

SEMINAR GHALL-MEXXEJJA TAL-GHAQDIET U L-MOVIMENTI

Is-Sibt 28 ta' Gunju 2003, fis-Seminarju ta' l-Arcisqof, sar seminar ghall-mexxejja tal-Ghaqdiet u l-Movimenti tal-Knisja. Dan is-seminar kien wiehed minn ghadd ta' seminars li qed isiru rigward l-implimentazzjoni tas-Sinodu.

S'issa saru wkoll zewg seminars: wiehed ghad-delegati tas-Segretarjati u tal-Kummissjonijiet djocesani u iehor ghall-provincjali ta' l-Ordnijiet u l-Kongregazzjonijiet religjuzi. Fid-9 ta' Lulju, ghandu jsir seminar ghall-kappillani.

Fis-seminar tat-28 ta' Gunju, il-mexxejja tal-Ghaqdiet u l-Movimenti ddiskutew kif jistghu jkunu promoturi tas-Sinodu fl-oqsma taghhom, il-valuri fundamentali tas-Sinodu, l-istrutturi li se jghinu fl-implimentazzjoni, kif ukoll principji-gwida bhala frott tas-Sinodu. Saret ukoll diskussjoni fuq il-proposta ta' progett ta' Istitut ta' Formazzjoni Pastorali - proposta li hi rizultat tad-diskussjoni fl-Assemblea tas-Sinodu.