KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG ID-9 TA' LULJU 2003
L-implementazzjoni tas-Sinodu

Seminar ghall-kappillani ta' Malta

panorama tas-sala

Il-Kappillani tal-parrocci Maltin iltaqghu flimkien nhar l-Erbgha 9 ta' Lulju ghal Seminar ta' nofs ta' nhar, li sar fis-Seminarju, Tal-Virtu'. Huma ddiskutew kif jistghu jkunu minn ta' quddiem fit-twettiq tas-Sinodu fil-parrocci taghhom.

Dan kien wiehed minn sensiela ta' seminars li saru f'dawn l-ahhar gimghat, mill-gheluq tas-Sinodu li sar fis-7 ta' Gunju, fic-celebrazzjoni tal-Vgili ta' Pentekoste. Dak in-nhar, gew ipprezentati lill-Arcisqof it-tmien dokumenti tas-Sinodu, bhala frott tal-hidma tas-Sinodu tul dawn l-ahhar snin. Id-dokumenti jkunu approvati u ppubblikati aktar tard din is-sena. F'dawn l-ahhar gimghat, saru seminars ghad-delegati ta' l-Arcisqof, ghall-provincjali tal-kongregazzjonijiet u l-ordnijiet religjuzi u ghall-mexxejja tal-ghaqdiet u l-movimenti tal-Knisja.

L-ewwel parti tas-seminar ta' nhar l-Erbgha kien dwar in-network li qed jinholoq biex jiffacilita l-implimentazzjoni tas-Sinodu. Minbarra l-Kummissjoni Centrali, li bdiet tahdem fid-19 ta' Gunju u li ga ltaqghet darbtejn, f'kull entita' tal-Knisja qed jinholoq grupp zghir ghall-implimentazzjoni tas-Sinodu. Se jkun hemm grupp f'kull parrocca, f'kull ghaqda u moviment, f'kull kongregazzjoni religjuza, kif ukoll fl-istrutturi djocesani bhalma huma s-segretarjati u l-kummissjonijiet. L-iskop ta' dan il-grupp hu biex jghin minn gewwa halli jmexxi 'l quddiem il-valuri tas-Sinodu, u jkunu jistghu jitwettqu d-decizjonijiet tas-Sinodu.

Il-grupp ghall-implimentazzjoni tas-Sinodu fil-parrocca se jhejji wkoll Assemblea, li ghandha ssir f'kull parrocca matul ix-xhur ta' Ottubru u Novembru. Assemblea bhal din saret f'dawn l-ahhar snin tas-Sinodu, u l-hsieb hu li tkompli ssir kull sena bhala mezz haj kif aktar nies jippartecipaw fil-hajja tal-parrocca, b'rabta ma' dak li jkun qed isir fid-djocesi.

Saret diskussjoni hajja fost il-kappillani rigward aspetti pozittivi u diffikultajiet fl-implimentazzjoni tas-Sinodu.

panorama tas-sala

Fit-tieni parti tas-seminar, il-kappillani rriflettew fuq principji-gwida li ghandhom jghinuhom fit-tmexxija tal-parrocca fid-dawl tal-valuri tas-Sinodu. Dawn is-sitt valuri - evangelizzazzjoni, formazzjoni, komunjoni, djalogu, qadi u solidarjetà ma' l-imbeghdin u ma' l-emarginati - se jkunu l-pern li fuqu jdur il-programm ta' kull parrocca u ta' kull istituzzjoni fid-djocesi. Il-kappillani raw kif jistghu jghixu ahjar dawn il-valuri fil-ministeru taghhom fil-parrocca.

Fl-ahhar parti tas-seminar, il-kappillani raw ukoll punti ohra prattici rigward l-amministrazzjoni tal-parrocca.

Bis-seminar tal-kappillani, gew fi tmiemhom is-sensiela ta' seminars ta' gheluq is-Sinodu. Il-gruppi li twaqqfu se jkollhom tahrig biex jistghu imexxu 'l quddiem il-hidma ta' implimentazzjoni li hi hidma kbira u sabiha u li toffri sfida qawwija.